EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0319

Kawża C-319/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 9 ta’ Lulju 2009 — 3F, li qabel kien Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Renju tan-Norveġja (Appell — Miżuri ta’ tnaqqis fiskali li jikkonċernaw il-baħħara impjegati fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet — Rikors għal annullament — Kunċett ta’ parti interessata — Sindakat ta’ ħaddiema — Ammissibbiltà tar-rikors)

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — 3F, li qabel kien Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Renju tan-Norveġja

(Kawża C-319/07 P) (1)

(Appell - Miżuri ta’ tnaqqis fiskali li jikkonċernaw il-baħħara impjegati fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Kunċett ta’ “parti interessata” - Sindakat ta’ ħaddiema - Ammissibbiltà tar-rikors)

2009/C 205/03

Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: 3F, li qabel kien Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) (rappreżentanti: A. Bentley, QC, A. Worsøe, advokat)

Appellati: Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Khan u H. van Vliet, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Renju tan-Norveġja

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla Estiża) tat-23 ta’ April 2007 fil-Kawża T-30/03, SID vs Il-Kummissjoni, fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat inammissibli rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 4370 finali, tat-13 ta’ Novembru 2002, li tikkunsidra li l-miżuri ta’ tnaqqis fiskali li jikkonċernaw il-baħħara impjegati fuq bastimenti Daniżi jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq kommuni — Kunċett ta’ parti interessata — Sindakat ta’ ħaddiema

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-23 ta’ April 2007, SID vs Il-Kummissjoni (Kawża T-30/03), huwa parzjalment annullat inkwantu ma rrispondiex l-argumenti ta’ 3F dwar, minn naħa, il-pożizzjoni kompetittiva ta’ dan tal-aħħar fir-rigward ta’ sindakati oħra matul in-negozjati tal-ftehim kollettivi applikabbli għall-baħħara u, min-naħa l-oħra, dwar l-aspetti soċjali li jirriżultaw mill-miżuri fiskali relatati mal-baħħara impjegati fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż tal-bastimenti.

2)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej hija miċħuda.

3)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej sabiex tiddeċiedi dwar it-talbiet ta’ 3F għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 4370 finali, tat-13 ta’ Novembru 2002, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-miżuri fiskali Daniżi applikabbli għall-baħħara impjegati fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 211, 08.09.2007


Top