EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0549

Kawża T-549/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 26 ta’ Novembru 2012 — MIP Metro vs UASI — Real Seguros (real,- BIO) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Revoka tat-trade marks nazzjonali preċedenti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2012 — MIP Metro vs UASI — Real Seguros (real,- BIO)

(Kawża T-549/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Revoka tat-trade marks nazzjonali preċedenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 26/94

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Real Seguros, SA (Porto, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 115/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Real Seguros, SA u MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 6, 7.1.2012.


Top