EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TA0143
Case T-143/11: Judgment of the General Court of 5 December 2012 — Consorzio vino Chianti Classico v OHIM — FFR (F.F.R.) (Community trade mark — Opposition proceedings — Application for a Community figurative mark ‘F.F.R.’ — Earlier national figurative marks CHIANTI CLASSICO — Relative ground for refusal — No likelihood of confusion — Article 8(1)(b) and 8(5) of Regulation (EC) No 207/2009)
Kawża T-143/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Diċembru 2012 — Consorzio vino Chianti Classico vs UASI — FFR (F.F.R.) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ‘F.F.R.’ — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti CHIANTI CLASSICO — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probbabiltà ta’ konfuzjoni — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )
Kawża T-143/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Diċembru 2012 — Consorzio vino Chianti Classico vs UASI — FFR (F.F.R.) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ‘F.F.R.’ — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti CHIANTI CLASSICO — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probbabiltà ta’ konfuzjoni — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )
ĠU C 26, 26.1.2013, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/42 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2012 — Consorzio vino Chianti Classico vs UASI — FFR (F.F.R.)
(Kawża T-143/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ‘F.F.R.’ - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti CHIANTI CLASSICO - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probbabiltà ta’ konfuzjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 26/80
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Consorzio vino Chianti Classico (Radda in Chianti, l-Italja) (rappreżentanti: S. Corona, G. Ciccone u A. Loffredo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar u G. Mannucci, sussegwentement V. Melgar u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Fédération française de rugby (FFR) (Marcoussis, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Jannar 2011 (Każ R 43/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Consorzio vino Chianti Classico u l-Fédération française de rugby (FFR).
Dispożittiv
(1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-10 ta’ Jannar 2011, (Każ R 43/2010-4) hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad l-oppożizzjoni inkwantu din kienet ibbażata fuq l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja. |
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(3) |
Il-Consorzio vino Chianti Classico u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali. |