EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0506(01)

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

ĠU C 111, 6.5.2008, p. 13–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 111/13


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 111/06)

XA Number: XA 411/07

Stat Membru: Slovenja

Reġjun: Območje občine Brda

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpore programom razvoja podeželja v občini Brda 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodelitvi pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Brda za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 35 000

 

2008: EUR 35 000

 

2009: EUR 35 000

 

2010: EUR 35 000

 

2011: EUR 35 000

 

2012: EUR 35 000

 

2013: EUR 35 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

għall-modernizzazzjoni ta' l-impriżi agrikoli u l-ġestjoni ta' l-art agrikola u l-mogħdijiet ta' aċċess, l-intensità ta' l-għajnuna m'għandiex taqbeż l-40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli mingħajr VAT.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

għal karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli bl-esklużjoni tal-VAT;

għall-assi produttivi dwar farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli mingħajr VAT, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm;

għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ġuridiċi u amministrattivi.

5.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli mingħajr VAT b'forma ta' servizzi issussidjati; dan m'għandux jinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus għall-produtturi.

6.   Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli mingħajr VAT b'forma ta' servizzi issussidjati; dan m'għandux jinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus għall-produtturi.

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel is-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu III ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Brda għall-perjodu ta' programm 2007-[20]13 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja,

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Brda

Trg 25. maja 2

SLO-5212 Dobrovo

Indirizz ta' l-internet: http://www.lex-localis.info/UradnoGlasiloObcin/VsebinaDokumenta.aspx?SectionID=cad347f3-53f5-403e-ab1f-b987c82cd89a

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Andrej MARKOČIČ

Direttur ta' l-amministrazzjoni muniċipali

XA Number: XA 412/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Kobarid

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-benefiċjarju: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Kobarid za programsko obdobje 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Kobarid za programsko obdobje 2007–2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għotjiet individwali mħallsa lill-kumpanija:

 

2007: EUR 35 662

 

2008: EUR 40 000

 

2009: EUR 45 000

 

2010: EUR 45 000

 

2011: EUR 50 000

 

2012: EUR 50 000

 

2013: EUR 60 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'reġjuni oħrajn.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ta' karatteristiċi mhux produttivi,

sa 60 % (jew sa 75 % f'LFAs) ta' l-ispejjeż eliġibbli ta' karatteristiċi produttivi tal-farm sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

sa 100 % tista' tingħata f'għajnuna addizzjonali biex tkopri spejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa għall-konservazzjoni tal-wirt ta' bini kulturali.

3.   Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi, websajts u l-popolorizzazzjoni ta' l-għarfien xjentifiku

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-ebda għajnuna ma' tiġi allokata qabel mas-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni)

Tul ta' żmien ta' l-iskema: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Artikoli relevanti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Kapitolu III tal-Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva podeželja v občini Kobarid za programsko obdobje 2007-2013 propost li fih miżuri ta' għajnuna mill-Istat li jikkorrispondi ma' l-artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006(ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Settur(i) ekonomiku/ċi: L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Kobarid

Trg svobode 2

SLO-5222 Kobarid

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200791&dhid=91831

Tagħrif ieħor: Il-leġiżlazzjoni lokali tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri biex jiġu implimentati mill-awtoritajiet lokali u t-termini tad-dispożizzjonijiet ġenerali (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Robert KAVČIČ

Sindku, Muniċpalità ta' Kobarid

Numru XA: XA 413/07

Stat Membru: ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Starše

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Dodeljevanje državnih pomoči za programe razvoja kmetijstva in podeželja v občini Starše

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči, pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov razvoja kmetijstva in podeželja v občini Starše

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 111 332

 

2008: EUR 80 000

 

2009: EUR 80 000

 

2010: EUR 80 000

 

2011: EUR 80 000

 

2012: EUR 80 000

 

2013: EUR 80 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli tal-produzzjoni primarja:

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli,

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, f'każ li l-investimenti li saru mill-bdiewa żgħażagħ sa ħames snin mill-bidu ta' l-attivitajiet,

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, f'każ li l-investimenti li saru mill-bdiewa żgħażagħ sa ħames snin mill-bidu ta' l-attivitajiet. Dawn l-investimenti iridu jkunu miġbura fi pjan ta' negozju u l-bidwi żgħażugħ irid jikkonforma mall-kriterji stipulati fl-Artikolu 22 tar-Regolamenti (KE) Nru 1698/2005 (titolu mhux uffiċjali)

L-għan ta' l-għajnuna hu l-investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm, ix-xiri tat-tagħmir biex jintużaw għall-produzzjoni agrikola, il-ġestjoni tal-mergħat u ta' l-art agrikola u l-investiment f'għelejjel permanenti.

