EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0140

Kawża F-140/12: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kummssjoni

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 76–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/76


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kummssjoni

(Kawża F-140/12)

2013/C 26/159

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: R. Duta, avukat)

Konvenuta: Il-Kummssjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tar-rifjut tal-applikazzjoni konfermattiva ta’ aċċess, mressqa mir-rikorent quddiem il-Kummissjoni, għal xi mistoqsijiet magħmula lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ preselezzjoni tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/230 231/12.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni konfermattiva ta’ aċċess għad-dokumenti mressqa mir-rikorrent;

sa fejn ikun meħtieġ u b’mod partikolari sa fejn tiġi stabbilita n-natura deċiżjonali tagħhom, jannulla d-deċiżjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2012 tal-EPSO, li abbażi tagħhom ir-rikorrent ġie rrifjutat l-aċċess għal seba’ mill-mistoqsijiet li kienu s-suġġett tal-fażi ta’ preselezzjoni tal-kompetizzjoni esterna EPSO/AD/230-231;

jikkundanna lill-Kummssjoni għall-ispejjeż.


Top