EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0506(10)

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

ĠU C 111, 6.5.2008, p. 51–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 111/51


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

(2008/C 111/17)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA FIL-KUNTEST TA' L-ARTIKOLU 9

“GORGONZOLA”

Nru tal-KE: IT/PDO/117/0010/12.04.2002

Image DPOImage IĠP

1.   Intestatura ta' l-ispeċifikazzjoni għall-emendar

Image

Isem il-prodott

Image

Deskrizzjoni tal-prodott

Image

Żona ġeografika

Image

Prova ta' l-oriġini

Image

Metodu ta' produzzjoni

Image

Rabta

Image

Tikkettar

Image

Kundizzjonijiet nazzjonali

Image

Oħrajn

2.   Tip ta' emenda

Image

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi

Image

Emenda ta' l-ispeċifikazzjonijiet tad-DPO jew l-IĠP irreġistrata, li għaliha la d-dokument uniku u lanqas is-sinteżi ma ġew ippubblikati

Image

Emenda għall-ispeċifikazzjoni li ma tirrikjedix emendi tad-dokument uniku ppublikat (Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Image

Emenda temporanja ta' l-ispeċifikazzjonijiet li jirriżultaw mill-adozzjoni ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda (emendi):

Deskrizzjoni tal-prodott

L-ispeċifikazzjoni attwali tindika piż tal-ġobna ta' bejn 6 kg u 13-il kg, mingħajr ma tindika l-karatteristiċi organolettiċi għad-diversi dimensjonijiet tal-prodott lest.

Biex il-konsumatur ikun jista' jidentifika l-prodott b'mod aħjar, dawn il-karatteristiċi organolettiċi issa huma ddefiniti fid-dettall, b'tali mod li jintrabtu mad-daqs tal-ġobna:

ġobna “kbira” b'piż ta' bejn 10 u 13-il kg, b'togħma ħelwa jew kemmxejn pikkanti b'perjodu ta' staġnar ta' mhux inqas minn 50 jum;

ġobna “medja” b'piż ta' bejn 9 u 12-il kg, b'togħma tabilħaqq pikkanti b'perjodu ta' staġnar ta' mhux inqas minn tmenin jum;

ġobna “żgħira” b'piż ta' bejn 6 u 8 kg, b'togħma tabilħaqq pikkanti b'perjodu ta' staġnar ta' mhux inqas minn sittin jum.

Barra minn hekk qed jiġu aġġornati kif ġej id-dimensjonijiet tal-ġenb u tad-dijametru tal-ġobna biex jirriflettu l-prodotti reali:

ġenb dritt b'għoli minimu ta' 13-il ċm;

dijametru tal-ġobna ta' bejn 20 ċm u 32 ċm.

Fl-aħħarnett, f'dak li jirrigwarda l-qoxra, huwa xieraq li jiġi indikat espliċitament li din ma tittikilx, bil-għan li l-konsumatur jiġi mgħarraf biċ-ċert dwar dan, kif ukoll li minflok ma tissejjaħ “ħamranija”, tintuża l-indikazzjoni “roża” biex tiddeskrivi aħjar l-aspett estern tal-prodott.

Żona ġeografika

Jiddaħħal it-territorju tal-provinċja ta' Varese, li kien tħalla barra mir-reġistrazzjoni oriġinali, minkejja l-eżistenza tad-dokumentazzjoni storika meħtieġa u l-karatteristiċi pedoklimatiċi taż-żona delimitata, kif ukoll minkejja li l-ġobon prodott f'dan il-post kellu l-istess karatteristiċi bħal dak li għalih intalab ir-rikonoxximent bħala “Gorgonzola”.

Barra minn hekk għandha tiġi aġġornata l-lista ta' ismijiet ta' provinċji rilevanti. Dan l-aġġornament ma jikkostitwix emenda għaliex id-delimitazzjoni amministrattiva l-ġdida ma ġabet l-ebda varjazzjoni taż-żona tal-produzzjoni msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 li jirreġistra l-Gorgonzola bħala DPO, peress li din tikkonċerna biss varjazzjoni fl-isem.

B'hekk iddaħħlu fit-test il-provinċji li ġejjin, li t-territorju tagħhom, kif għandu jiġi enfasizzat, diġà kien inkluż f'dak tal-provinċji li jagħmlu parti miż-żona tal-produzzjoni msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1107/96:

 

Biella, li diġà kienet fit-territorju tal-provinċja ta' Vercelli;

 

Lecco, Lodi u Monza, li diġà kienu fit-territorju tal-provinċja ta' Milano;

 

Verbano-Cusio-Ossola, li diġà kienu fit-territorju tal-provinċja ta' Novara.

