EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0093

Kawża C-93/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Augstākās tiesas Senāta (Repubblika tal-Latvja) fit- 28 ta' Frar 2008 — SIA Schenker vs Valsts ieņēmumu dienests

ĠU C 128, 24.5.2008, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/21


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Augstākās tiesas Senāta (Repubblika tal-Latvja) fit-28 ta' Frar 2008 — SIA Schenker vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-93/08)

(2008/C 128/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāta.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA Schenker

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Domanda preliminari

L-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1381/2003 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-possibbiltà li tiġi imposta sanzjoni fuq id-dikjarant, jew fuq il-proprjetarju ta' oġġetti taħt il-liġi nazzjonali, meta d-detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (id-detentur tad-drittijiet) jilħaq ftehim, mad-dikjarant jew mal-proprjetarju ta' dawn l-oġġetti, sabiex jabbandunawhom biex jiġu distrutti, jew jidħol f'diskussjonijiet dwar il-possibbiltà li l-oġġetti jiġu abbandunati biex jiġu distrutti, u matul din il-proċedura, l-awtoritajiet doganali jirċievu informazzjoni li l-oġġetti huma ffalsifikati?


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (ĠU L 196, p. 7).


Top