EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0182

Kawża T-182/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 8 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummssjoni vs Atlantic Energy ( Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari — Nuqqas ta’ osservanza tal-kuntratt — Rimbors ta’ somom imħallsa bil-quddiem — Tpaċija legali — Proċedura fil-kontumaċja )

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/35


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummssjoni vs Atlantic Energy

(Kawża T-182/08) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari - Nuqqas ta’ osservanza tal-kuntratt - Rimbors ta’ somom imħallsa bil-quddiem - Tpaċija legali - Proċedura fil-kontumaċja”)

2009/C 205/63

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummssjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment A.-M. Rouchaud-Joët u S. Lejeune, sussegwentement A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, aġenti, assistiti minn M. Jarvis, barrister)

Konvenuta: Atlantic Energy Ltd (Truro, Cornwall, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE sabiex tinkiseb il-kundanna tal-konvenuta għar-rimbors ta’ ħlas bil-quddiem min-naħa tal-Komunità Ewropea, flimkien mal-interessi, fil-kuntest tal-kuntratt BU 183/95 UK/AT.

Dispożittiv

1)

Atlantic Energy Ltd hija kkundannata sabiex tirrimborsa lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta’ EUR 226 010, flimkien mal-interessi previsti fl-Artikolu 23.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt BU 183/95 UK/AT għall-perijodi inklużi, minn naħa, bejn l-1 ta’ Ġunju 1996 u t-28 ta’ Frar 2002 u, min-naħa l-oħra, bejn is-16 ta’ Lulju 2002 u l-31 ta’ Mejju 2008, u mnaqqsa mis-somma ta’ EUR 3 610,53, fejn din is-somma finali nnifisha kienet tinkludi l-interessi previsti fl-Artikolu 23.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali ċċitati iktar ’il fuq mill-1 ta’ Ġunju 2008 sal-ħlas komplet tad-dejn.

2)

Atlantic Energy hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008.


Top