ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 303

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
28 ta' Novembru 2018


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2018/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska

1

 

*

Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa

39

 

*

Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropa ( 1 )

59

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbiddlu

69

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

28.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/1


REGOLAMENT (UE) 2018/1805 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Novembru 2018

dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 82(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni stabbilixxiet għaliha nnifisha l-objettiv li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

(2)

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fl-Unjoni hija bbażata fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji, li, mill-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999 lil hawn, tqieset komunement bħala l-pedament tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fi ħdan l-Unjoni.

(3)

L-iffriżar u l-konfiska tal-mezzi strumentali u tar-rikavat minn kriminalità huma fost l-aktar mezzi effettivi fil-ġlieda kontra l-kriminalità. L-Unjoni tinsab impenjata li tiżgura identifikazzjoni, konfiska u użu mill-ġdid aktar effettivi ta' assi kriminali f'konformità ma' “Il-Programm ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini” (2).

(4)

Peress li l-kriminalità hi ta' spiss ta' natura transnazzjonali, hu essenzjali li jkun hemm kooperazzjoni transfruntiera effettiva sabiex jiġu ffriżati u kkonfiskati l-mezzi strumentali u r-rikavat tal-kriminalità.

(5)

Il-qafas legali attwali tal-Unjoni b'rabta mar-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska huwa magħmul mid-Deċiżjonijiet Qafas tal-Kunsill 2003/577/ĠAI (3) u 2006/783/ĠAI (4).

(6)

Ir-rapporti ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjonijiet Kwadru 2003/577/ĠAI u 2006/783/ĠAI juru li s-sistema eżistenti tar-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska mhijiex effettiva għalkollox. Dawk id-Deċiżjonijiet Qafas ma ġewx implimentati u applikati b'mod uniformi fl-Istati Membri, li wassal għal rikonoxximent reċiproku insuffiċjenti u kooperazzjoni transfruntiera subottimali.

(7)

Il-qafas legali tal-Unjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska ma baqax aġġornat mal-iżviluppi leġislattivi reċenti fil-livelli tal-Unjoni u dawk nazzjonali. B'mod partikolari, id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tistabbilixxi regoli minimi dwar l-iffriżar u l-konfiska tal-proprjetà. Dawk ir-regoli minimi jikkonċernaw il-konfiska tal-mezzi strumentali u tar-rikavat tal-kriminalità, inkluż f'każijiet ta' mard jew ħarba tal-persuna suspettata jew akkużata, fejn il-proċedimenti kriminali jkunu diġà nbdew rigward reat kriminali, konfiska estiża, u konfiska minn parti terza. Dawn ir-regoli minimi jikkonċernaw ukoll l-iffriżar ta' proprjetà bil-ħsieb tal-possibbiltà li tiġi kkonfiskata sussegwentement. Jenħtieġ li t-tipi ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska koperti minn dik id-Direttiva ikunu koperti wkoll mill-qafas legali dwar ir-rikonoxximent reċiproku.

(8)

Meta adottaw id-Direttiva 2014/42/UE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill sostnew f'dikjarazzjoni li l-effettività tas-sistema ta' ffriżar u ta' konfiska fl-Unjoni hija marbuta b'mod inerenti mal-funzjonament tajjeb tar-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska. Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema komprensiva għall-iffriżar u l-konfiska tal-mezzi strumentali u tar-rikavat tal-kriminalità fl-Unjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġislattiva dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' ordnijiet ta' konfiska.

(9)

Fil-komunikazzjoni tagħha tat-28 ta' April 2015 bit-titolu l-“Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà”, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali hija bbażata fuq strumenti transfruntiera effettivi u li r-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji huwa element ewlieni fil-qafas tas-sigurtà. Il-Kummissjoni fakkret ukoll fil-ħtieġa li jkun hemm titjib fir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska.

(10)

Fil-komunikazzjoni tagħha tat-2 ta' Frar 2016 dwar Pjan ta' Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kriminali li jiffinanzjaw it-terroriżmu jiġu mċaħħda mill-assi tagħhom. Il-Kummissjoni stqarret li sabiex jiġu sfrattati l-attivitajiet tal-kriminalità organizzata li jiffinanzjaw it-terroriżmu, huwa essenzjali li dawk il-kriminali jiġu mċaħħda mir-rikavat minn kriminalità. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni stqarret li jenħtieġ li jiġi żgurat li t-tipi kollha ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska jiġu infurzati sal-limitu massimu possibbli fl-Unjoni permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

(11)

Sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku effettiv ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' dawn l-ordnijiet jiġu stabbiliti permezz ta' att legali tal-Unjoni legalment vinkolanti u direttament applikabbli.