Prova ta' l-oriġini

Fl-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni ddaħħal paragrafu marbut ma' l-oriġini, element li għall-prodotti bħall-Gorgonzola, kif jissemmew għall-finijiet ta' l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, ma kienx previst.

Metodu ta' produzzjoni

Peress li l-ispeċifikazzjoni attwali ma tagħti l-ebda indikazzjoni dwar jekk il-ħalib għandux ikun nej jew pasturizzat, huwa xieraq li jiġi ppreċiżat (ukoll bil-għan li jkun jista' jsir kontroll adegwat) li l-ħalib sħiħ tal-baqar li jintuża jkun pasturizzat. Din il-prattika fil-fatt minn dejjem kienet tissegwa fil-produzzjoni tal-Gorgonzola.

Wara l-pasturizzazzjoni tal-ħalib, fl-ispeċifikazzjoni għandha tiddaħħal iż-żieda ta' l-enżimi tal-ħalib u s-sospensjoni ta' l-ispori tal-Penicillium u ħmejjer partikolari.

L-użu ta' l-enżimi tal-ħalib bħala aċidifikaturi tal-bidu, joħloq dawk it-toqbiet fl-għaġna li jwasslu għall-iżvilupp tal-Penicillium u b'hekk għall-irħamar klassiku ħadrani fl-ikħal. Dan iddaħħal fl-ispeċifikazzjoni sabiex jiġi evitat il-ħolqien tat-toqob b'mezz mekkaniku, li billi jħallat l-għaġna u tiffavorixxi t-tkabbir tal-Penicillium, jista' jġib miegħu r-riskju ta' kontaminazzjoni tal-Listeria.

Minflok ma titħalla d-diċitura ġenerika bħalma hi fl-ispeċifikazzjoni attwali, li tirreferi għal staġnar ta' bejn xahrejn u tliet xhur, jitqies xieraq li ż-żmien ta' staġnar jiġi ffissat b'tali mod li jkun marbut mat-tipoloġija tal-prodott.

It-temperatura massima tat-tibqit tal-ħalib, li fl-ispeċifikazzjoni attwali kienet ta' 32 °C, issa ttelgħet għal 36 °C biex jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-Gorgonzola. B'konsegwenza ta' dan, it-temperatura massima tat-tmelliħ fix-xott żdiedet ukoll minn 20 °C għal 24 °C.

Barra minn hekk, it-temperatura ta' l-ambjenti ta' staġnar tniżżlu minn 5-8 °C fl-ispeċifikazzjoni attwali għal 2-7 °C, b'rabta mal-loġika wara t-tibdil l-ieħor mitlub maħsub biex ir-reazzjonijiet bijokimiċi tal-maturazzjoni jseħħu aktar bil-mod, biex jiġi evitat li l-prodotti jsiru jrejħu wisq.

Għandha tiddaħħal, ex novo, l-indikazzjoni tal-perċentwal ta' l-umdità relattiva (85-99 %) li ma kenitx preżenti fl-ispeċifikazzjoni li wasslet għar-rikonoxximent, iżda li jitqies bħala valur importanti ħafna.

Il-paragrafu ta' l-ispeċifikazzjoni attwali marbut mat-twaħħil tal-marki DPO, ġie fformulat mill-ġdid biex jiġi ddefinit b'mod aktar ċar it-twaħħil taż-żewġ marki, l-ewwel wieħed għall-oriġini, u t-tieni fil-karta ta' l-aluminju bbuzzat fil-mument tat-tqegħid fis-suq għall-konsum, u biex jiġi speċifikat li dawn il-marki jitwaħħlu biss wara li l-organu ta' spezzjoni jkun ivverifika li l-prodott ikollu l-karatteristiċi organolettiċi u kwalitattivi stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni.

Tikkettar

Għal darb'oħra, bil-għan li l-konsumatur ikollu għażla aktar infurmata, ġiet introdotta l-possibbiltà li tiddaħħal tikketta bl-ispeċifikazzjoni tat-tip “ħelu” jew “pikkanti”.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 510/2006

“GORGONZOLA”

Nru tal-KE: IT/PDO/117/0010/12.04.2002

DPO ( X ) IĠP ( )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Ministero delle Politiche agricole alimentari e forestali — Dipartimento delle Politiche di sviluppo — Direzione generale per la Qualità dei prodotti agroalimentari

Indirizz:

Via XX Settembre, 20

I-00187 Roma

Tel

(39) 06 481 99 68

Feks

(39) 06 420 31 26

Posta elettronika:

qpa3@politicheagricole.gov.it

2.   Applikant:

Isem:

Consorzio per la tutela del formaggio Gorgonzola

Indirizz:

Via A. Costa, 5/c

I-28100 Novara

Tel

(39) 0321 62 66 13

Feks

(39) 0321 39 09 36

Posta elettronika:

consorzio.gorgonzola@gorgonzola.it

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.3 — Ġobon

4.   Speċikazzjoni:

(Sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006);

4.1.   Isem: “Gorgonzola”

4.2.   Deskrizzjoni: Il-Gorgonzola huwa ġobon artab, xaħmi u ta' għaġna nejja, prodott esklussivament mill-ħalib sħiħ tal-baqar.

