EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013C1220(02)

Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni (Regoli għall-Parteċipazzjoni)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/16


Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni (Regoli għall-Parteċipazzjoni)

2013/C 373/03

Dikjarazzjoni dwar il-Proċedura rapida lejn l-Innovazzjoni

“Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tipprovdi viżibbiltà xierqa lill-PRI fost il-komunità tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ aktar sensibilizzazzjoni u attivitajiet ta' komunikazzjoni qabel ma titnieda s-sejħa pilota fl-2015.

Il-Kummissjoni ma għandhiex l-intenzjoni li tillimita t-tul ta' żmien ta’ azzjonijiet PRI ex ante. Fatturi bħas-sensittività għaż-żmien u s-sitwazzjoni kompetittiva internazzjonali għandhom jitqiesu biżżejjed meta jkun qed jiġi evalwat l-‘impatt’ ta' proposta, sabiex ikun jista' jkun hemm flessibbiltà skont l-ispeċifiċitajiet varji fl-oqsma differenti tar-riċerka applikata.

Minbarra l-analiżi fil-fond imwettqa fi ħdan l-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020, il-PRI pilota se jkun soġġett għal monitoraġġ kontinwu tal-aspetti prattiċi kollha b'rabta mas-sottomissjoni, l-evalwazzjoni, l-għażla u l-ibbaġitjar ta’ proposti taħt is-sejħa PRI, li jibdew mill-ewwel data ta’ skadenza fl-2015.

Sabiex il-proġett pilota jkun effettiv u biex jiġi żgurat li tkun tista' titwettaq valutazzjoni xierqa, dan jista' jirrikjedi li jiġu appoġġati sa mitt proġett.”

Dikjarazzjoni dwar il-linji gwida dwar il-kriterji biex jiġi implimentat il-“bonus”

“Fir-rigward tar-remunerazzjoni addizzjonali, hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li, mingħajr dewmien, toħroġ linji gwida dwar il-kriterji għall-implimentazzjoni tagħha wara l-adozzjoni tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni u għat-Tixrid ta' Orizzont 2020.”

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 42 tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni

“Hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi limiti ta' żmien fil-ftehim mudell dwar l-għotjiet fir-rigward tal-ħarsien tar-riżultati, filwaqt li jitqiesu l-limiti taż-żmien tal-FP7.”

Dikjarazzjoni dwar l-ikkostjar dirett għal infrastrutturi kbar ta' riċerka

“Bi tweġiba għat-talbiet mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni hija impenjata li tiċċara l-kwistjoni tal-ikkostjar dirett ta' infrastrutturi kbar tar-riċerka skont kif deskritt f'din id-dikjarazzjoni.

Il-gwida dwar l-ikkostjar dirett għal infrastrutturi kbar tar-riċerka f'Orizzont 2020 se tapplika għall-ikkostjar ta' infrastrutturi tar-riċerka kbar b'valur totali ta' mill-inqas EUR 20 miljun għal benefiċjarju partikolari, ikkalkulati bħala t-total tal-valuri tal-assi storiċi tal-infrastrutturi tar-riċerka individwali kif jidhru fl-aħħar Karta tal-Bilanċ magħluqa ta' dak il-benefiċjarju qabel id-data tal-iffirmar tal-ftehim ta' għotja, jew kif determinat abbażi tal-ikkostjar tal-kiri u l-lokazzjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka.

Taħt dan il-livell minimu, il-gwida dwar l-ikkostjar dirett għall-infrastrutturi tar-riċerka kbar f'Orizzont 2020 mhux se tapplika. Il-partiti tal-ikkostjar individwali jistgħu jiġu ddikjarati bħala ikkostjar dirett eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tat-ftehim ta' għotja.

B'mod ġenerali, se jkun possibbli li wieħed jitlob bħala kkostjar dirett l-ikkostjar kollu li kemm jissodisfaw il-kriterji ġenerali ta' eliġibilità kif ukoll li huma direttament marbuta mal-implimentazzjoni tal-azzjoni u għalhekk jistgħu jiġu attribwiti direttament lilha.

Għal infrastruttura tar-riċerka kbira li tintuża għal proġett, dan se jkun tipikament il-każ għall-ikkostjar kapitalizzat u għall-ikkostjar operattiv.

L-‘ikkostjar kapitalizzat’ se jkunu l-ikkostjar mġarrab biex titwaqqaf u/jew tiġġedded l-infrastruttura tar-riċerka kbira, kif ukoll xi kkostjar ta' tiswija u manutenzjoni speċifiċi tal-infrastruttura tar-riċerka kbira flimkien ma' partijiet minnha jew komponenti integrali essenzjali tagħha.

L-‘ikkostjar operattiv’ se jkun l-ikkostjar li l-benefiċjarju jġarrab speċifikament għat-tmexxija tal-infrastruttura tar-riċerka kbira.

Għall-kuntrarju, xi kkostjar jista' tipikament ma jiġix iddikjarat bħala kkostjar dirett, iżda jitqies rimborżat permezz tar-rata fissa għall-ikkostjar indirett, eż l-ikkostjar tal-kiri, lokazzjoni jew deprezzament tal-bini amministrattiv u l-kwartieri.

