EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011L0059

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/59/UE tat- 13 ta’ Mejju 2011 li temenda, għall-fini tal-adattament għall-progress tekniku, l-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE rigward prodotti kosmetiċi Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 125, 14.5.2011, p. 17–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013; Impliċitament imħassar minn 32009R1223

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/59/oj

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/17


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/59/UE

tat-13 ta’ Mejju 2011

li temenda, għall-fini tal-adattament għall-progress tekniku, l-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE rigward prodotti kosmetiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ studju xjentifiku fl-2001, bl-isem “L-użu ta’ żebgħa permanenti tax-xagħar u r-riskju tal-kanċer tal-bużżieqa tal-awrina”, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kosmetiċi u Prodotti li mhumiex tal-Ikel maħsuba għal Konsumaturi, li wara inbidel bil-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumaturi (l-“SCCP”), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2), ikkonkluda li r-riskji potenzjali kienu ta’ tħassib. L-SCCP irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar.

(2)

L-SCCP jirrakkomanda wkoll strateġija tal-valutazzjoni tas-sikurezza globali għas-sustanzi fiż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi l-ħtiġijiet għall-ittestjar tas-sustanzi wżati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità/mutaġeniċità potenzjali tagħhom.

(3)

Skont l-opinjonijiet tal-SCCP, il-Kummissjoni qablet mal-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar strateġija globali biex tirregola s-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar li, skontha, l-industrija intalbet tressaq fajls bid-dejta xjentifika aġġornata dwar is-sikurezza tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, biex l-SCCP iwettaq valutazzjoni tar-riskji.

(4)

L-SCCP, li wara nbidel bil-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (l-SCCS) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 li twaqqaf Struttura Konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (3), ivvaluta s-sikurezza tas-sustanzi individwali li għalihom tressqu fajls aġġornati mill-industrija.

(5)

L-aħħar pass tal-istrateġija tal-valutazzjoni tas-sikurezza kien li jiġi evalwat ir-riskju possibbli għas-saħħa tal-konsumatur bi prodotti ta’ reazzjoni li jiffurmaw minn sustanzi ossidattivi taż-żebgħa tax-xagħar waqt li x-xagħar ikun qed jinżebagħ. Fl-opinjoni tiegħu tal-21 ta’ Settembru 2010, l-SCCS ma qajjem l-ebda tħassib ewlieni rigward il-ġenotossiċità u l-karċinoġeniċità taż-żebgħa tax-xagħar u l-prodotti ta’ reazzjoni tiegħu li bħalissa qed jintużaw fl-Unjoni.

(6)

Xi sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar huma provviżjorjament awtorizzati għall-użu fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar sal-31 ta’ Diċembru 2010 skont ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE.

(7)

Fid-dawl tal-valutazzjoni tar-riskji tad-dejta tas-sikurezza mressqa u l-opinjonijiet finali mogħtija mill-SCCS dwar is-sikurezza ta’ sustanzi individwali u tal-prodotti ta’ reazzjoni huwa xieraq li jiġu inklużi fil-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE is-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar awtorizzati provviżjorjament, li attwalment huma elenkati fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness.

(8)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-SCCS li tikkonċerna s-sustanzi hydroxyethyl-2-nitro-p-toluidine u HC Red No 10 + HC Red No 11, elenkati fil-Parti 2 tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, ma setgħetx tiġi ffinalizzata qabel il-31 ta’ Diċembru 2010. Għalhekk, l-użu provviżorju tas-sustanzi għandu jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2011

(9)

Rigward is-sustanza o-aminophenol l-SCCS iddikjara fl-opinjoni tiegħu tat-22 ta’ Ġunju 2010 li fuq il-bażi tad-dejta disponibbli ma setgħet ssir l-ebda konklużjoni finali dwar is-sikurezza ta’ dik is-sustanza. Fuq il-bażi ta’ dik l-opinjoni, o-aminophenol ma jistax jitqies sikur meta jintuża fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u għalhekk għandu jiġi elenkat fl-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE.

