EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AE1701

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni)” (riformulazzjoni) COM(2009) 391 finali - 2009/0110 (COD)

ĠU C 128, 18.5.2010, p. 147–147 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/147


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni)”

(riformulazzjoni)

COM(2009) 391 finali - 2009/0110 (COD)

(2010/C 128/28)

Nhar il-11 ta’ Settembru 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 156 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni)

COM(2009) 391 finali – 2009/0110 (COD)

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-457 sessjoni plenarja tiegħu tal-4 u l-5 ta’ Novembru 2009 (seduta tal-4 ta’ Novembru 2009), b’mod unanimu, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 4 ta’ Novembru 2009

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


Top