EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0029

Kawża C-29/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel (il-Lussemburgu) fit- 18 ta’ Jannar 2010 — Heiko Koelzsch vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

ĠU C 80, 27.3.2010, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel (il-Lussemburgu) fit-18 ta’ Jannar 2010 — Heiko Koelzsch vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-29/10)

2010/C 80/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Heiko Koelzsch

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Domanda preliminari

Ir-regola fuq il-kunflitt iddefinita fl-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tad-19 ta’ Ġunju 1980, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (1), li tiddikjara li l-kuntratt ta’ xogħol huwa rregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn l-impjegat, fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt, issoltu jagħmel ix-xogħol tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li fil-każ fejn il-ħaddiem iwettaq ix-xogħol f’diversi pajjiżi, iżda li b’mod sistematiku jirritorna f’wieħed minnhom, dan il-pajjiż għandu jiġi kkunsidrat bħala dak li fih il-ħaddiem issoltu jagħmel ix-xogħol tiegħu?


(1)  Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (ĠU 2005, C 169, p. 10)


Top