EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/111/18

Procės–verbal ta' Rettifika tat-Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit- 13 ta' Diċembru 2007 ( ĠU C 306, 17.12.2007 )

ĠU C 111, 6.5.2008, p. 56–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 111/56


PROCĖS–VERBAL TA' RETTIFIKA

tat-Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007

( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 306 tas-17 ta' Diċembru 2007 )

(2008/C 111/18)

Din ir-rettifika saret permezz ta' Procės–verbal ta' Rettifika li ġie ffirmat fRuma, fit-30 ta' April 2008, bil-Gvern tar-Repubblika Taljana bħala depozitarju.

1.   EMENDI GĦAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA U TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA

(a)

Paġna 11, Artikolu 1, punt (4) li jikkonċerna l-Artikolu 2(1)

Flok:

“1.

Il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontinwa. Il-mira ta' l-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha.”,

Aqra:

“1.

Il-mira ta' l-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha.”.

(b)

Paġna 42, Artikolu 2, punt (2), punt (d)

Flok:

“(d)

il-kliem ‘li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata’ u ‘b'maġġoranza kwalifikata’ għandhom jitħassru;”,

Aqra:

“(d)

il-kliem ‘li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata’, ‘waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata’, ‘filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata’ u ‘b'maġġoranza kwalifikata’ għandhom jitħassru;”.

(c)

Paġna 43, Artikolu 2, punt (5)

Flok:

“5)

Fl-Artikoli li ġejjin, il-kliem ‘li jikkonsulta mal-Parlament’ u ‘li jikkonsulta lill-Parlament’ għandhom jiġu ssostitwiti bi ‘l-approvazzjoni tal-Parlament’:”,

Aqra:

“5)

Fl-Artikoli li ġejjin, il-kliem ‘li jikkonsulta mal-Parlament’ u ‘li jikkonsulta lill-Parlament’ għandhom jiġu ssostitwiti bi ‘bl-approvazzjoni tal-Parlament’:”.

(d)

Paġna 44, Artikolu 2, punt (7), paragrafu 2, inċiż 4

Ir-raba' inċiż tat-tieni paragrafu (“— l-Artikolu 231, it-tieni sub-paragrafu”) għandu jitħassar.

(e)

Paġna 45, Artikolu 2, punt (8), inċiż 2

Flok:

“—

l-Artikolu 97b”,

Aqra:

“—

l-Artikolu 4, li sar l-Artikolu 97b”.

(f)

Paġna 74, Artikolu 2, punt 94

Flok:

“94)

Fl-aħħar ta' l-Artikolu 109, il-parti tas-sentenza ‘… l-aktar tard sad-data ta' l-istabbiliment tas-SEBĊ’ għandha titħassar.”,

Aqra:

“94)

Fl-aħħar ta' l-Artikolu 109, il-parti tas-sentenza ‘…, l-aktar tard sad-data ta' l- istabbiliment tas-SEBĊ’ għandha titħassar.”.

(g)

Paġna 75, Artikolu 2, punt 99, punt (c)

Flok:

“(c)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu għandu jitħassar; fit-tielet inċiż, ir-referenza għall-Artikolu 99 (2), (3), (4) u (5) għandha tinbidel b' referenza għall-Artikolu 99 (2), (3), (4) u (6), u r-referenzi għall-Artikolu 122(2), u l-Artikolu 123(4) u (5) għandhom jiġu ssostitwiti b' referenza għall-Artikoli 117a (2) u (3);”,

Aqra:

“(c)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu għandu jitħassar; fit-tielet inċiż, ir-referenza għall-Artikolu 99 (2), (3), (4) u (5) għandha tinbidel b' referenza għall-Artikolu 99 (2), (3), (4) u (6), u r-referenzi għall-Artikolu 122(2), u l-Artikolu 123 (4) u (5) għandhom jiġu ssostitwiti b' referenza għall-Artikoli 117a (2) u (3); fir-raba' inċiż, ‘il-kliem tat-trattat’ huma sostitwiti bil-kliem ‘tat-trattati’;”.

(h)

Paġna 107, Artikolu 2, punt 211, punt a)

Flok:

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja jistgħu jistabbilixxu …”,

Aqra:

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu …”.

(i)

Paġna 111, Artikolu 2, punt 224)

Flok:

“Minkejja l-iskadenza tal-perijodu stabbilit fil-ħames subparagrafu ta' l-Artikolu 230 kwalunkwe parti tista', ...”,

Aqra:

“Minkejja l-iskadenza tal-perijodu stabbilit fis-sitt subparagrafu ta' l-Artikolu 230 kwalunkwe parti tista', …”.

(j)

Paġna 112, Artikolu 2, punt 231)

Għandu jiżdied il-punt d) li ġej:

“d)

fil-paragrafu 8, innumerat mill-ġdid bħala 7, il-kliem ‘, waqt li jaġixxi bl-istess maġġoranza,’ għandhom jitħassru.”

(k)

Paġna 127, Artikolu 2, punt 274 (Artikolu 279b, l-ewwel sentenza)

Flok:

“… fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni taħt il-proċeduri tal-baġit previsti f'dan il-Kapitolu.”,

Aqra:

“… fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni taħt il-proċeduri tal-baġit previsti f'dan it-Titolu.”.