Il-prodott lest għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

Forma: ċilindrika b'uċuh ċatti u ġnub għoljin u dritti;

Dimensjonijiet: ġenb dritt b'għoli minimu ta' 13-il ċm; dijametru ta' bejn 20 ċm u 32 ċm;

Piżijiet:

ġobna Grande Tipo Dolce: 10/13-il kg b'togħma ħelwa jew ftit pikkanti;

ġobna Media Tipo Piccante: 9/12-il kg b'togħma tabilħaqq pikkanti;

ġobna Piccola Tipo Piccante: 6/8 kg b'togħma deċiżament pikkanti;

Qoxra: ta' lewn griż u/jew roża, ma tittikilx.

Għaġna: magħquda, ta' kulur abjad jew abjad safrani, bil-moffa (rħamar) li jipproduċi vini karatteristiċi blu jagħtu fl-aħdar.

Xaħam fuq il-materjal xott: minimu ta' 48 %

4.3.   Żona ġeografika: Iż-żona tal-produzzjoni u ta' staġnar tinkludi t-territorju kollu tal-provinċji ta':

Bergamo, Biella, Brescia, Como, Cremona, Cuneo, Lecco, Lodi, Milano, Monza, Novara, Pavia, Varese, Verbano Cusio-Ossola, Vercelli.

Alessandria: esklussivament it-territorju tal-komuni ta' Casale Monferrato, Villanova Monferrato, Balzola, Morano Po, Coniolo, Pontestura, Serralunga di Crea, Cereseto, Treville, Ozzano Monferrato, San Giorgio Monferrato, Sala Monferrato, Cellamonte, Rosignano Monferrato, Terruggia, Ottiglio, Frassinello Monferrato, Olivola, Vignale, Camagna, Conzano, Occimiano, Mirabello Monferrato, Giarole, Valenza, Pomaro Monferrato, Bozzole, Valmacca, Ticineto, Borgo San Martino u Frassineto Po.

4.4.   Prova ta' l-oriġini: Kull fażi tal-proċess produttiv għandha tkun immonitorjata billi jiġi ddokumentat għal kull waħda mill-fażijiet, il-prodotti li jidħlu u dawk li joħorġu. B'dan il-mod, u permezz ta' tniżżil f'listi speċifiċi, ġestiti mill-organu ta' spezzjoni, tal-ħwat u tal-produtturi, kif ukoll iż-żamma ta' reġistri tal-produzzjoni u d-dikjarazzjoni tal-kwantitajiet prodotti, tiġi garantita t-traċċabilità tal-prodott. L-istess materja prima tiġi kkontrollata strettament mill-organu ta' spezzjoni inkarigat fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni. Il-persuni kollha, fiżiċi jew ġuridiċi, imniżżla fil-listi relatati, se jkunu suġġetti għall-kontroll mill-organu ta' spezzjoni, skond kif previst mill-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni u tal-pjan ta' kontroll relatat.

Id-DPO “Gorgonzola” hija identifikabbli minn żewġ marki li għandhom jitwaħħlu fiż-żona ta' produzzjoni u ta' staġnar, biex l-organu ta' spezzjoni jkun jista' jivverifika, qabel ma jitwaħħlu dawn il-marki, li l-prodott ikollu l-karatteristiċi organolettiċi u kwalitattivi deskritti fil-punt 4.2.

Iż-żewġ marki huma:

wieħed ta' l-oriġini, li jitwaħħal fuq kull waħda mill-uċuh ċatti, li jkollu fuqu n-numru ta' identifikazzjoni ta' l-impjant tal-produzzjoni, miksub permezz ta' l-applikazzjoni tat-tabelli mqassma mill-Korp ta' Ħarsien, inkarigat mill-Ministeru għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Foresterija;

