EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0469

Kawża C-469/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-469/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 205/19

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u V. Peere, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009


Top