EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0028

Kawża T-28/10: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Jannar 2010 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC PAYMENT)

ĠU C 80, 27.3.2010, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/37


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2010 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC PAYMENT)

(Kawża T-28/10)

2010/C 80/62

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Européenne de traitement de l’information (Euro-Information) (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fil-11 ta’ Novembru 2009 mit-Tieni Bord tal-Appell fil-Każ R 635/2009-2 sa fejn tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Nru 7 077 654 fir-rigward tal-prodotti u servizzi li huma s-suġġett tar-rikors preżenti;

taċċetta l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja “EURO AUTOMATIC PAYMENT” Nru 7 077 654 fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-prodotti u servizzi kollha miċħuda fil-klassijiet 9 u 36;

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż tar-rikorrenti inkorsi matul il-proċedimenti quddiem l-UASI u fil-kuntest tar-rikors preżenti, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “EURO AUTOMATIC PAYMENT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 38, 42 u 45 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 077 654)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni mhijiex deskrittiva, iżda distintiva fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi kollha li għalihom ġiet miċħuda r-reġistrazzjoni


Top