2.   Il-konservazzjoni tal-bini u l-pajsaġġi tradizzjonali:

sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, jew sa 75 % taż-żoni inqas ivvantaġġati, għall-investiment(i) għall-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali ta' l-assi produttivi (bini tal-farm), sakemm li dak l-investiment ma jinvolvix kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm.

sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għall-konservazzjoni tal-patrimonju mhux produttiv lokalizzat fuq farms (siti ta' interess agrikolu u storiku),

sa 100 % ta' l-għajnuna adizzjonali biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu tal-materjali tradizzjonali neċessarju biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   L-għajnuna lejn il-ħlas tal-premiums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont tal-kofinanzjment muniċipali hu d-differenza bejn l-ammont tal-kofinanzjament tal-premiums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-premiums ta' l-assigurazzjoni għall-assigurar ta' l-għelejjel u frott u għall-assigurar tal-bhejjem kontra l-mard.

4.   L-għajnuna għat-tqassim ta' l-art:

sa 70 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli.

5.   L-għajnuna biex tinkoraġġixxi l-produzzjoni tal-prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba; din għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma tridx tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Il-provvediment ta' appoġġ tekniku:

sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u t-taħriġ, is-servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, eżibizzjonijiet, fieri, għall-pubblikazzjonijiet, u sitiweb. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma tridx tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna mhux se tingħata sakemm sommarju ma jkunx ippubblikat fuq is-sit tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-Abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat u l-għajnuna de minimis u l-implimentazzjoni ta' miżuri agrikoli u żvilupp rurali oħra fil-muniċipalità ta' Starše, inklużi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (titlu mhux uffiċjali)(ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

L-Artikolu 4: L-investiment f'azjendi agrikoli,

L-Artikolu 5: Il-konservazzjoni tal-bini u l-pajsaġġi tradizzjonali,

L-Artikolu 12: L-għajnuna lejn il-ħlas tal-premiums ta' l-assigurazzjoni,

L-Artikolu 13: L-għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

L-Artikolu 14: L-għajnuna biex tinkoraġġixxi l-produzzjoni tal-prodotti agrikoli ta' kwalità,

L-Artikolu 15: Il-provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-Agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Občina Starše

Starše 93/I 5

SLO-2205 Starše

Indirizz ta' l-Internet: http://www.starse.si/Obrazci_Vloge/PRAVILNIK_kmetijstvo_2007.pdf

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas tal-premiums ta' l-assigurazzjoni biex jassiguraw l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqabblu ma' diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati minn sajjetti, maltempati u għargħar

Ir-Regoli tal-muniċipalità jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (il-proċeduri ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u l-monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Vili DUCMAN

Sindku tal-muniċipalità ta' Starše

Numru XA: XA 415/07

L-Istat Membru: L-Irlanda

Reġjun: Stat Membru

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Breeding Information Campaign 2008

Bażi ġuridika: National Development Plan 2007-2013

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 100 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: 50 %

Data ta' implimentazzjoni:

It-tul ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Mill-1 ta' Jannar 2008-31 ta' Diċembru 2008

L-għan ta' l-għajnuna: Il-kampanja għandha l-għan li tippromwovi r-riżultati tat-testijiet u ta' l-evalwazzjoni ġenetika ta' l-Irish Cattle Breeding Federation lill-bdiewa sabiex jinkoraġġixxu l-użu tal-valuri xjentifiċi moderni tat-tnissil minn bdiewa taċ-ċanga u tal-ħalib, biex b'hekk jikkontribuwixxu għall-vijabbiltà fit-tul tagħhom.

Din l-għajnuna hija pprovduta skond l-Artikolu 15(2)(d) u l-Artikolu 15(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 — provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawk assoċjati:

mal-laqgħat ta' ħidma organizzati,

mar-riklamar,

mat-twettiq ta' stħarriġ

Settur(i) kkonċernat(i): Bovini

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Department of Agriculture, Fisheries and Food

Agriculture House

Kildare Street, Dublin 2

Ireland

Indirizz ta' l-internet: http://www.agriculture.gov.ie/NDP_State_Aid/

(Il-Kondizzjonijiet ta' l-Iskema ser tkun disponibbli fuq dan il-weblink meta l-iskema tkun se tiġi implimentata)

Numru XA: XA 416/07

Stat Membru: L-Olanda

Reġjun: Provincies Utrecht, Overijssel, Gelderland, Limburg en Noord-Brabant

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Uitvoeringsbesluit inkomstenbelasting 2001

Bażi ġuridika: Artikel 3.64 Wet inkomstenbelasting 2001 juncto artikel 12a, onderdeel b, Uitvoeringsbesluit inkomstenbelasting 2001. Jekk l-abbozz tal-liġi Overige fiscale maatregelen 2008 jgħaddi mill-Kamra Superjuri, il-bażi legali tinbidel għal artikel 3.54 Wet inkomstenbelasting 2001  (1).

