EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013C1220(03)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 5(7) tal-Programm Speċifiku

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/18


Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 5(7) tal-Programm Speċifiku

2013/C 373/04

“Il-Kummissjoni jiddispjaċiha bil-kbir dwar l-inklużjoni tal-paragrafu 7 fl-Artikolu 5 li jintroduċi l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-proġetti jew lill-partijiet ta’ proġetti magħżula wara kull sejħa għall-proposti abbażi tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 5 tal-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020. Il-Kummissjoni tfakkar li hija ma pproponietx din il-proċedura f'xi wieħed mill-atti settorjali tal-QFP. Din kienet maħsuba biex tissimplifika l-programmi tal-QFP għall-benefiċċju ta’ dawk li jirċievu finanzjament mill-UE. L-approvazzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ għotja mingħajr l-iskrutinju ta' kumitat iħaffef il-proċedura billi jitnaqqas iż-żmien għall-għotja għall-vantaġġ tal-benefiċjarji u jevita burokrazija u spejjeż żejda. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li t-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ għotja huwa parti mill-prerogattiva istituzzjonali tagħha b'rabta mal-eżekuzzjoni tal-baġit u għalhekk dawn id-deċiżjonijiet m’għandhomx jiġu adottati permezz tal-komitoloġija.

Il-Kummissjoni tqis ukoll li din l-inklużjoni ma tistax isservi ta’ preċedent għal strumenti oħra ta’ finanzjament.”


Top