EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0142

Kawża F-142/12: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 77–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/77


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-142/12)

2013/C 26/161

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: B. Cambier u A. Paternostre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba għal rikonoxximent ta’ marda kkaġunata mix-xogħol, li r-rikorrent kien ressaq skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, li rrikonoxxitlu rata ta’ invalidità permanenti parzjali ta’ 20 % u li tiffissa d-data ta’ konsolidazzjoni fil-25 ta’ Frar 2010 u l-kumpens għad-dannu morali u materjali tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara lill-Kummissjoni responsabbli bil-ksur tat-terminu raġonevoli u tan-nuqqasijiet differenti li hija u l-korpi tagħha wettqu matul l-istruttorja tat-talba għal rikonoxximent ta’ marda kkaġunata mix-xogħol imressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, u billi jagħmel hekk;

jannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tal-11 ta’ Jannar u tas-7 ta’ Awwissu 2012;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent u lill-familja tiegħu ammont ta’ EUR 100 000 iddestinat sabiex jikkumpensa d-dannu morali speċifikament ikkawżat lir-rikorrent indipendentement mill-marda tiegħu;

jiddikjara lill-Kummissjoni responsabbli min-nuqqasijiet differenti, ikkawżati minnha stess u mill-korpi tagħha, li kkontribwixxew għal-bidu, tkomplija u l-aggravament tas-sitwazzjoni ta’ saħħa tar-rikorrent u li jikkundannaha, bħala konsegwenza, għall-ħlas lir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 1 798 650 sabiex tikkumpensa d-dannu materjali tiegħu u ta’ EUR 145 850 f’dak li jikkonċerna d-dannu morali u l-ispejjeż diversi tiegħu; Dan l-ammont globali jista’ jitnaqqas bi EUR 268 679,44 li diġà tħallas lir-rikorrent skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas interessi bir-rata ta’ 12 % fuq is-somom kollha msemmija iktar ’il fuq, u dan mix-xahar ta’ Novembru 2004, data li fiha t-talba tar-rikorrent abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal setgħet tiġi deċiża;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top