(12)

Huwa importanti li r-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska jiġu ffaċilitati billi jiġu stabbiliti regoli li jobbligaw lil Stat Membru jirrikonoxxi mingħajr formalitajiet oħra l-ordnijiet ta' ffriżar u l-ordnijiet ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas tal-proċedimenti f'materji kriminali u jeżegwixxi dawk l-ordnijiet fit-territorju tiegħu.

(13)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-ordnijiet ta' ffriżar kollha u l-ordnijiet ta' konfiska kollha maħruġa fil-qafas ta' proċedimenti f'materji kriminali. “Proċedimenti f'materji kriminali” huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li ġie interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minkejja l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. It-terminu b'hekk ikopri t-tipi kollha ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska maħruġa wara proċedimenti b'rabta ma' reat kriminali, mhux biss l-ordnijiet koperti mid-Direttiva 2014/42/UE. Ikopri wkoll tipi oħra ta' ordnijiet maħruġa mingħajr kundanna finali. Filwaqt li jista' jagħti l-każ li tali ordnijiet ma jeżistux fis-sistema legali ta' Stat Membru, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat ikun jista' jirrikonoxxi u jeżegwixxi tali ordni maħruġa minn Stat Membru ieħor. Il-proċedimenti f'materji kriminali jistgħu jinkludu wkoll investigazzjonijiet kriminali mill-pulizija u awtoritajiet oħra tal-infurzar tal-liġi. Jenħtieġ li l-ordnijiet ta' ffriżar u l-ordnijiet ta' konfiska li jinħarġu fil-qafas ta' proċedimenti f'materji ċivili jew amministrattivi jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(14)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska relatati ma' reati kriminali koperti mid-Direttiva 2014/42/UE, kif ukoll ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska relatati ma' reati kriminali oħra. Għaldaqstant, ir-reati kriminali koperti minn dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu limitati għal reati partikularment gravi li jkollhom dimensjoni transfruntiera, peress li l-Artikolu 82 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa (TFUE) ma jeħtieġx tali limitazzjoni għal miżuri li jistabbilixxu regoli u proċeduri biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali.

(15)

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, li hija bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni immedjata ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji, tippresupponi fiduċja li d-deċiżjonjiet li ser jiġu rikonoxxuti u eżegwiti dejjem ser jittieħdu f'konformità mal-prinċipji ta' legalità, sussidjarjetà u proporzjonalità. Tali kooperazzjoni tippresupponi wkoll li jenħtieġ li jiġu ppreservati d-drittijiet ta' persuni li jkunu affettwati minn ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska. Jenħtieġ li tali persuni affettwati, li jistgħu jkunu persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi, jinkludu l-persuna li kontriha tkun inħarġet ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska, jew il-persuna li tkun sid il-proprjetà li tkun koperta minn dik l-ordni, kif ukoll kwalunkwe parti terza li d-drittijiet tagħha b'rabta ma' dik il-proprjetà jkunu ġew direttament preġudikati minn dik l-ordni, inkluż partijiet terzi bona fide. jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar jekk tali partijiet terzi jkunux ġew direttament preġudikati minn ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska, tittieħed f'konformità mal-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

(16)

Dan ir-Regolament ma jimmodifikax l-obbligu ta' rispett għad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa (TUE).

