EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0088

Kawża C-88/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Obersten Gerichtshof, (l-Awstrija) fis- 27 ta' Frar 2008 — David Hütter vs Technische Universität Graz

ĠU C 128, 24.5.2008, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/21


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Obersten Gerichtshof, (l-Awstrija) fis-27 ta' Frar 2008 — David Hütter vs Technische Universität Graz

(Kawża C-88/08)

(2008/C 128/36)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Obersten Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: David Hütter

Konvenuta: Technische Universität Graz

Domanda preliminari

L-Artikoli 1, 2 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali [bħal dik li tirriżulta mill-Artikoli 3(3) u 26(1) tal-Vertragsbedienstetengesetz 1948 Awstrijaka (Liġi ta' l-1948 dwar impjegati kuntrattwali)] li teskludi, fost il-perijodi ta' impjieg li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni fl-iffissar tad-data ta' referenza għall-finijiet ta' avvanz fil-grad, dawk li jkunu twettqu qabel ma l-persuna kkonċernata tkun għalqet it-18-il sena?


(1)  ĠU L 303, p. 16.


Top