EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0241

Kawża C-241/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 4 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Riigikohus — Ir-Repubblika tal-Estonja) — JK Otsa Talu OÜ vs Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA) (FAEGG — Regolament (KE) Nru 1257/1999 — Sostenn Komunitarju għall-iżvilupp rurali — Sostenn għall-metodi ta’ produzzjoni agriambjentali)

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Riigikohus — Ir-Repubblika tal-Estonja) — JK Otsa Talu OÜ vs Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)

(Kawża C-241/07) (1)

(FAEGG - Regolament (KE) Nru 1257/1999 - Sostenn Komunitarju għall-iżvilupp rurali - Sostenn għall-metodi ta’ produzzjoni agriambjentali)

2009/C 180/04

Lingwa tal-kawża: L-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JK Otsa Talu OÜ

Konvenut: Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Riigikohus — Interpretazzjoni tal-Artikoli 22, 23 24(1), 37(4) u 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, p. 80) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita s-sostenn agriambjentali għall-applikanti li jkunu diġà bbenifikaw minn sostenn matul is-sena finanzjarja ta’ qabel u esklużjoni ta’ applikanti ġodda li jassumu l-impenn li jorganizzaw il-produzzjoni tagħhom skont ir-rekwiżiti agriambjentali

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/2004 tat-22 ta’ Diċembru 2004, moqrija flimkien mal-Artikoli 37(4) u 39 tal-imsemmi regolament, ma jipprekludux Stat Membru milli jillimita, minħabba li ma jkunx hemm biżżejjed mezzi finanzjarji, il-kategorija ta’ benefiċjarji tas-sostenn għall-iżvilupp rurali għall-bdiewa li jkunu diġà bbenefikaw minn deċiżjoni tal-għoti ta’ sostenn bħal dan matul is-sena finanzjarja ta’ qabel.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007


Top