(17)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (il-“KEDB”). Dan jinkludi l-prinċipju li kull diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe raġuni bħall-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon, l-orjentazzjoni sesswali, in-nazzjonalità, il-lingwa, l-opinjoni politika, jew id-diżabilità jenħtieġ li tiġi pprojbita. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(18)

Jenħtieġ li d-drittijiet proċedurali stabbiliti fid-Direttivi 2010/64/UE (6), 2012/13/UE (7), 2013/48/UE (8), (UE) 2016/343 (9), (UE) 2016/800 (10) u (UE) 2016/1919 (11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw, fil-limiti tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk id-Direttivi, għall-proċedimenti kriminali koperti minn dan ir-Regolament rigward l-Istati Membri marbuta b'dawn id-Direttivi. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li s-salvagwardji previsti fil-Karta japplikaw għall-proċedimenti kollha koperti minn dan ir-Regolament. B'mod partikolari, jenħtieġ li s-salvagwardji essenzjali għall-proċedimenti kriminali stabbiliti fil-Karta japplikaw għall-proċedimenti f'materji kriminali li mhumiex proċedimenti kriminali iżda li huma koperti minn dan ir-Regolament.

(19)

Filwaqt li jenħtieġ li r-regoli dwar it-trasmissjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' ordnijiet ta' konfiska jiżguraw l-effiċjenza tal-proċess għall-irkupru ta' assi kriminali, jenħtieġ li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali.

(20)

Meta tkun qed tivvaluta l-kriminalità doppja, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni tivverifika jekk l-elementi fattwali sottostanti tar-reat kriminali inkwistjoni, kif riflessi fiċ-ċertifikat ta' ffriżar jew iċ-ċertifikat ta' konfiska ppreżentat mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti, ikunux ukoll, bħala tali, soġġetti għal piena kriminali fl-Istat ta' eżekuzzjoni jekk kienu preżenti f'dak l-Istat fil-mument tad-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tal-ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska.

(21)

Jenħtieġ li l-awtorità emittenti tiżgura li, meta toħroġ ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska, jiġu rrispettati l-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità. Taħt dan ir-Regolament, ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska għandha tinħareġ biss u tiġi trasmessa lill-awtorità ta' eżekuzzjoni fi Stat Membru ieħor fejn din tkun setgħet ġiet maħruġa u użata biss f'każ domestiku. Jenħtieġ li l-awtorità emittenti tkun responsabbli biex tivvaluta n-neċessità u l-proporzjonalità ta' tali ordnijiet f'kull każ, peress li r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska ma għandhomx jiġu rrifjutati fuq raġunijiet oħra għajr dawk previsti f'dan ir-Regolament.

(22)

F'xi każijiet, ordni ta' ffriżar tista' tinħareġ minn awtorità, maħtura mill-Istat emittenti, li hija kompetenti f'materji kriminali biex toħroġ jew teżegwixxi l-ordni ta' ffriżar skont il-liġi nazzjonali, u li mhix imħallef, qorti jew prosekutur pubbliku. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-ordni ta' ffriżar tkun ivvalidata minn imħallef, qorti jew prosekutur pubbliku, qabel ma tiġi trasmessa lill-awtorità ta' eżekuzzjoni.

(23)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni fejn jistqarru li, meta ċertifikat ta' ffriżar jew ċertifikat ta' konfiska jiġi trasmess lilhom bil-ħsieb li l-ordni ta' ffriżar jew l-ordni ta' konfiska tiġi rikonoxxuta u eżegwita, l-awtorità emittenti għandha tittrasmetti l-ordni ta' ffriżar jew l-ordni ta' konfiska oriġinali, jew kopja attestata tagħha, flimkien maċ-ċertifikat ta' ffriżar jew iċ-ċertifikat ta' konfiska. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni fejn jagħmlu jew jirtiraw dikjarazzjoni bħal din. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqiegħed tali informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha u tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (NĠE) pprovdut permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI (12). Il-NĠE għandu jqiegħed dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni fuq is-sit web imsemmi f'dik id-Deċiżjoni.

(24)

Jenħtieġ li l-awtorità emittenti tittrasmetti ċertifikat ta' ffriżar jew ċertifikat ta' konfiska, flimkien mal-ordni ta' ffriżar jew l-ordni ta' konfiska, fejn applikabbli, jew direttament lill-awtorità ta' eżekuzzjoni jew lill-awtorità ċentrali tal-Istat ta' eżekuzzjoni, kif applikabbli, bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub skont kondizzjonijiet li jippermettu li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tistabbilixxi l-awtentiċità taċ-ċertifikat jew tal-ordni, per eżempju b'ittra reġistrata jew b'posta elettronika sigura. L-awtorità emittenti għandha tkun tista' tuża kwalunkwe mezz ta' trasmissjoni rilevanti, inkluż is-sistema sigura tat-telekomunikazzjoni tan-NĠE, il-Eurojust, jew mezzi oħra użati mill-awtoritajiet ġudizzjarji.