l-ieħor li għandu jitwaħħal ladarba l-prodott ikun kiseb il-karatteristiċi meħtieġa biex joħroġ għall-konsum u li jikkonsisti f'folja ta' aluminju bbuzzat li tiksi l-ġobna kollha, inkella n-nofs ġobna wara li tkun tqattgħet orizzontalment, b'tali mod li l-marka ta' l-oriġni bin-numru ta' identifikazzjoni ta' l-impjant tal-produzzjoni jidher biċ-ċar fuq il-wiċċ ċatt, u li fuq in-naħa l-oħra jkollha l-marka ta' identifikazzjoni fuq l-aluminju bbuzzat bħala garanzija ta' awtentiċità u tat-traċċabilità tal-prodott.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Produzzjoni: il-produzzjoni tal-ġobon bid-DPO “Gorgonzola” sseħħ skond din is-sekwenza ta' proċessi:

il-ħalib sħiħ tal-baqar li ġej miż-żona tal-produzzjoni jiġi ppasturizzat,

tibqit: Wara l-pasturizzazzjoni, il-ħalib jiżdidulu l-enżimi tal-ħalib u wkoll sospensjoni ta' Penicillium u ħmejjer diversi, u mbagħad jiżdiedlu t-tames tal-vitella f'temperatura ta' 28-36 °C,

il-baqta mbagħad titqiegħed f'fasceruoli (qwieleb) u fuq kull waħda mill-uċuh ċatti titqiegħed il-marka ta' l-oriġini li jkollha n-numru ta' identifikazzjoni ta' l-impjant tal-produzzjoni,

il-ġobna mbagħad tiġi mmellħa fix-xott, u dan il-proċess idum għal xi jiem, b'temperatura ta' 18-24 °C,

matul il-maturazzjoni jiżviluppaw varjetajiet u tipi ta' penicillium karatteristiċi tal-“Gorgonzola” u li jwasslu għall-kulur ikħal-ħadrani (irħamar).

Staġnar: l-istaġnar ma jdmux inqas minn 50 jum:

Ġobna Grande — Tipo Dolce: 10/13-il kg b'togħma ħelwa jew ftit pikkanti, b'perjodu ta' staġnar ta' mhux inqas minn 50 jum.

Ġobna Media — Tipo Piccante: 9/12-il kg b'togħma deċiżament pikkanti, b'perjodu ta' staġnar ta' mhux inqas minn 80 jum.

Ġobna Piccola — Tipo Piccante: 6/8-il kg b'togħma deċiżament pikkanti, b'perjodu ta' staġnar ta' mhux inqas minn 60 jum.

Għat-tipi kollha, l-istaġnar isir f'ambjenti b'temperatura ta' bejn 2-7 ° C u b'umdità ta' 85-99 %.

Matul il-maturazzjoni l-għaġna tittaqqab għal diversi drabi biex il-varjetajiet u t-tipi ta' penicillium, karatteristiċi tal-“Gorgonzola” (l-irħamar), jiżviluppaw.

Fi tmiem il-perjodu ta' staġnar, l-organu ta' spezzjoni jivverifika li l-prodott ikun laħaq il-kundizzjonijiet għar-rilaxx għall-konsum, u titwaħħallu l-folja ta' aluminju bbuzzat bil-marka ta' identifikazzjoni bbuzzata.

4.6.   Rabta: Il-fatturi naturali huma marbuta mal-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona ta' produzzjoni, li jikkaratterizzaw l-abbundanza u l-kwalità tal-mergħat li fuqhom jgħixu l-baqar, kif ukoll għall-iżvilupp ta' l-aġenti mikrobijoloġiċi li jiddeterminaw il-karatteristiċi organolettiċi u tal-kulur tal-ġobon.

F'dak li jirrigwarda l-fatturi umani, għandu jiġi indikat li l-konsum tal-prodott infirex sew bis-saħħa ta' l-użu ta' metodi ta' preparazzjoni tradizzjonali, abbażi taċ-ċereali tipiċi taż-żona ta' produzzjoni.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem:

CSQA — Certificazioni S.r.l.

Indirizz:

Via S. Gaetano, 74

I-36016 Thiene (VI)

Tel

(39) 0445 36 60 94

Feks

(39) 0445 38 26 72

Posta elettronika:

csqa@csqa.it

L-organu ta' spezzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-istandard EN 45011.

4.8.   Tikkettar: Il-ġobniet għandu jkollhom fuqhom il-marki ta' identifikazzjoni maħruġa mill-Konsorzju.

Il-ġobna “Grande” li għandha l-karatteristiċi biex tiġi identifikata bħala “ħelwa”, u l-ġobniet “Media” u “Piccola” li għandhom il-karatteristiċi biex ikunu definiti bħala “pikkanti”, jista' jkollhom fuqhom tikketta b'dawn l-indikazzjonijiet maġenb jew taħt id-denominazzjoni “Gorgonzola” bl-użu ta' tipa iżgħar.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Top