EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CO0151

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tas-27 ta' Novembru 2008.
N.N. RENTA SA vs Tribunal Económico-Administrativo Regional de Cataluña (TEARC) u Generalidad de Cataluña.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Tribunal Superior de Justicia de Cataluña - Spanja.
Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 33(1) - Kunċett ta’ ‘taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ’ - Taxxa fuq it-trasferimenti patrimonjali u t-tranżazzjonijiet legali dokumentati.
Kawża C-151/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:662





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Novembru 2008 – Renta vs TEARC

(Kawża C‑151/08)

“Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Sitt Direttiva tal-VAT – Artikolu 33(1) – Kunċett ta’ ‘taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ’ – Taxxa fuq it-trasferimenti patrimonjali u t-tranżazzjonijiet legali dokumentati”

Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Projbizzjoni ta’ ġbir ta’ taxxi nazzjonali oħra li jkollhom in-natura ta’ taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 33(1)) (ara l-punti 36-38, 43, 46 u d-dispożittiv)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunal Superior de Justicia de Cataluña - Interpretazzjoni tal-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) - Kunċett ta’ “taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ” - Taxxa nazzjonali fuq it-trasferimenti patrimonjali u t-tranżazzjonijiet legali dokumentati.

Dispożittiv

L-Artikolu 33(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-ġbir tal-ammont varjabbli jew proporzjonali tat-taxxa fuq it-trasferimenti patrimonjali u t-tranżazzjonijiet legali dokumentati meta dan huwa applikabbli għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xiri minn impriża li l-attività tagħha tikkonsisti fix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli jew fix-xiri ta’ proprjetà immobbli għall-iżvilupp jew għall-kiri.

Top