EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0506(03)

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

ĠU C 111, 6.5.2008, p. 22–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 111/22


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

(2008/C 111/08)

Numru XA: XA 7054/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Umbria

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija benefiċjarja ta' għajnuna indvidwali: Progetti integrati di filiera a favore delle PMI attive nel settore della produzione, trasformazione e commercializzazione dei prodotti di cui all'allegato I del trattato. Criteri per la concessione degli aiuti

Bażi ġuridika: Deliberazione della Giunta regionale n. 1798 del 12 novembre 2007 avente per oggetto «Modifiche ed integrazioni alla DGR 1449/2007 concernente: progetti integrati di filiera a favore delle PMI attive nel settore della produzione, trasformazione e commercializzazione dei prodotti di cui all'allegato I del trattato, criteri per la concessione degli aiuti».

L-iskema ta' l-għajnuna preżenti għandha tiqies bħal modifika fl-iskema ta' l-għajnuna preċedenti eżentata rreġistrata, skond ir-Regolament (KE) Nru 1/2004, taħt XA 02/05. Se tiġi mnedija permezz ta' avviż pubbliku speċifiku li jistabbilixxi it-termini u l-mod għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, li jinħareġ biss wara li tiġi kkonfermata, skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 70/2001, il-wasla għand il-Kummissjoni ta' din in-nota fil-qosor u tal-pubblikazzjoni relatata fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni stess.

Għall-kategoriji ta' l-għajnuna relatati mas-settur tal-produzzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, ta' min wieħed jinnota li l-bażi ġuridika, irrappreżentata mill-iskema ta' l-għajuna eżentata nru. XA 02/05 għandha tiġi emendata skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Għaldaqstant, l-Artikolu 20 tar-Regolament imsemmi, jipprovdi għat-trażmissjoni lill-Kummissjoni tal-KE, flimkien ma' din in-nota, is-sinteżi relatata li fiha l-informazzjoni fil-qosor li tirrappreżenta l-premessa legali għat-tnedija ta' l-iskema ta' l-għajnuna eżentata fit-tali settur

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont annwali kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 5 450 000 li minnhom:

EUR 5 000 000 prijoritarjament għall-impriżi fid-distrett tal-Lago Trasimeno — PG, (Magione, Panicale, C.del Lago, Tuoro, Passignano, Città della Pieve, Piegaro, Paciano);

EUR 450 000 bħala l-ewwel allokazzjoni u skond id-definizzjoni tal-PSR ta' l-Umbria għall-2007-2013, li qed tistenna l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, għall-għoti ta' l-għajnuna għas-sostenn tal-proġetti fis-settur ta' l-industrija ta' l-ikel, għall-bqija tar-reġjun.

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.

Għas-settur tal-produzzjoni primarja l-għajnuna, fil-forma ta' kontribut kapitali, tingħata skond il-limitu massimu kif ġej:

40 fil-mija tan-nefqa mġarrba għal dawn l-interventi/l-operat:

(a)

Il-bini jew it-tijib fil-proprjetà immobbli kif ukoll l-akkwist ta' artijiet agrikoli sal-massimu ta' 10 % ta' l-ispiża kumplessiva ta' l-intervent minn kull attwarju relatat. Bl-istess mod huwa permess l-akkwist ta' proprjetà immobbli, jekk dan ikun indispensabbli biex il-proġett jiġi ffinalizzat, sa l-ammont massimu tan-nefqa eliġibbli ta' EUR 516 għal kull metru kwadru li jista' jiġi użat.

(b)

Spejjeż marbutin ma' l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kwalità skond il-kriterji ta' l-istandards ta' l-ISO 9000.

20 fil-mija tan-nefqa mġarrba għall-akkwist ta' makkinarji u tagħmir inklużi dawk ta' l-informatika,

12 % għall-ispejjeż ġenerali marbutin ma' a) u b), inklużi l-akkwist ta' brevetti u ta' liċenzji.

Ir-rati msemmija jiżdiedu b'10 punti jekk l-intervent/l-operat iseħħ fiż-żoni tal-muntanji jew żvantaġġjużi kif stabbiliti fil-Programm għall-iżvilupp rurali ta' l-Umbria għall-2007-2013, skond l-Artikoli 50 u 94 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u b'10 punti oħra jekk dan jiġi realizzat minn bdiewa żgħażagħ