(l)

Fejn meħtieġ

L-espressjoni “politika barranija u ta' sigurtà komuni”, kull fejn tinsab fit-test, għandha tiġi sostitwita minn din: “politika estera u ta' sigurtà komuni”.

2.   PROTOKOLLI ANNESSI MAT-TRATTAT TA' LISBONA

(a)

Paġna 172, Artikolu 1, punt 5, punt (d)

Flok:

“—

Punt 6, innumerat mill-ġdid bħala 5, it-tieni subparagrafu;

Punt 9, innumerat mill-ġdid bħala 8, is-sentenza introduttiva;

Punt 10, innumerat mill-ġdid bħala 9, punt a), it-tieni sentenza;

Punt 11, innumerat mill-ġdid bħala 10;”,

Aqra:

“—

Paragrafu 6, innumerat mill-ġdid bħala 5, it-tieni subparagrafu;

Paragrafu 9, innumerat mill-ġdid bħala 8, is-sentenza introduttiva;

Paragrafu 10, innumerat mill-ġdid bħala 9, punt a), it-tieni sentenza;

Paragrafu 11, innumerat mill-ġdid bħala 10;”

(b)

Paġna 172, Artikolu 1, punt 11, punt (e), it-tieni sentenza

Flok:

“Fl-aħħar tat-tieni frażi, il-kliem ‘ta' l-Unjoni Ewropea’ jiżdiedu wara ‘tat-Trattat’.”,

Aqra:

“Fl-aħħar tat-tieni frażi, il-kliem ‘dwar l-Unjoni Ewropea’ jiżdiedu wara ‘tat-Trattat’.”.

(c)

Paġna 174, Artikolu 1, punt 11, punt (aa)

Flok:

“aa)

fl-Artikolu 52, innumerat mill-ġdid bħala 49, il-kliem ‘skond l-Artikolu 116a(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,’ għandhom jiddaħħlu wara l-kliem ‘Wara li r-rati tal-kambju jiġu ffissati irrevokabbilment …’.”,

Aqra:

“aa)

fl-Artikolu 52, innumerat mill-ġdid bħala 49, fl-intestatura ta' l-Artikolu il-kliem ‘…f'muniti tal-Komunità’ jinbidlu sabiex jaqraw ‘…f'muniti ta' l-Istati Membri’ u fl-Artikolu, il-kliem ‘skond l-Artikolu 117a(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,’ għandhom jiddaħħlu wara l-kliem ‘Wara li r-rati tal-kambju jiġu ffissati irrevokabbilment …’.”.

(d)

Paġna 181, Artikolu 1, punt 15, punt d)

Flok:

“d)

fl-Artikolu 6, il-kliem ‘ta' l-IME jew’ għandhom jitħassru;”,

Aqra:

“d)

fl-Artikolu 6, il-kliem ‘lill-IME jew lill-BĊE skond il-każ’ għandhom jiġu sostitwiti minn ‘lill-BĊE’;”

(e)

Paġna 194, Artikolu 1

Għandu jiżdied dan il-punt li ġej:

“ANNESS

(34)

Fl-Anness I, kapitolu 22, ex 22.08, ex 22.09, il-kliem ‘tat-Trattat’ għandhom jitħassru.”.

3.   TABELLA TA' KORRISPONDENZA PREVISTA FL-ARTIKOLU 5 TAT-TRATTAT TA' LISBONA

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Paġna 206, numerotazzjoni antik tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif imsemmija fl-Artikolu 47

Flok:

“Artikolu 47 (imċaqlaq)”,

Aqra:

“Artikolu 47 (sostitwit)”.

Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

(a)

Paġna 207, l-intestatura ta' l-ewwel kolonna

Flok:

“Numru antik tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea”,

Aqra:

“Numru antik tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea”.

(b)

Paġna 214, in-numru ġdid tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jikkorrispondi għall-Artikolu 113 (imċaqlaq)

Flok:

“Artikolu 294”,

Aqra:

“Artikolu 284”.

(c)

Paġna 228, in-nota tal-qiegħ tal-paġna relattiva għall-Artikolu 63, punti 1 u 2 u l-Artikolu 64(2), taħt in-numru antik tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Flok:

“L-Artikolu 63 punti 1 u 2 tat-Trattat KE jiġu sostitwiti mill-Artikolu 63 (1) u(2) tat-TFUE u l-Artikolu 64(2) jiġi sostitwit mill-Artikolu 63(3) tat-TFUE.”,

Aqra:

“L-Artikolu 63, il-punti 1 u 2 tat-Trattat KE jiġu sostitwiti mill-Artikolu 63 (1) (2) (innumerat mill-ġdid 78) tat-TFUE u l-Artikolu 64(2) jiġi sostitwit mill-Artikolu 63(3) tat-TFUE (innumerat mill-ġdid 78).”,

(d)

Paġna 229, in-nota tal-qiegħ tal-paġna relattiva għall-Artikolu 178, taħt in-numru antik tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Flok:

“Sostitwit, fis-sustanza, mit-tieni frażi tat-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 188 D(1), tat-TFUE.”,

Aqra:

“Sostitwit, fis-sustanza, mit-tieni frażi tat-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 188 D(1), tat-TFUE (innumerat mill-ġdid 208).”.


Top