(10)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tad-Direttiva 76/768/KEE għandhom jiġu emendati skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-3 ta’ Jannar 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-3 ta’ Jannar 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(2)  ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45.

(3)  ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21.


ANNESS

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, għandha tiġi miżjuda l-entrata li ġejja:

Nru ta’ Ref

Isem kimiku

Nru CAS/Nru KE

“1372

2-Amminofenol (o-Aminophenol; CI 76520) u l-imluħ tiegħu

CAS Nru 95-55-6/67845-79-8/51-19-4

KE Nru 202-431-1/267-335-4”

(2)

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

L-entrati li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

Nru. ta’ Ref.

Sustanza

Restrizzjonijiet

Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

Ambitu ta’ applikazzjoni u/jew użu

Massimu awtorizzat konċentrazzjoni fil-prodott kosmetiku finali

Limitazzjonijiet u rekwiżiti oħrajn

“215

4-amino-3-nitrophenol (CAS Nru 610–81–1) (KE Nru 210-236-8)

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 %.

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

1,0 %

 

(b)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 208, il-kolonna f

216

2,7-Naphthalenediol (CAS Nru 582-17-2) (KE Nru 209-478-7)

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,0 %

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

1,0 %

 

 

217

m-Aminophenol HCl (CAS Nru 591–27–5) (KE Nru 209-711-2) u l-melħ tiegħu

m-Aminophenol HCL (CAS Nru 51-81-0) (KE Nru 200-125-2)

m-Aminophenol sulfate (CAS Nru 68239-81-6) (KE Nru 269-475-1)

sodium m-Aminophenol (CAS Nru 38171-54-9)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,2 %

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

218

2,6-Dihydroxy-3,4-dimethylpyridine (CAS Nru 84540-47-6) (KE Nru 283-141-2)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,0 %

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

222

2-Hydroxyethyl picramic acid (CAS Nru 99610-72-7) (KE Nru 412-520-9)

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 %.

Għal (a) u (b):

Tużax ma aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta’ nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrit

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

2,0 %

 

223

p-Methylaminophenol (CAS Nru 150-75-4) (KE Nru 205-768-2) u s-sulfat tiegħu

p-Methylaminophenol sulfate (CAS Nru 55-55-0/1936-57-8) (KE Nru 200-237-1/217-706-1)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,68 % (bħala sulfat)

Tużax ma aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta’ nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrit

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

225

Etanol, 2-[4-[Etil[(2-Idrossietil)Ammino]-2-Nitrofenil]Ammino]-, (CAS Nru 104516-93-0) u l-idroklorur tiegħu

HC Blue No 12 (CAS Nru 132885-85-9) (KE Nru 407-020-2)

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,75 % (bħala idroklorur)

Għal (a) u (b):

Tużax ma aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta’ nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrit

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

1,5 % (bħala idroklorur)

 

227

3-Amino-2,4-dichlorophenol (CAS Nru 61693-42-3) (KE Nru 262-909-0) u l-idroklorur tiegħu

3-Amino-2,4-dichlorophenol HCl (CAS Nru 61693-43-4)

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 % (bħala idroklorur)

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

1,5 % (bħala idroklorur)

 

 

230

Phenyl methyl pyrazolone (CAS Nru 89-25-8) (KE Nru 201-891-0)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,25 %.

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

232

2-Methyl-5-hydroxyethylaminophenol (CAS Nru 55302-96-0) (KE Nru 259-583-7)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 %.

Tużax ma aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta’ nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrit

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

234

Hydroxybenzomorpholine (CAS Nru 26021-57-8) (KE Nru 247-415-5)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,0 %.

Tużax ma aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta’ nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrit

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

237

2,2’-[(4-Ammino-3-nitrofenil)immino]bisetanol (CAS Nru 29705-39-3) u l-idroklorur tiegħu

HC Red No 13 (CAS Nru 94158-13-1) (KE Nru 303-083-4

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,25 % (bħala idroklorur)

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

2,5 % (bħala idroklorur)

 

 

238

2,6-Dimetossi-3,5-piridinediammin (CAS Nru 85679-78-3 (bażi ħielsa)) u l-idroklorur tiegħu

2,6-Dimethoxy-3,5-pyridinediamine HCl (CAS Nru 56216-28-5) (KE Nru 260-062-1)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,25 % (bħala idroklorur)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

239

HC Violet No 1 (CAS Nru 82576-75-8) (KE Nru 417-600-7)

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,25 %.

