EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0464

Kawża T-464/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas- 17 ta’ Ġunju 2009 — Korsch vs UASI (PharmaResearch) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PharmaResearch — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] — Restrizzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark )

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/47


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Ġunju 2009 — Korsch vs UASI (PharmaResearch)

(Kawża T-464/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PharmaResearch - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Restrizzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark”)

2009/C 180/86

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Korsch AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Grzam, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 924/2007-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PharmaResearch bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Korsch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 51, 23.2.2008.


Top