(25)

Fejn l-awtorità emittenti jkollha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-persuna li kontriha tkun inħarġet ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska dwar ammont ta' flus għandha proprjetà jew dħul fi Stat Membru, jenħtieġ li tittrasmetti ċ-ċertifikat ta' ffriżar jew iċ-ċertifikat ta' konfiska, relatat ma' ordni li tikkonċerna ammont ta' flus, li dak l-Istat Membru. Abbażi ta' dan, iċ-ċertifikat jista', pereżempju, jiġi trasmess lill-Istat Membru fejn il-persuna fiżika, li kontriha nħarġet l-ordni, qed tirrisjedi jew, fejn dik il-persuna ma għandhiex indirizz permanenti jew stabbli, fejn tirrisjedi normalment. Fejn l-ordni tinħareġ kontra persuna ġuridika, iċ-ċertifikat jista' jiġi trasmess lill-Istat Membru li fih il-persuna ġuridika hija domiċiljata.

(26)

Bil-ħsieb tat-trasmissjoni u r-riċeviment amministrattiv ta' ċertifikati rigward ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaħtru awtorità ċentrali waħda jew aktar, fejn meħtieġ, minħabba l-istruttura tas-sistema legali interna tagħhom. Dawn l-awtoritajiet ċentrali jistgħu jipprovdu wkoll appoġġ amministrattiv, jaqdu rwol ta' koordinazzjoni u jassistu fil-ġbir ta' statistika, u b'hekk jiffaċilitaw u jippromwovu r-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska.

(27)

Fejn ċertifikat ta' konfiska li huwa relatat ma' ordni ta' konfiska u li jikkonċerna ammont ta' flus jiġi trasmess lil aktar minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed, jenħtieġ li l-Istat emittenti jipprova jevita sitwazzjoni fejn tiġi kkonfiskata aktar proprjetà milli meħtieġ sabiex il-valur totali miksub mill-eżekuzzjoni tal-ordni jeċċedi l-ammont massimu speċifikat. Għal dak il-għan, jenħtieġ inter alia, li l-awtorità emittenti, tindika fiċ-ċertifikat ta' konfiska l-valur tal-assi, jekk ikun magħruf, f'kull Stat ta' eżekuzzjoni, sabiex l-awtoritajiet ta' eżekuzzjoni jkunu jistgħu jieħdu kont tagħhom; iżżomm il-kuntatti u d-djalogu meħtieġa mal-awtoritajiet ta' eżekuzzjoni dwar il-proprjetà li għandha tiġi kkonfiskata; u tinforma lill-awtorità jew l-awtoritajiet ta' eżekuzzjoni rilevanti b'mod immedjat jekk tqis li jista' jkun hemm riskju li tista' issir konfiska li teċċedi l-ammont massimu. Fejn adatt, il-Eurojust tista' teżerċita rwol ta' koordinazzjoni fil-kompetenza tagħha sabiex tiġi evitata konfiska eċċessiva.

(28)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jagħmlu dikjarazzjoni, fejn jistqarru li, bħala Stati ta' eżekuzzjoni, jaċċettaw ċertifikati ta' ffriżar, ċertifikati ta' konfiska, jew it-tnejn, f'lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Unjoni Ewropea li ma tkunx il-lingwa/i uffiċjali tagħhom.

(29)

Jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tirrikonoxxi ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska u tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħhom. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar jew l-ordni ta' konfiska tittieħed, u l-iffriżar jew il-konfiska titwettaq, bl-istess rapidità u prijorità bħal fir-rigward ta' każijiet domestiċi simili. Jenħtieġ li l-limiti ta' żmien, li għandhom jiġu kkalkulati f'konformità mar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (13), jiġu stabbiliti sabiex jiġu żgurati deċiżjoni u eżekuzzjoni rapidi u effiċjenti fir-rikonoxximent tal-ordni ta' ffriżar jew tal-ordni ta' konfiska u eżekuzzjoni rapida u effiċjenti. Fir-rigward tal-ordnijiet ta' ffriżar, jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tibda tieħu l-miżuri konkreti neċessarji sabiex teżegwixxi tali l-ordnijiet mhux aktar tard minn 48 siegħa minn meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tagħhom.

