EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0511

Kawża C-511/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte (il-Portugall) fit- 12 ta’ Novembru 2012 — Joaquim Fernando Macedo Maia et vs Fundo de Garantia Salarial, IP

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte (il-Portugall) fit-12 ta’ Novembru 2012 — Joaquim Fernando Macedo Maia et vs Fundo de Garantia Salarial, IP

(Kawża C-511/12)

2013/C 26/60

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Central Administrativo Norte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Joaquim Fernando Macedo Maia et

Konvenut: Fundo de Garantia Salarial, IP

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea fil-qasam speċifiku ta’ garanzija tad-djun marbuta mal-paga li jirriżultaw fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega, b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 10 tad-Direttiva 80/987/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tiggarantixxi biss id-djun dovuti fis-sitt xhur qabel il-bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega anki meta l-impjegati jkunu kkontestaw quddiem it-tribunal industrijali l-imsemmija persuna li timpjegahom bil-għan li jiġi ffissat l-ammont mhux imħallas u li jiġi infurzat l-irkupru ta’ dan l-istess ammont?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f'każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 217)


Top