EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TB0251

Kawża T-251/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 19 ta’ Mejju 2009 — Meyer-Falk vs Il-Kummissjoni ( Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u r-riforma ġudizzjarja fil-Bulgarija — Rifjut ta’ aċċess — Kawża tisfa mingħajr suġġett matul il-proċedura — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/50


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Mejju 2009 — Meyer-Falk vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-251/06) (1)

(“Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u r-riforma ġudizzjarja fil-Bulgarija - Rifjut ta’ aċċess - Kawża tisfa mingħajr suġġett matul il-proċedura - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 180/93

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Meyer-Falk (Bruchsal, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Crosby, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u A. Antoniadis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-6 ta’ Novembru 2006, li biha r-rikorrent ġie rrifjutat l-aċċess għal żewġ dokumenti dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u r-riforma ġudizzjarja fil-Bulgarija.

Dispożittiv

1)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 236, 13.9.2008.


Top