EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0133

Kawża C-133/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Economische Zaken, Staatssecretaris van Financiën vs Q (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq id-donazzjonijiet — Eżenzjoni fir-rigward ta’ “dominju rurali”  — Eżenzjoni eskluża fir-rigward ta’ dominju li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor)

ĠU C 65, 23.2.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Economische Zaken, Staatssecretaris van Financiën vs Q

(Kawża C-133/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq id-donazzjonijiet - Eżenzjoni fir-rigward ta’ “dominju rurali” - Eżenzjoni eskluża fir-rigward ta’ dominju li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor))

(2015/C 065/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Economische Zaken, Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: Q

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li eżenzjoni minn taxxa fuq id-donazzjonijiet dovuta fir-rigward ta’ ċerti proprjetajiet protetti minħabba li jappartjenu lill-patrimonju kulturali u storiku nazzjonali hija limitata għal dawk il-proprjetajiet li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, sakemm din l-eżenzjoni ma tkunx eskluża fir-rigward tal-proprjetajiet li jistgħu jkunu marbuta mal-patrimonju kulturali u storiku tal-imsemmi Stat Membru minkejja l-fatt li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat ieħor.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


Top