EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0014

Kawża C-14/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 4 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgericht Berlin — il-Ġermanja) — Hava Genc vs Land Berlin (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni — Artikolu 6(1) — Kunċett ta’ ħaddiem — Eżerċizzju ta’ attività remunerata minuri — Kundizzjonijiet għat-telf tad-drittijiet kweżiti)

ĠU C 80, 27.3.2010, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgericht Berlin — il-Ġermanja) — Hava Genc vs Land Berlin

(Kawża C-14/09) (1)

(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “ħaddiem” - Eżerċizzju ta’ attività remunerata minuri - Kundizzjonijiet għat-telf tad-drittijiet kweżiti)

2010/C 80/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hava Genc

Konvenuta: Land Berlin

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Berlin — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti ta’ ċittadin Tork li d-dħul tiegħu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru ġie ġġustifikat b’raġuni li fil-frattemp m’għadhiex teżisti u li jeżerċita biss attività professjonali minuri, b’ħin ta’ xogħol ta’ 5.5 sigħat fil-ġimgħa — Karatteristiċi minimi meħtieġa sabiex relazzjoni ta’ xogħol titqies li hija “impjieg legali” fis-sens tad-Deċiżjoni Nru 1/80

Dispożittiv

(1)

Persuna li tinsab f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, hija ħaddiem, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, sa fejn l-attività remunerata inkwistjoni tkun reali u effettiva. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tagħmel l-evalwazzjoni fattwali meħtieġa sabiex tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża li tressqet quddiemha.

(2)

Ħaddiem Tork, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80, jista’ jinvoka d-dritt għal moviment liberu taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, anki jekk l-għan li għalih huwa daħal fl-Istat Membru ospitanti m’għadux jeżisti. Meta tali ħaddiem jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 6(1), id-dritt ta’ residenza tiegħu fl-Istat Membru ospitanti ma jistax ikun suġġett għal kundizzjonijiet addizzjonali relatati mal-eżistenza ta’ interessi li jistgħu jiġġustifikaw ir-residenza jew man-natura tal-impjieg.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009


Top