EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0074

Kawża C-74/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula min-Nógrád Megyei Bíróság (l-Ungerija) fit- 30 ta' Jannar 2008 — PARAT Automotive Cabrio Textiltetöket Gyártó Kft vs Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Hatósági Főosztály Észak-magyarországi Kihelyezett Hatósági Osztály

ĠU C 116, 9.5.2008, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 116/10


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula min-Nógrád Megyei Bíróság (l-Ungerija) fit-30 ta' Jannar 2008 — PARAT Automotive Cabrio Textiltetöket Gyártó Kft vs Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Hatósági Főosztály Észak-magyarországi Kihelyezett Hatósági Osztály

(Kawża C-74/08)

(2008/C 116/18)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Nógrád Megyei Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PARAT Automotive Cabrio Textiltetőket Gyártó Kft.

Konvenut: Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Hatósági Főosztály Észak-magyarországi Kihelyezett Hatósági Osztály

Domandi preliminari

1)

Fil-mument ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Ungerija ma' l-Unjjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, is-sistema stabbilita mill-Artikolu 38(1)(a) tal-liġi Nru LXXIV ta' l-1992, dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (általános forgalmi adóról szóló 1992. évi LXXIV. törvény) kienet kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva 77/388/KE tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977 (1)?

2)

Fil-każ ta' risposta negattiva, il-konvenut jista' jinvoka direttament, fl-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis, l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva għas-sistema stabbilita mill-Artikolu 38(1)(a) tal-liġi Nru LXXIV ta' l-1992?


(1)  ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1, EE 09/01, p. 54.


Top