EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0124

Kawża F-124/12: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ottubru 2012 — ZZ vs EMCDDA

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 72–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/72


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2012 — ZZ vs EMCDDA

(Kawża F-124/12)

2013/C 26/148

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju ma jiġġeddidx.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-AHCC li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju, skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-impjegati l-oħra tal-Unjoni;

sa fejn huwa meħtieġ, jannulla r-risposta ta’ ċaħda għall-ilment tiegħu dwar it-tiġdid tal-kuntratt tiegħu;

jikkundanna lill-EMCDDA għall-ispejjeż.


Top