EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0564

Kawża C-564/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 49 KE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Avukati tal-privattivi — Obbligu ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali — Obbligu li tiġi maħtura persuna residenti fl-Istat Membru tad-destinazzjoni tas-servizzi)

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-564/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 KE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Avukati tal-privattivi - Obbligu ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali - Obbligu li tiġi maħtura persuna residenti fl-Istat Membru tad-destinazzjoni tas-servizzi)

2009/C 180/16

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u H. Krämer, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: E. Riedl u G. Kunnert, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE — Rekwiżiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-avukati tal-privattivi, li huma legalment stabbiliti fi Stati Membri oħra, sabiex dawn ikunu jistgħu jipprovdu, temporanjament, is-servizzi tagħhom fl-Istat Membru kkonċernat — Obbligu li wieħed jirreġistra ruħu fir-reġistru nazzjonali, li jkollu, għal dan il-għan, assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali, li jkun suġġett għall-osservanza tar-regoli dixxiplinari nazzjonali kollha minbarra dawk marbuta mal-kwalifiki professjonali u li jopera bi sħab ma’ mandatarju lokali.

Dispożittiv

1)

Billi tobbliga lill-avukati tal-privattivi, li huma legalment stabbiliti fi Stat Membru ieħor u li jixtiequ, temporanjament, jipprovdu servizzi fl-Awstrija, jirrikorru għas-servizzi ta’ persuna residenti fl-Awstrija, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 79, 29.3.2008.


Top