EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0498

Kawża T-498/12: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Novembru 2012 — Koinopraxia Touristiki Loutrakiou vs Il-Kummissjoni

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/58


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2012 — Koinopraxia Touristiki Loutrakiou vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-498/12)

2013/C 26/118

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA — Loutraki AE — Club Hotel Loutraki Casino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE (Loutraki, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni konfermattiva tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembrui 2012 — Ares (2012)1082114 — li permezz tagħha nċaħdet it-talba tar-rikorrenti intiża sabiex ikollha aċċess għal ċerti dokumenti, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Settembru 2012 li permezz tagħha nċaħdet definittivament it-talba konfermattiva tar-rikorrenti intiża sabiex ikollha aċċess għall-ittra tal-awtoritajiet Elleniċi tas-16 ta’ Mejju 2012 dwar id-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna mill-Istat illegali li għandu jiġi rkuprat skont id-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Mejju 2011 (1).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tippreżenta l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-obbligu għall-amministrazzjoni li timmotiva d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda, billi, fir-risposta tagħha, l-amministrazzjoni tillimita ruħha għal riferiment ġenerali tal-eċċezzjonijiet previsti mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, mingħajr żvilupp supplementari jew motivazzjoni reali tad-deċiżjoni.

 

It-tieni nett, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza, kuntrarjament għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u għar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (2), billi d-deċiżjoni kkontestata ma tagħtix lill-pubbliku l-aċċess l-iktar wiesgħa possibbli għad-dokumenti billi ma tinterpretax u billi ma tapplikax b’mod strett l-eċċezzjonijiet previsti mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka wkoll il-ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE kif ukoll tal-Artikoli 6 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u, bl-estensjoni, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Mejju 2011, E(2011) 3504 final, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil ċerti każinojiet Griegi Nru C 16/2010 (ex NN 22/2010, ex CP 318/2009).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


Top