EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0243

Kawża C-243/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 4 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budaörsi Városi Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — Pannon GSM Zrt vs Erzsébet Sustikné Győrfi (Direttiva 93/13 KEE — Klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur — Effetti ġuridiċi ta’ klawżola inġusta — Setgħa u obbligu tal-qorti nazzjonali li teżamina ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola ta’ ġurisdizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni)

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budaörsi Városi Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — Pannon GSM Zrt vs Erzsébet Sustikné Győrfi

(Kawża C-243/08) (1)

(Direttiva 93/13 KEE - Klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur - Effetti ġuridiċi ta’ klawżola inġusta - Setgħa u obbligu tal-qorti nazzjonali li teżamina ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola ta’ ġurisdizzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni)

2009/C 180/32

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budaörsi Városi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pannon GSM Zrt

Konvenut: Erzsébet Sustikné Győrfi

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Budaörsi Városi Bíróság — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, p. 29) — Klawżola ta’ ġurisdizzjoni li tistabbilixxi qorti li fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħha jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-bejjiegħ jew tal-fornitur — Setgħa tal-qorti nazzjonali li teżamina ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola ta’ ġurisdizzjoni fil-kuntest tal-eżami tal-ġurisdizzjoni tagħha — Kriterji ta’ evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali inġusta ma torbotx lill-konsumatur, u li mhuwiex neċessarju, f’dan ir-rigward, li dan ikun minn qabel ikkontesta b’suċċess tali klawżola.

2)

Il-qorti nazzjonali hija marbuta teżamina ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali meta jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi ta’ dritt u ta’ fatt neċessarji għal dan il-għan. Meta tikkunsidra tali klawżola bħala inġusta, hija m’għandhiex tapplikaha, ħlief meta l-konsumatur jopponi dan. Dan l-obbligu huwa impost ukoll fuq il-qorti nazzjonali meta din tkun qed tistħarreġ il-ġurisdizzjoni territorjali tagħha.

3)

Huwa l-kompitu tal-qorti nazzjonali li tiddetermina jekk klawżola kuntrattwali bħal dik li hija s-suġġett tal-kawża prinċipali tissodisfax il-kriterji neċessarji sabiex tiġi kklassifikata bħala inġusta fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13. Meta tagħmel dan, il-qorti nazzjonali għandha tikkunsidra l-fatt li klawżola f’kuntratt konkluż bejn konsumatur u bejjiegħ jew fornitur, inkluża mingħajr ma tkun ġiet innegozjata individwalment u li tikkonferixxi ġurisdizzjoni esklużiva lill-qorti li fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħha jkun jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-bejjiegħ jew tal-fornitur, tista’ tiġi kkunsidrata bħala inġusta.


(1)  ĠU C 247, 27.9.2008.


Top