EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0466

Kawża T-466/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Ottubru 2012 — Ellinika Nafpigeia u Hoern vs il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Għajnuna mogħtija mill-Istat — Bini ta’ vapuri — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil tarzna — Miżuri ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-inkompatibbiltà tal-għajnuna u li tordna l-irkupru tagħha — Inammissibbiltà” )

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2012 — Ellinika Nafpigeia u Hoern vs il-Kummissjoni

(Kawża T-466/11) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mogħtija mill-Istat - Bini ta’ vapuri - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil tarzna - Miżuri ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-inkompatibbiltà tal-għajnuna u li tordna l-irkupru tagħha - Inammissibbiltà)

2013/C 26/91

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ellinika Nafpigeia AE (Skaramagka, il-Greċja); u 2. Hoern Beteiligungs GmbH (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K Chrysogonos u A. Mitsis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għal-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni C(2010) 8274 finali, tal-1 ta’ Diċembru 2010, dwar l-“għajnuna mill-Istat CR 16/2004 — eżekuzzjoni tad-deċiżjoni negattiva u rkupru tal-għajnuna mill-istat mogħtija lill-kumpannija (Ellinika Nafpigeia AE) — invokazzjoni mill-Greċja tal-Artikolu 346(1)(b) TFUE u proċeduri skont l-Artikolu 348(1) TFUE”, kif ikkompletata mid-dokumenti u l-provi l-oħrajn tal-fajl kif ħadu konjizjoni parziali tagħhom ir-rikorrenti f’Ġunju 2011.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Nafpigikes kai viomichanikes epicheiriseis Elefsinas.

(3)

Ellinika Nafpigeia AE u 2. Hoern Beteiligungs GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)

Nafpigikes kai viomichanikes epicheiriseis Elefsinas, il-parti li talbet tintervjeni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 331, 12.11.2011.


Top