EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0255

Kawża C-255/09: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/29


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-255/09)

2009/C 205/51

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u M. França, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma pprovdietx, fid-Digriet-Liġi Nru 177/92, tat-13 ta’ Awwissu 1992, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi sostnuti barra mill-pajjiż, jew f’dispożizzjonijiet oħra tad-dritt nazzjonali, għall-possibbiltà ta’ rimbors tal-ispejjeż mediċi għal kura mhux fl-isptar sostnuti fi Stat Membru ieħor, ħlief fiċ-ċirkustanzi previsti fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1), jew fil-każ li l-imsemmi digriet-liġi jippermetti l-possibbiltà għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi għal kura mhux fl-isptar sostnuti fi Stat Membru ieħor, billi jissuġġetta dan ir-rimbors għal awtorizzazzjoni minn qabel, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE, hekk kif interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-Artikolu 49 KE japplika għas-sitwazzjoni ta’ pazjent li jirċievi servizzi mediċi mħallsa fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat tar-residenza tiegħu.

Fil-Portugall, id-Digriet-Liġi Nru 177/92, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi sostnuti barra mill-pajjiż, ma jipprovdix espressament għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi għal kura mhux fl-isptar sostnuti fi Stat Membru ieħor, ħlief fiċ-ċirkustanzi previsti fir-Regolament Nru 1408/71, jew skont l-interpretazzjoni proposta mill-awtoritajiet Portugiżi, jissuġġetta r-rimbors ta’ dawn l-ispejjeż mediċi għal kura mhux fl-isptar għal awtorizzazzjoni minn qabel, taħt kundizzjonijiet restrittivi.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2)


Top