Fejn l-ikkostjar huwa kkawżat parzjalment biss mill-attivitajiet tal-proġett, tista' tiġi ddikjarata biss dik il-parti li titkejjel direttament mal-proġett.

Għal dan il-għan, is-sistema ta' kejl tal-benefiċjarju għandha tipprovdi għal kwantifikazzjoni preċiża tal-valur reali attwali tal-kost tal-proġett (ie li turi l-konsum reali u/jew l-użu għall-proġett). Dan se jkun il-każ, jekk il-kejl jinkiseb mill-fattura tal-fornitur.

Il-kejl tan-nefqa huwa ġeneralment assoċjat mal-ħin użat għall-proġett, li għandu jikkorrispondi mas-sigħat/ġranet/xhur reali ta' użu tal-infrastruttura tar-riċerka għall-proġett. L-għadd totali ta' sigħat/jiem/xhur produttivi għandu jikkorrispondi mal-potenzjal sħiħ tal-użu (kapaċità sħiħa) tal-infrastruttura tar-riċerka. Il-kalkolu tal-kapaċità sħiħa se jinkludi kull ħin li matulu l-infrastruttura tar-riċerka tkun tista' tintuża iżda fil-fatt ma tintużax. Madankollu, il-kalkolu tal-kapaċità sħiħa se jqis kif xieraq ir-restrizzjonijiet reali bħall-ħinijiet tal-ftuħ tal-entità, u l-ħin tat-tiswija u l-manutenzjoni (inkluż l-ikkalibrar u l-ittestjar).

Jekk kost jista' direttament jitkejjel fir-rigward tal-infrastruttura tar-riċerka iżda mhux direttament mal-proġett, minħabba restrizzjonijiet tekniċi, alternattiva aċċettabbli tkun il-kejl ta' dan l-ikkostjar permezz ta' unitajiet ta' użu attwali rilevanti għall-proġett, appoġġjat minn speċifikazzjonijiet tekniċi eżatti u dejta attwali, u ddeterminat fuq il-bażi tas-sistema analitika tal-kontabilità tal-ikkostjar tal-benefiċjarju.

L-ikkostjar u l-kejl dirett mal-proġett iridu jiġu appoġġjati minn dokumenti xierqa ta' appoġġ li jippermettu li jkun hemm proċess ta' awditu suffiċjenti.

Il-benefiċjarju jista' juri r-rabta diretta permezz ta' evidenza alternattiva konvinċenti.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jirrakkomandaw l-aħjar prattiki għall-kejl dirett u d-dokumenti ta' appoġġ (eż.: għall-ikkostjar kkapitalizzat: dikjarazzjonijiet tal-kontijiet flimkien ma' politika ta' deprezzament tal-benefiċjarju bħala parti mill-prinċipji normali tal-kontabilità tagħha, li turi kalkolu tal-użu potenzjali u tal-ħajja ekonomika tal-assi, u prova tal-użu attwali għall-proġett; għal spejjeż operattivi: fattura speċifika ttikkettjata espliċitament u relatata mal-infrastruttura tar-riċerka kbira, mal-kuntratt, maż-żmien kemm idum il-proġett, eċċ.).

Fuq talba ta' benefiċjarju ta' infrastrutturi tar-riċerka kbar, u filwaqt li tqis r-riżorsi disponibbli u l-prinċipju tal-kost-effettività, il-Kummissjoni hija lesta li twettaq valutazzjoni ex ante tal-metodoloġija tal-kost dirett tal-benefiċjarju b'mod sempliċi u trasparenti, sabiex tiżgura ċ-ċertezza legali. Dawn il-valutazzjonijiet ex ante se jitqiesu bis-sħiħ matul l-awditi ex post.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tistabbilixxi grupp li jikkonsisti f'rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati rilevanti, biex tivvaluta l-użu tal-gwida.

Il-Kummissjoni tikkonferma li hi se tadotta minnufih gwida dwar ikkostjar dirett għal infrastrutturi kbar tar-riċerka, ladarba r-regolamenti ta' Orizzont 2020 jiġu adottati.”

Dikjarazzjoni dwar l-Artikoli 3 u 4

“Hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tinkludi referenzi għal-liġi nazzjonali fil-ftehim dwar l-għotja rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti u l-kunfidenzjalità, bil-ħsieb li jinstab bilanċ adatt bejn l-interessi differenti.”

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 28

(alternattiva ta' rata ta' rimborż ta' 100 % għall-entitajiet legali mingħajr skop ta' profitt għall-azzjonijiet ta' innovazzjoni)

“Il-Kummissjoni tinnota li anke l-entitajiet mingħajr skop ta' profitt jistgħu jwettqu attivitajiet ekonomiċi li huma qrib tas-suq u li jekk jingħataw sussidji jistgħu joħolqu tagħwiġ fis-suq intern. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tevalwa ex ante jekk l-attivitajiet eliġibbli humiex ta' natura ekonomika, jekk is-sussidji trasversali tal-attivitajiet ekonomiċi effettivament ma jitħallewx isiru, u jekk ir-rata ta' finanzjament għall-attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għandhiex effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern li ma jkunux ibbilanċjati mill-effetti pożittivi tagħha”.


Top