(30)

Fl-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar, jenħtieġ li l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni jikkunsidraw b'mod dovut il-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni. Jenħtieġ b'mod partikolari li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tal-fatti u s-sustanza tal-ordni ta' ffriżar. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu li l-persuni affettwati jiġu infurmati bl-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(31)

Jenħtieġ li r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ta' ordni ta' konfiska ma jiġux irrifjutati għal raġunijiet oħra għajr dawk previsti f'dan ir-Regolament. Jeħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti li l-awtoritajiet ta' eżekuzzjoni ikunu jistgħu ma jirrikonoxxux jew ma jeżegwixxux ordnijiet ta' konfiska abbażi tal-prinċipju ne bis in idem, abbażi tad-drittijiet ta' persuni affettwati, jew abbażi tad-dritt li persuna tkun preżenti waqt il-proċess.

(32)

Dan ir-Regolament jeħtieġ li jippermetti lill-awtoritajiet ta' eżekuzzjoni li ma jirrikonoxxux jew ma jeżegwixxux ordnijiet ta' konfiska fejn il-persuna li kontriha tkun inħarġet l-ordni ta' konfiska ma dehritx personalment fil-proċess li rriżulta fl-ordni ta' konfiska marbuta ma' kundanna finali. Jenħtieġ li din tkun biss raġuni għan-nonrikonoxximent jew noneżekuzzjoni fejn proċessi jirriżultaw f'ordni ta' konfiska marbuta ma' kundanna finali u fejn proċedimenti jirriżultaw f'ordnijiet ta' konfiska mhux ibbażati fuq kundanna. Madankollu, jenħtieġ li ssir seduta waħda jew aktar sabiex tali raġuni tkun disponibbli,. Jenħtieġ li r-raġuni ma tkun disponibbli jekk is-seduta mhijiex prevista mir-regoli ta' proċedura nazzjonali rilevanti. Jenħtieġ li tali regoli ta' proċedura nazzjonali jikkonformaw mal-Karta u mal-KEDB, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal proċess ġust. Dan ikun il-każ, pereżempju, fejn il-proċedimenti jitmexxew b'mod simplifikat skont, kompletament jew parzjalment, proċedura bil-miktub jew proċedura fejn ma tkun prevista l-ebda seduta.

(33)

Jenħtieġ li jkun possibbli, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, li ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska ma tiġix rikonoxxuta jew eżegwita, fejn tali rikonoxximent jew eżekuzzjoni jipprevjeni lill-Istat ta' eżekuzzjoni milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu relatati mal-libertà tal-istampa jew l-libertà ta' espressjoni f'media oħra.

(34)

Il-ħolqien ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja fl-Unjoni huwa bbażat fuq fiduċja reċiproka u preżunzjoni ta' konformità minn Stati Membri oħra mad-dritt tal-Unjoni u, b'mod partikolari, mad-drittijiet fundamentali. Madankollu, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, fejn ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen, abbażi ta' evidenza speċifika u oġġettiva, li l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska tista', fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, tinvolvi ksur manifest ta' dritt fundamentali rilevanti kif jinsab fil-Karta, jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun tista' tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix u li ma teżegwixxix l-ordni kkonċernata. Id-drittijiet fundamentali li jenħtieġ li jkunu rilevanti f'dan ir-rispett huma, b'mod partikolari, id-dritt għal rimedju effettiv, id-dritt għal proċess ġust u d-dritt għal difiża. Jenħtieġ li,fil-prinċipju, d-dritt għal proprjetà ma jkunx rilevanti, minħabba li l-iffriżar u l-konfiska ta' assi jimplikaw neċessarjament interferenza tad-dritt ta' persuna għal proprjetà u minħabba li s-salvagwardji neċessarji f'dak ir-rigward huma diġà previsti fid-dritt tal-Unjoni, inkluż f'dan ir-Regolament.

