EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AE1684

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament (KE) tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti proġetti li jiġġeneraw dħul COM(2008) 558 finali/2 – 2008/0186 AVC

ĠU C 100, 30.4.2009, p. 154–154 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/154


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament (KE) tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti proġetti li jiġġeneraw dħul

COM(2008) 558 finali/2 – 2008/0186 AVC

2009/C 100/30

Nhar it-8 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament (KE) tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti proġetti li jiġġeneraw dħul

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-448 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u t-23 ta’ Ottubru 2008 (seduta tat-23 ta’ Ottubru) li jaħtar lis-Sur DASSIS bħala rapporteur ġenerali u adotta din l-opinjoni b’45 vot favur, l-ebda vot kontra u astensjoni waħda.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.   Il-KESE jieħu nota tal-Proposta tal-Kummissjoni sabiex jiġi emendat l-Artikolu 55 tar-Regolament 1083/2006 u jilqa’ dan il-pass sabiex jitnaqqas il-ħlas amministrattiv li dan jimponi.

1.2.   Il-KESE japprova l-proposta.

2.   Raġuni

2.1.   L-Artikolu 55 tar-Regolament Nru 1083/2006, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, jistabbilixxi l-proċeduri tal-ġestjoni u d-dispożizzjonijiet relatati mal-kontribut ta’ dawn il-fondi għall-proġetti li jiġġeneraw dħul. L-Artikolu 55 jistabbilixxi wkoll limitu ta’ EUR 200 000 li jekk jinqabeż iridu jiġu applikati dawn id-dispożizzjonijiet.

2.2.   Dawn id-dispożizzjonijiet ma jidhrux li huma adattati għall-proġetti kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew, li essenzjalment jiffinanzja operazzjonijiet immaterjali. Dawn jimponu wkoll ħlas amministrattiv sproporzjonat fuq l-operazzjonijiet żgħar kofinanzjati mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni.

2.3.   Minħabba li huwa impossibbli li tiġi solvuta l-kwistjoni tal-ħlas amministrattiv impost mill-Artikolu 55 bl-interpretazzjoni tiegħu, u wara konsultazzjonijiet informali mal-Istati Membri, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi modifika għall-Artikolu 55 sabiex id-dispożizzjonijiet tiegħu minn issa ’l quddiem japplikaw biss għall-operazzjonijiet kofinanzjati mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni u li l-ispiża totali tagħhom taqbeż il-EUR 1 miljun. Skont il-Kummissjoni, din ir-reviżjoni teknika ser tħaffef b’mod sinjifikanti l-ġestjoni ta’ dawn il-proġetti.

Brussell, 23 ta’ Ottubru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


Top