EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0183

Kawża T-183/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Ġunju 2014 – Schmiedag vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Fumus boni juris” )

ĠU C 329, 22.9.2014, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/17


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Schmiedag vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-183/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris”))

2014/C 329/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schmiedag GmbH (Hagen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2014, Schmiedag vs Il-Kummissjoni (T-183/14 R) hija annullata.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top