EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0478

Kawża C-478/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Feldkirch (l-Awstrija) fl- 24 ta’ Ottubru 2012 — Armin Maletic, Marianne Maletic vs lastminute.com GmbH u TUI Österreich GmbH

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Feldkirch (l-Awstrija) fl-24 ta’ Ottubru 2012 — Armin Maletic, Marianne Maletic vs lastminute.com GmbH u TUI Österreich GmbH

(Kawża C-478/12)

2013/C 26/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Feldkirch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Armin Maletic, Marianne Maletic

Konvenuti: lastminute.com GmbH, TUI Österreich GmbH.

Domanda preliminari

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), li jattribwixxi l-ġurisdizzjoni lill-qorti tal-post fejn il-konsumatur ikollu d-domiċilju tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-parti l-oħra (f’dan il-każ aġent tal-ivvjaġġar ibbażat barra mit-territorju nazzjonali) jinqeda b’parti kontraenti oħra (f’dan il-każ operatur ta’ vjaġġi bbażat fit-territorju nazzjonali), l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika wkoll, għall-finijiet tal-kawżi mressqa kontra dawn iż-żewġ partijiet, għall-parti kontraenti bbażata fit-territorju nazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


Top