EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0400
Case C-400/18: Request for a preliminary ruling from the Hof van Cassatie (Belgium) lodged on 18 June 2018 — Infohos v Belgische Staat
Kawża C-400/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fit-18 ta’ Ġunju 2018 – Infohos vs L-Istat Belġjan
Kawża C-400/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fit-18 ta’ Ġunju 2018 – Infohos vs L-Istat Belġjan
ĠU C 301, 27.8.2018, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fit-18 ta’ Ġunju 2018 – Infohos vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-400/18)
(2018/C 301/23)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Infohos
Konvenut: L-Istat Belġjan
Domanda preliminari
L-Artikolu 13A(1)(f) tad-Direttiva 77/388/KEE (1) tas-17 ta’ Mejju 1977, li sar l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE (2) tat-28 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri li mal-eżenzjoni stabbilita minnu tiżdied kundizzjoni ta’ esklużività li għandha bħala effett li grupp awtonomu li jipprovdi wkoll servizzi lil persuni mhux membri jkun suġġett b’mod sħiħ għall-VAT, anki għas-servizzi li jipprovdi lill-membri tiegħu?
(1) Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).
(2) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).