EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0421

Kawża T-421/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Diċembru 2012 — Qualitest vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għall-annullament — Obbligu ta’ motivazzjon — Żball manifest ta’ evalwazzjoni” )

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2012 — Qualitest vs Il-Kunsill

(Kawża T-421/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għall-annullament - Obbligu ta’ motivazzjon - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

2013/C 26/82

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Qualitest FZE (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: L. Catrain González, avukati, E. Wright u H. Zhu, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Marhic u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 65), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 136, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Sa fejn jikkonċernaw lil Qualitest FZE, huma annullati:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

(2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/29 għandhom jinżammu, sa fejn jikkonċernaw lil Qualitest, sakemm jidħol fis-seħħ l-annullament tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 503/2011 u tar-Regolament Nru 267/2012.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn Qualitest.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


Top