EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0538

Kawża T-538/14: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Lulju 2014 – Peri vs UASI (Multiprop)

ĠU C 329, 22.9.2014, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/22


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Peri vs UASI (Multiprop)

(Kawża T-538/14)

2014/C 329/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u A. Bognár, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fid-29 ta’ April 2014 fil-Każ R 1661/2013-1 u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Multiprop” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 19, u 37 – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Komunitarja Nru 1 1 5 87  219

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009


Top