EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TB0084

Kawża T-84/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Lulju 2014 – Uspaskich vs Il-Parlament ( “Rikors għal annullament u għad-danni — Privileġġi u immunitajiet — Membru tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni li titneħħa l-immunità — Eżami mill-ġdid — Deċiżjoni li ma tiġix difiża l-immunità — Inammissibbiltà — Inammissibbiltà manifesta” )

ĠU C 329, 22.9.2014, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2014 – Uspaskich vs Il-Parlament

(Kawża T-84/12) (1)

((“Rikors għal annullament u għad-danni - Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni li titneħħa l-immunità - Eżami mill-ġdid - Deċiżjoni li ma tiġix difiża l-immunità - Inammissibbiltà - Inammissibbiltà manifesta”))

2014/C 329/15

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Viktor Uspaskich (Kėdainiai, il-Litwanja) (rappreżentant: A. Raišutis, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, M. Windisch u L. Mašalaitė-Chouteau, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u V. Balčiūnaitė, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-1 ta’ Diċembru 2011 li ma tiġix difiża l-immunità parlamentari tar-rikorrent u li tinċaħad it-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment inammissibbli

2)

Viktor Uspaskich huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.

3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 126, 28.4.2012.


Top