EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0188

Kawża T-188/09: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Mejju 2009 — Galileo International Technology vs UASI — Residencias Universitarias (GALILEO)

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/53


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2009 — Galileo International Technology vs UASI — Residencias Universitarias (GALILEO)

(Kawża T-188/09)

2009/C 180/98

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Galileo International Technology (Bridgetown, Barbados) (rappreżentanti: M. Blair u K. Gilbert, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Residencias Universitarias, SA (Valencia, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fid-19 ta’ Frar 2009 fil-Każ R 471/2005-4; u

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GALILEO”, għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 9, 39, 41 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjonijiet fi Spanja tat-trade mark figurattiva “GALILEO GALILEI” għal servizzi tal-klassijiet 39, 41 u 42 rispettivament

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009), sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq żball proċedurali skont l-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 40/94 tal-Kunsill (li sar l-Artikolu 65(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009), billi ma rrinvijax il-każ lid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni; ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, sa fejn il-Bord tal-Appell ma wettaqx evalwazzjoni korretta tal-probabbiltà ta’ konfużjoni u kkonkluda b’mod żbaljat li r-rikorrenti ma kienet ressqet l-ebda argument kontra r-raġunament tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fuq dan il-punt; il-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat ix-xebh u l-probabbiltà ta’ konfużjoni tat-trade marks inkwistjoni u mmotiva b’mod insuffiċjenti il-konklużjonijiet tiegħu.


Top