EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0506(09)

Avviż ta' l-iskadenza ta' ċerti miżuri pendenti kontra d-dumping

ĠU C 111, 6.5.2008, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 111/50


Avviż ta' l-iskadenza ta' ċerti miżuri pendenti kontra d-dumping

(2008/C 111/16)

1.

Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 (1) dwar il-ħarsien mill-importazzjoni dumped minn pajjiżi li m'humiex membri tal-Komunità Ewropea il-Kummissjoni tavża li sakemm issir reviżjoni skond il-proċedura, il-miżuri kontra d-dumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Il-Proċedura

Produtturi Komunitarji jistgħu jagħmlu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikollha biżżejjed evidenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri probbabilment tirriżulta f' kontinwazzjoni jew repetizzjoni ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż li jesporta u l-produtturi Komunitarji mbagħad jiġu pprovduti bl-opportunità li jsaħħu, jirribattu jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet li jinsabu fit-talba.

3.   Limitu ta' żmien:

Produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni fuq il-bażi msemmija hawn fuq, li trid jasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (L-Unità H-1), J-79 4/23, B-1049 Brussel (2)fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż preżenti iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.

Dan l-avviż huwa pubblikat skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.

Prodott

Pajjiż(i) ta' l-oriġini jew ta' l-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' l-iskadenza

Furfuryl alcohol

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju anti-dumping

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1905/2003 (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 1)

1.11.2008


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1) Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  Telefax (32-2) 295 65 05.


Top