EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0195

Kawża T-195/09: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Mejju 2009 — Matkompaniet vs UASI — DF World of Spices (KATOZ)

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/54


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Mejju 2009 — Matkompaniet vs UASI — DF World of Spices (KATOZ)

(Kawża T-195/09)

2009/C 180/100

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Matkompaniet AB (Borås, l-Isveżja) (rappreżentanti: J. Gulliksson u J. Olsson, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DF World of Spices GmbH (Dissen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Marzu 2009 fil-Każ R 577/2007-2; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż sostnuti kemm fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza kif ukoll quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “KATOZ” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Ġermaniża tat-trade mark figurattiva “KATTUS” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30, 31 u 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod zbaljat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


Top