Għal (a) u (b):

Tużax ma aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta’ nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrit

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

0,28 %

(b)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 208, il-kolonna f

241

1,5-Naphthalenediol (CAS Nru 83-56-7) (KE Nru 201-487-4)

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,0 %.

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

1,0 %

 

 

242

Idrossipropil bis (N-idrossietil-p-fenilendiammina) (SAK Nru 128729-30-6) u t-tetraidroklorur tiegħu

Hydroxypropyl bis(N-hydroxyethyl-p-phenylenediamine) HCl (CAS Nru 128729-28-2) (KE Nru 416-320-2)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,4 % (bħala tetraidroklorur)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

243

4-Amino-2-hydroxytoluene (CAS Nru 2835-95-2) (KE Nru 220-618-6)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 %.

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

244

2,4-Diamminofenossietanol (CAS Nru 70643-19-5) l-idroklorur u s-sulfat tiegħu

2,4-Diaminophenoxyethanol HCl (CAS Nru 66422-95-5) (KE Nru 266-357-1)

2,4-Diaminophenoxyethanol sulfate (CAS Nru 70643-20-8) (KE Nru 274-713-2)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,0 % (bħala idroklorur)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

245

2-Methylresorcinol (CAS Nru 608-25-3) (KE Nru 210-155-8)

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,8 %.

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

1,8 %

 

 

246

4-Amino-m-cresol (CAS Nru 2835-99-2) (KE Nru 220-621-6)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 %.

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

248

2-Amino-4-hydroxyethylaminoanisole (CAS Nru 83763-47-7) (KE Nru 280-733-2) u l-melħ tas-sulfat tiegħu

2-Amino-4-hydroxyethylaminoanisole sulfate (CAS Nru 83763-48-8) (KE Nru 280-734-8)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 % (bħala sulfat)

Tużax ma aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta’ nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrit

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

249

Idrossietil-3,4-metilendiossianilina u l-idroklorur tiegħu

Hydroxyethyl-3,4-methylenedioxyaniline HCl (CAS Nru 94158-14-2) (KE Nru 303-085-5)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 %.

Tużax ma aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta’ nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrit

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

250

3-Nitro-p-hydroxyethylaminophenol (CAS Nru 65235-31-6) (KE Nru 265-648-0)

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-3,0 %.

Għal (a) u (b):

Tużax ma’ sistemi ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta’ nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrit

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

1,85 %

(b)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 208, il-kolonna f

251

4-Nitrophenyl aminoethylurea (CAS Nru 27080-42-8) (KE Nru 410-700-1)

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,25 %.

Għal (a) u (b):

Tużax ma aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta’ nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrit

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

0,5 %

 

252

2-Amino-6-chloro-4-nitrophenol (CAS Nru 6358-09-4) (KE Nru 228-762-1)

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,0 %.

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

2,0 %

 

(b)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 208, il-kolonna f”

(ii)

L-entrata bin-numru ta’ referenza 201 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“201

2-Chloro-6-ethylamino-4-nitrophenol (CAS Nru 131657-78-8) (KE Nru 411-440-1)

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,5 %

(a) u (b):

Tużax ma aġenti ta’ nitrosazzjoni

Kontenut massimu ta’ nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitrit

(a)

Kif imsemmi fin-numru ta’ referenza 205, il-kolonna f (a)”

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

(b)

3,0 %

 

(b)

Il-Parti 2 għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

L-entrati bin-numri ta’ referenza 3 sa 6, 11, 12, 16, 19 sa 22, 25, 27, 31 sa 39, 44, 48, 49, 55 u 56 għandhom jitħassru.

(ii)

Fl-entrati bin-numri ta’ referenza 10 u 50, fil-kolonna g, id-data “31.12.2010” għandha tiġi sostitwita b’“31.12.2011”.


Top