(35)

Qabel ma tieħu deċiżjoni li ma tirrikonoxxix jew ma teżegwixxix ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska abbażi ta' kwalunkwe raġuni għan-nonrikonoxximent jew noneżekuzzjoni, jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tikkonsulta mal-awtorità emittenti, sabiex tikseb kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

(36)

Meta teżamina talba mill-awtorità ta' eżekuzzjoni biex jiġi limitat il-perijodu li matulu jenħtieġ li l-proprjetà tiġi ffriżata, jenħtieġ li l-awtorità emittenti tieħu kont taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, b'mod partikolari jekk il-kontinwazzjoni tal-ordni ta' ffriżar tistax tikkawża danni mhux ġustifikati fl-Istat ta' eżekuzzjoni. L-awtorità ta' eżekuzzjoni hija inkoraġġuta tikkonsulta mal-awtorità emittenti dwar din il-kwistjoni qabel ma tagħmel talba formali.

(37)

Jenħtieġ li l-awtorità emittenti tinforma lill-awtorità ta' eżekuzzjoni meta awtorità tal-Istat emittenti tirċievi kwalunkwe somma ta' flus li tkun tħallset b'rabta mal-ordni ta' konfiska, bl-intendiment li l-Istat ta' eżekuzzjoni jrid jiġi infurmat biss jekk l-ammont mħallas b'rabta mal-ordni jkollu impatt fuq l-ammont li jibqa', li ser jiġi kkonfiskat skont l-ordni.

(38)

Jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtorità ta' eżekuzzjoni li tipposponi l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ta' ordni ta' konfiska, b'mod partikolari fejn il-eżekuzzjoni tagħha tista' tkun ta' ħsara lil investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja. Hekk kif ir-raġunijiet għall-posponiment ma jibqgħux jeżistu, jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-ordni.

(39)

Wara l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar, u wara d-deċiżjoni li tirrikonoxxi u teżegwixxi ordni ta' konfiska, jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni, sa fejn ikun possibbli, tinforma lill-persuni affettwati li taf bihom, b'tali eżekuzzjoni jew tali deċiżjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tagħmel kull sforz raġonevoli biex tidentifika l-persuni affettwati, tivverifika kif dawn jistgħu jiġu kkuntattjati u tinformahom bl-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar jew bid-deċiżjoni li tirrikonoxxi u teżegwixxi l-ordni ta' konfiska. Fit-twettiq ta' dak l-obbligu, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' titlob l-assistenza tal-awtorità emittenti, pereżempju fejn il-persuni affettwati jidhru li jirrisjedu fl-Istat emittenti. L-obbligu skont dan ir-Regolament li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tipprovdi informazzjoni lill-persuni affettwati huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu impost tal-awtorità emittenti li tipprovdi informazzjoni lill-persuni skont il-liġi tal-Istat emittenti, pereżempju dwar il-ħruġ ta' ordni ta' ffriżar jew dwar ir-rimedji legali eżistenti skont il-liġi tal-Istat emittenti.

(40)

F'każ li ma jkunx possibbli li ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska tiġi eżegwita, jenħtieġ li l-awtorità emittenti tiġi nnotifikata mingħajr dewmien. Tali impossibbiltà tista' tirriżulta mill-fatt li l-proprjetà tkun diġà ġiet ikkonfiskata, tkun sparixxiet, inqerdet, jew ma tistax tinstab fil-post indikat mill-awtorità emittenti, jew peress li l-post fejn tinstab il-proprjetà ma kienx ġie indikat b'mod preċiż biżżejjed minkejja konsultazzjonijiet bejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni u l-awtorità emittenti. F'tali ċirkostanzi, l-awtorità ta' eżekuzzjoni jenħtieġ li ma tibqax aktar obbligata li teżegwixxi l-ordni. Madankollu, jekk l-awtorità ta' eżekuzzjoni sussegwentement tikseb informazzjoni li tippermettilha ssib il-proprjetà, jenħtieġ li hija tkun tista' teżegwixxi l-ordni mingħajr il-ħtieġa li jiġi trasmess ċertifikat ġdid, f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(41)

Fejn l-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni tirrendi l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska legalment impossibbli, jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tikkuntattja lill-awtorità emittenti sabiex tiddiskuti s-sitwazzjoni u ssib soluzzjoni. Tali soluzzjoni tista' tikkonsisti fl-irtirar tal-ordni kkonċernata mill-awtorità emittenti.

