EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0546

Kawża C-546/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżveżja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/60/KE — Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżveżja

(Kawża C-546/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/60/KE - Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 180/39

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u M. Sundén, aġenti]

Konvenut: Ir-Renju tal-Iżvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, p. 15).

Dispożittiv

1)

Billi m’adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ir-Renju tal-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 45(1) tal-imsemmija direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Iżvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 7.2.2009.


Top