EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CB0070

Kawża C-70/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 11 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu – il-Portugall) – Agrocaramulo – Empreendimentos Agro-Pecuários do Caramulo SA vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 3846/87 — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Laħam tat-tjur — “Tiġieġ ta’ riforma”  — Nomenklatura tal-prodotti agrikoli għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Klassifikazzjoni)

ĠU C 65, 23.2.2015, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu – il-Portugall) – Agrocaramulo – Empreendimentos Agro-Pecuários do Caramulo SA vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)

(Kawża C-70/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 3846/87 - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Laħam tat-tjur - “Tiġieġ ta’ riforma” - Nomenklatura tal-prodotti agrikoli għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Klassifikazzjoni))

(2015/C 065/23)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrocaramulo – Empreendimentos Agro-Pecuários do Caramulo SA

Konvenut: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)

Dispożittiv

L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87, tas-17 ta’ Diċembru 1987, li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjoni tal-esportazzjoni, kif emendat, fl-aħħar lok, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2091/2005, tal-15 ta’ Diċembru 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li, tiġieġ imrobbi għall-produzzjoni tal-bajd maqtul matul il-perijodu li matulu jbid, meta l-iskeletru tiegħu jkun kompletament ossifikat, imsejjaħ “tiġieġ ta’ riforma”, ma jaqax taħt il-merkanzija indikata bħala “Oħrajn” li tinsab bil-kodiċi tal-prodott 0207 12 10 9900 u 0207 12 90 9190 indikati f’dak l-Anness.


(1)  ĠU C 135, 05.05.2014.


Top