(42)

Hekk kif tiġi kkompletata l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska, jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tinforma lill-awtorità emittenti bir-riżultati tal-eżekuzzjoni. Fejn ikun possibbli fil-prattika, jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni, f'dak iż-żmien, tinforma wkoll lill-awtorità emittenti dwar l-ammont ta' flus jew il-proprjetà li tkun ġiet ikkonfiskata, u dwar dettalji oħra li tqis li jkunu rilevanti.

(43)

Jenħtieġ li l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ta' ordni ta' konfiska tkun regolata mil-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni u jenħtieġ li l-awtoritajiet ta'dak l-Istat biss ikollhom il-kompetenza li jiddeċiedu dwar il-proċeduri għall-eżekuzzjoni. Fejn xieraq, jenħtieġ li l-awtorità emittenti u ta' eżekuzzjoni tkun tista'tistieden lill-Eurojust jew lin-NĠE biex jipprovdu assistenza, fi ħdan il-mandat tagħhom, dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska.

(44)

Il-funzjonament xieraq ta' dan ir-Regolament jippresupponi li jkun hemm komunikazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti, b'mod partikolari f'każijiet tal-eżekuzzjoni simultanja ta' ordni ta' konfiska f'iżjed minn Stat Membru wieħed. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkonsultaw ma' xulxin kull meta jkun meħtieġ, direttament jew, fejn xieraq, permezz tal-Eurojust jew tan-NĠE.

(45)

Jenħtieġ li d-drittijiet tal-vittmi għall-kumpens u r-restituzzjoni ma jiġux ippreġudikati f'każijiet transfruntiera. Jenħtieġ li r-regoli dwar id-disponiment ta' proprjetà ffriżata jew kkonfiskata jagħtu prijorità lill-kumpens u r-restituzzjoni tal-proprjetà lill-vittmi. Il-kunċett ta' vittma għandu jiġi interpretat f'konformità mal-liġi tal-Istat emittenti, li jenħtieġ li tkun ista' tipprevedi wkoll li persuna ġuridika tista' tkun vittma għall-fini ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-kumpens u r-restituzzjoni ta' proprjetà lill-vittmi fi proċedimenti nazzjonali.

(46)

Fejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun informata b' deċiżjoni, maħruġa mill-awtorità emittenti jew minn awtorità kompetenti oħra fl-Istat emittenti, għar-restituzzjoni ta' proprjetà ffriżata lill-vittma, jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-proprjetà kkonċernata tkun iffriżata u tingħata lura lill-vittma malajr kemm jista' jkun. Jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun tista' tittrasferixxi l-proprjetà lill-Istat emittenti, sabiex dan ikun jista' jagħti lura l-proprjetà lill-vittma, jew direttament lill-vittma soġġett għall-approvazzjoni tal-Istat emittenti. Jenħtieġ li l-obbligu għar-restituzzjoni ta' proprjetà ffriżata lill-vittma jkun soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin: it-titolu tal-vittma għall-proprjetà jenħtieġ li ma jkunx ikkontestat, li jfisser li huwa aċċettat li l-vittma hija s-sid leġittimu tal-proprjetà u ma hemm l-ebda pretensjoni li toħloq dubju dwar dak; il-proprjetà jeħtieġ li ma tkunx meħtieġa bħala evidenza fi proċedimenti kriminali fl-Istat ta' eżekuzzjoni; u id-drittijiet ta' persuni affettwati, b'mod partikolari d-drittijiet ta' pajjiżi terzi bona fede, jenħtieġ li ma jiġux preġudikati. Jenħtieġ li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tagħti lura proprjetà ffriżata lill-vittma biss fejn jintlaħqu dawk il-kondizzjonijiet. Fejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni tqis li ma ntlaħqux dawk il-kondizzjonijiet, jenħtieġ li hija tikkonsulta mal-awtorità emittenti, pereżempju biex titlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali jew biex tiddiskuti s-sitwazzjoni, sabiex tinstab soluzzjoni. Jekk ma tkun tista' tinstab l-ebda soluzzjoni, l-awtorità ta' eżekuzzjoni jenħtieġ li tkun tista' tiddeċiedi li ma tagħtix lura l-proprjetà ffriżata lill-vittma.