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: It-telf annwali ta' taxxa kopert mill-iskema jammonta għal EUR 8,7 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna: Skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna tista' tingħata sa 100 % ta' l-ispejjeż imġarrba fejn ir-rilokazzjoni tikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti. L-iskema ta' għajnuna XA 62/05 tipprovdi għall-għoti ta' l-għajnuna għar-rilokazzjoni tal-bini tal-farms użati għat-trobbija intensiva ta' bhejjem u misjuba fuq siti indikati bħala żoni ta' ristrutturar skond ir-Reconstructiewet concentratiegebieden (Liġi għar-ristrutturar ta' żoni b'konċentrazzjoni agrikola). Madankollu, il-bażi ta' kif għandu jiġi maħdum il-kumpens skond l-iskema ta' għajnuna ma jagħtix każ l-implikazzjonijiet tat-taxxa għall-bdiewa konċernati fir-rilokazzjoni tal-bini tal-farms. Bdiewa li jagħlqu n-negozju tagħhom għal finijiet ta' taxxa sabiex jittrasferixxu l-farm tagħhom huma obbligati li jħallsu taxxa fuq ir-riżervi moħbija u fuq assi simili tal-farm (l-antik) tagħhom. Għall-bdiewa, din hija spiża li hija direttament u esklussivament marbuta mar-rilokazzjoni ta' l-impriża tagħhom. Sabiex ikopru sew l-ispejjeż tar-rilokazzjoni u l-ħlasijiet tat-taxxa, il-bdiewa għandhom jisselfu kapital, li jinvolvi l-ħlas ta' ħlasijiet tad-dejn. Għalhekk din l-iskema ta' għajnuna tipprovdi żieda oħra fuq l-iskema ta' għajnuna XA 62/05. Flimkien ma' dik l-iskema ta' għajnuna, l-għajnuna għandha tingħata sa 100 % ta' l-ispejjeż imġarrba, f'konformità ma' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Data ta' l-implimentazzjoni: L-iskema se tiġi implimentata wara l-pubblikazzjoni ta' Digriet dwar id-dħul fis-seħħ tad-Digriet tat-3 ta' Settembru 2007 li jemenda l-Uitvoeringsbesluit inkomstenbelasting 2001 (Id-Digriet ta' l-2001 dwar l-Implimentazzjoni tat-Taxxa fuq id-Dħul), Stb. (Bulettin ta' l-Atti, Ordnijiet u Digrieti) 2007, 328. Dak id-Digriet għandu jiġi preparat wara l-publikazzjoni ta' l-iskema ta' għajnuna fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, kif stipulat f'Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Din tiddependi meta l-provinċji ta' Limburg, it-Tramuntana ta' Brabant, Utrecht, Delderland u Overijssel jiftħu l-iskemi ta' għajnuna tagħhom lill-applikanti, iżda ma għandhomx jaqbżu l-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Kif intqal fl-informazzjoni provduta fl-iskema ta' għajnuna XA 62/05, l-għajnuna tirrigwarda r-rilokazzjoni — fl-interess pubbliku — tal-bini tal-farms użati għat-trobbija intensiva tal-bhejjem. L-għan ta' l-iskema ta' għajnuna hu biex tiffaċilita r-rilokazzjoni tal-farms tal-bhejjem skond ir-Reconstructiewet concentratiegebieden. Fil-provinċji ta' Limburg, it-Tramuntana ta' Brabant, Utrecht, Gelderland u Overijssel joperaw numru ta' skemi ta' għajnuna għal tali rilokazzjonijiet (ara l-iskema ta' għajnuna XA 62/05), iżda l-bdiewa li jieħdu vantaġġ ta' dawk l-iskemi u jgħalqu l-farm tagħhom għal finijiet ta' taxxa bil-ħsieb ta' rilokazzjoni jġarrbu spejjeż żejda. Dawn l-ispejjeż jikkonsistu s-self ta' kapital u l-ħlas ta' ħlasijiet tad-dejn sabiex jitħallsu l-ħlasijiet obbligatorji tat-taxxa imġarrba għall-riservi moħbija u assi simili b'riżultat ta' l-għeluq tan-negozju tagħhom. Sussegwentement, il-bdiewa ta' spiss ma jkollhomx il-mezzi finanzjarji biex iwettqu r-rilokazzjoni, u l-farms tal-bhejjem jistgħu, per eżempju, jibqgħu fis-siti l-qodma tagħhom (eż. ħdejn żoni naturali vulnerabbli). Din l-iskema ta' għajnuna hija intiża biex tiskansa dawk l-ispejjeż milli jsiru. Hija riservata għal bdiewa li huma benefiċjarji ta' l-iskemi ta' għajnuna fl-iskema ta' għajnuna XA 62/05

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Is-settur tat-trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Postbus 20501

2500 EK Den Haag

Nederland

Indirizz ta' l-internet: http://www.minfin.nl/nl/actueel/kamerstukken_en_besluiten,2007/09/DB07-352.html

Tagħrif ieħor: —


(1)  amerstukken (Dokumenti Parlamentari) I 2007/08, 31 206, Nru A, ara:

http://www.eerstekamer.nl/9324000/1/j9vvgh5ihkk7kof/vhq6dh3ycvh1/f=y.pdf


Top