Fi kwalunkwe każ l-ammont globali ta' l-għajnuna li jingħata lil impriża individwali fi kwalunkwe perjdou matul tliet snin finanzjarji ma jistax jaqbeż l-EUR 400 000 jew il-EUR 500 000 fil-każ li l-impriża tinstab f'żona fil-muntanji jew żvantaġġjuża kif stabbilita fil-Programm għall-Iżvilupp Rurali ta' l-Umbria għall-2007-2013, skond l-Artikoli 50 u 94 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Inklużi ukoll fis-settur tal-produzzjoni primarja huwa l-investimenti realizzati fl-istabbiliment agrikolu meħtieġa għat-tħejjija tal-prodotti ta' l-annimali jew tal-ħaxix għall-ewwel bejgħ. L-ewwel bejgħ ifisser dak li jsir minn produttur primarju lill-bejjiegħa jew il-proċessuri u kull operat meħtieġ għat-tħejjija ta' dan l-ewwel bejgħ kif ukoll għall-bejgħ lill-konsumatur finali sakemm dan iseħħ f'postijiet mhux separati minn postijiet oħra użati għall-attività primarja.

Esklużi mill-għajnuna huma:

l-akkwist ta' drittijiet ta' produzzjoni kemm ta' annimali kif ukoll ta' ħxejjxe annwali,

dranaġġ, tagħmir u xogħlijiet marbutin ma' irrigazzjoni,

tħawwil ta' pjanti annwali,

investimenti sempliċi ta' bdil,

investimenti fil-manifattura ta' prodotti li jimitaw jew jissostitwixxu l-ħalib u prodotti tal-ħalib.

2.

Għas-settur ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni l-għajnuna, fil-forma ta' kontributi kapitali, tingħata sal-limitu massimu ta' 40 fil-mija tan-nefqa mġarrba għal dawn l-interventi/l-operazionijiet:

(a)

il-kostruzzjoni jew it-tijib ta' proprjetà immobbli. Bl-istess mod huwa permess l-akkwist ta' proprjetà immobbli, jekk dan ikun indispensabbli biex il-proġett jiġi ffinalizzat, sa l-ammont massimu tan-nefqa eliġibbli ta' EUR 516 għal kull metru kwadu li jista' jiġi użat;

(b)

spejjeż marbuta ma' l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kwalità fl-istabbilimenti skond il-kriterji ta' l-istandards ta' l-ISO 9000;

(c)

l-akkwist ta' makkinarju, tagħmir inklużi dwk ta' l-informatika, stallazzjonijiet teknoloġiċi;

(d)

ispejjeż ġenerali marbutin ma' l-ispejjeż taħt (a), (b) u (c) sal-massimu ta' 12 %, inklużi l-akkwist ta' brevetti u ta' liċenzji.

Esklużi mill-għajnuna huma:

l-investimenti fil-fażi li ssegwi l-ewwel produzzjoni fil-każ li fl-istabbiliment ma sseħħx l-ewwel produzzjoni ta' prodott elenkat fil-Anness I tat-Trattat,

l-investimenti fil-livell tal-kummerċ bl-imnut,

l-investimenti fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti ġejjin minn pajjiżi barra mill-Komunità.

Għal kull impriża, l-ispejjeż massimi eliġibbli huma limitati għal 40 % tal-qligħ imsemmi fl-aħħar bilanċ approvat fid-data tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni jew inkella s-sehem kapitali għal għaxar darbiet aktar sottoskritt fl-istess data.

Fi kwalunkwe każ, fir-rigward ta' l-impriżi ta' l-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat, l-ispejjeż huma eliġibbli għall-għajnuna biss jekk ikunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 70/2001

3.

Għas-settur tal-ġestjoni integrata f'termini ta' kwalità, protezzjoni ambjentali, saħħa pubblika, saħħa tal-pjanti u ta' l-annimali, il-benessri ta' l-annimali u sikurezza fuq ix-xogħol l-għajnuna, fil-forma ta' kontribut f'kapital, tingħata skond il-limitu kif ġej:

sa 100 % ta' l-ispejjeż imġarrba mill-produtturi, individwali jew assoċjati, u sa massimu ta' EUR 30 000 għal kull stabbiliment, fir-rigward ta' l-interventi li ġejjin:

(a)

spejjeż relatati mal-verifiki tal-ħruġ ta' l-ewwel ċertifikat kif previst għall-prodotti ta' kwalità rikonoxxuti fil-livell Komunitarju (DOC, DOCG, DOP, IGT, IGP, SGT u prodotti organiċi),

sa 50 % ta' l-ispejjeż imġarrba u sa massimu ta' EUR 100 000 għal kull impriża, għall-interventi li ġejjin:

(b)

spejjeż marbutin ma' l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kwalità ambjenti fl-istabbiliment skond il-kriterji ta' l-istandards ta' l-ISO 14000 jew EMAS;

sa 80 % ta' l-ispejjeż imġarrba u sa massimu ta' EUR 100 000 kull impriża, għall-interventi li ġejjin:

(c)

infiq marbut ma' l-introduzzjoni ta' sistemi ta' ċertifikazzjoni fil-katina ta' l-industrija ta' l-ikel;

sa 70 % ta' l-ispejjeż imġarrba minn impriżi individwali jew assoċjati u sa massimu ta' EUR 200 000 għall-interventi relatati mas-servizzi ta' sostenn għall-kummerċjalizzazzjoni, bħal:

(d)

pubblikazzjoni, bħal katalgi jew siti elettroniċi, li fihom informazzjoni dwar il-prodott imsemmi fis-settur sakemm l-informazzjoni tkun newtrali u sakemm l-operaturi kollha fis-settur ikollhom possibbiltà ndaqs li jidhru fil-pubblikazzjonijiet;

(e)

l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-kompetizzjonijiet, fieri kummerċjali, wirjiet u fora għall-qsim ta' l-għarfien bejn l-istabbilimenti limitata għall-ispejjeż marbutin ma'; reġistrazzjonijiet, vjaġġi, pubblikazzjonijiet, kiri ta' stands, premji simboliċi sa EUR 250 kull premju u kull rebbieħ;

(f)

għall-prodotti ta' kwalità rikonoxxuti fil-livell Komunitarju ((DOC, DOCG, DOP, IGT, IGP, SGT u prodotti organiċi):

(i)

it-tixrid ta' għarfien xjentifiku;

(ii)

l-informazzjoni dwar is-sistemi ta' kwalità u dwar il-benefiċċji nutrittivi tat-tali prodotti u l-użu tagħhom sakemm ir-referenzi għall-oriġini jikkorrispondu eżattament mar-referenzi rreġistrati mill-Komunità.

L-għajnuna relatata mas-servizzi ta' assistenza teknika fl-ebda każ ma tinvolvi ħlasijiet diretti lill-produtturi agrikoli, ħlief fil-każijiet previsti skond l-Artikolu 14 (15) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Data ta' l-applikazzjoni: l-1 ta' Ottubru 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema: sal-31 ta' Diċembru 2008

Għan ta' l-għajnuna: Interventi ta' sostenn għall-SMEs attivi fis-settur tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE (eskluż is-setturi forestali, tal-bioenerġija u tas-sajd) finalizzati għat-tisħiħ fil-kompetittività tas-setturi prinċipali ta' l-industrija ta' l-ikel ta' l-Umbria permezz ta' l-introduzzjoni ta' innovazzjonijiet ta' prodott u ta' proċess u ta' ġestjoni integrata rigward kwalità, sikurezza u protezzjoni ambjentali u s-servizzi ta' sostenn għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, l-aktar prodotti ta' kwalità.

Għas-settur tal-produzzjoni, l-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 li ġew applikati għall-eżenzjoni ta' l-iskema preżenti huma: 4, 14, u 15.

Għas-settur ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, l-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 70/2006 li ġew applikati għall-eżenzjoni ta' l-iskema preżenti huma: 4 u 5.

L-ispejjeż eliġibbi koperti bis-sistema ta' l-għajnuna huma indikati fil-paragrafu preċedenti “Intensità massima ta' l-għajnuna”

Settur(i) konċernat(i): Is-setturi kkonċernati fis-sistema ta' l-għajnuna huma dawk tal-produzzjoni, ta' l-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE (esklużi s-setturi forestali, tal-bioenerġija u tas-sajd).

L-inizjattivi kollha previsti fl-iskema ta' l-għajnuna għandhom juru prova ta' l-eżistenza normali ta' opportunitajiet tas-suq. M'humiex eliġibbli investimenti li jżidu l-kapaċità produttiva fis-setturi b'limitazzjonijiet speċifiċi fl-ambitu ta' l-organizzazzjonijiet tas-suq komuni sakemm ma jkunux iġġustifikati mill-akkwist tal-kwoti tal-produzzjoni korrispondenti.

Isem u indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Umbria — Direzione regionale Agricoltura e foreste, aree protette, valorizzazione dei sistemi naturalistici e paesaggistici, beni ed attività culturali, sport e spettacolo

Centro direzionale Fontivegge

I-06100 Perugia

Sit ta' l-internet: www.regione.umbria.it

ikklikkja fuq “aree tematiche”

ikklikkja fuq “agricoltura e foreste”

taħt “ultime notizie” ikklikkja fuq “D.G.R. del”

ikklikkja fuq “clicca qui”

Posta elettronika: fgarofalo@regione.umbria.it

Tagħrif ieħor: L-għajnuna prevista għal kull settur fil-produzzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat huma applikata fl-iskema ta' l-għajnuna eżentata skond ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Għaldaqstant, f'konformità ma' l-Artikolu 20 tar-Regolament imsemmi, in-nota dwar l-informazzjoni fil-qosor dwar l-għajnuna eżentata fit-tali settur qed tintbagħat lill-Kummissjoni flimkien ma' din in-nota


Top