EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0228

Programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid tat-tonn (Thunnus thynnus) ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid tat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1984/2003 (COM(2009)0406 – C7-0124/2009 – 2009/0116(COD))
P7_TC1-COD(2009)0116 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 17 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003

ĠU C 236E, 12.8.2011, p. 236–237 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/236


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
Programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid tat-tonn (Thunnus thynnus) ***I

P7_TA(2010)0228

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid tat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1984/2003 (COM(2009)0406 – C7-0124/2009 – 2009/0116(COD))

2011/C 236 E/49

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0406),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0124/2009),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Marzu 2010 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0119/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2010
P7_TC1-COD(2009)0116

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 640/2010.)


Top