EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0182

Kawżi magħquda C-182/11 u C-183/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 29 ta’ Novembru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Econord Spa vs Comune di Cagno (C-182/11), Comune di Varese, Comune di Solbiate (C-183/11), Comune di Varese (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 2004/18/KE — Awtorità kontraenti li teżerċita fuq entità li ngħatat kuntratt li hija legalment distinta minnha, kontroll analogu għal dak li din teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess — Nuqqas ta’ obbligu li tiġi organizzata proċedura ta’ għoti skont ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni (għoti msejjaħ “in house” ) — Entità li ngħatat il-kuntratt ikkontrollata b’mod konġunt minn diversi kollettivitajiet territorjali — Kundizzjonijiet għall-applikabbiltà ta’ għoti “in house” )

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Novembru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Econord Spa vs Comune di Cagno (C-182/11), Comune di Varese, Comune di Solbiate (C-183/11), Comune di Varese

(Kawżi magħquda C-182/11 u C-183/11) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 2004/18/KE - Awtorità kontraenti li teżerċita fuq entità li ngħatat kuntratt li hija legalment distinta minnha, kontroll analogu għal dak li din teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess - Nuqqas ta’ obbligu li tiġi organizzata proċedura ta’ għoti skont ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni (għoti msejjaħ “in house”) - Entità li ngħatat il-kuntratt ikkontrollata b’mod konġunt minn diversi kollettivitajiet territorjali - Kundizzjonijiet għall-applikabbiltà ta’ għoti “in house”)

2013/C 26/12

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Econord Spa

Konvenuti: Comune di Cagno (C-182/11), Comune di Varese, Comune di Solbiate (C-183/11), Comune di Varese

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi — Għoti mingħajr sejħa għal offerti — Kuntratt ta’ servizz pubbliku għall-indafa urbana mogħti minn żewġ awtoritajiet pubbliċi, mhux permezz ta’ proċedura formali għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, lil kumpannija pubblika li l-awtoritajiet kontraenti tagħha għandhom sehem fil-kapital — Nuqqas ta’ kontroll effettiv ta’ waħda mill-imsemmija awtoritajiet pubbliċi fuq il-kumpannija li tipprovdi s-servizz

Dispożittiv

Meta diversi awtoritajiet pubbliċi, fil-kwalità tagħhom bħala awtorità kontraenti, jistabbilixxu b’mod komuni bejniethom entità responsabbli mit-twettiq tal-missjoni ta’ servizz pubbliku tagħhom jew meta awtorità pubblika taderixxi ma’ tali entità, il-kundizzjoni stabbilita mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tgħid li dawn l-awtoritajiet, sabiex ikunu meħlusa mill-obbligu tagħhom li jibdew proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi skont ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jeżerċitaw flimkien fuq din l-entità kontroll analogu għal dak li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess hija sodisfatta meta kull waħda minn dawn l-awtoritajiet tipparteċipa kemm fil-kapital kif ukoll fl-organi ta’ tmexxija tal-entità msemmija.


(1)  ĠU C 211, 16.7.2011


Top