(47)

Kull Stat Membru jenħtieġ li jikkunsidra jistabbilixxi uffiċċju nazzjonali ċentralizzat responsabbli għall-ġestjoni tal-proprjetà ffriżata fid-dawl tal-possibbiltà ta' konfiska ulterjuri, kif ukoll għall-ġestjoni ta' proprjetà kkonfiskata. Il-proprjetà ffriżata u l-proprjetà kkonfiskati tista' tiġi identifikata, bħala kwistjoni ta' prijorità, għall-proġetti ta' infurzar tal-liġi u ta' prevenzjoni tal-kriminalità organizzata kif ukoll għal proġetti oħra ta' interess pubbliku u utilità soċjali.

(48)

Kull Stat Membru jenħtieġ li jikkunsidra li jistabbilixxi fond nazzjonali li jiggarantixxi kumpens xieraq għall-vittmi ta' kriminalità, bħall-familji ta' uffiċjali tal-pulizija u uffiċjali pubbliċi maqtula jew li jkunu ġarrbu diżabilità b'mod permanenti waqt il-qadi ta' dmirijiethom. L-Istati Membri jistgħu jallokaw porzjon ta' assi kkonfiskati għal dak il-għan.

(49)

Jenħtieġ li ma jkunx possibbli għall-Istati Membri li jitolbu mingħand xulxin il-kumpens għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Madankollu, fejn l-Istat ta' eżekuzzjoni jkun ġarrab spejjeż kbar jew eċċezzjonali, pereżempju minħabba li l-proprjetà tkun ġiet iffriżata għal perijodu ta' żmien konsiderevoli, jenħtieġ li kwalunkwe proposta mill-awtorità ta' eżekuzzjoni għall-kondiviżjoni tal-ispejjeż tiġi kkunsidrata mill-awtorità emittenti.

(50)

Sabiex tkun tista'tindirizza l-problemi identifikati fil-futur rigward il-kontenut taċ-ċertifikati li jinsabu fl-Annessi għal dan ir-Regolament kemm jista' jkun malajr, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun iddelegata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE rigward emendi għal dawk iċ-ċertifikati. Huwa partikularment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (14). B'mod partikolari, biex tkun żgurata l-istess parteċipazzjoni fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u b'mod sistematiku l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(51)

Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri r-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(52)

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru 2003/577/ĠAI diġà ġew sostitwiti bid-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) fir-rigward tal-iffriżar tal-evidenza għall-Istati Membri marbuta b'din id-Direttiva. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru 2003/577/ĠAI rigward l-iffriżar tal-proprjetà jiġu sostitwiti minn dan ir-Regolament bejn l-Istati Membri marbuta minnha. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni Kwadru 2006/783/ĠAI tiġi wkoll sostitwita minn dan ir-Regolament bejn l-Istati Membri marbuta bih. Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru 2003/577/ĠAI fir-rigward tal-iffriżar tal-proprjetà, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2006/783/ĠAI, jenħtieġ għalhekk li jkomplu japplikaw mhux biss bejn l-Istati Membri li mhumiex marbuta minn dan ir-Regolament, iżda wkoll bejn kwalunkwe Stat Membru li mhuwiex marbut b'dan ir-Regolament u kwalunkwe Stat Membru li huwa marbut b'dan ir-Regolament.

(53)

Il-forma legali ta' dan l-att jenħtieġ li ma tikkostitwixxix preċedent għal atti legali futuri tal-Unjoni fil-qasam tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji f'materji kriminali. L-għażla tal-forma legali għal atti legali futuri tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi vvalutata bir-reqqa fuq bażi ta' każ b'każ filwaqt li jittieħed kont, fost fatturi oħra, tal-effettività tal-att legali u l-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' sussidjarjetà.

(54)

L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI (16), l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tagħhom jikkooperaw ma' xulxin sabiex jiġu ffaċilitati r-rintraċċar u l-identifikazzjoni tar-rikavat minn kriminalità u proprjetà oħra relatata mal-kriminalità li jistgħu jsiru l-oġġett ta' ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska.

(55)

F'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(56)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(57)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, DEFINIZZJONIJIET U KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li skonthom Stat Membru jirrikonoxxi u jeżegwixxi fit-territorju tiegħu ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska maħruġa minn Stat Membru ieħor fil-qafas ta' proċedimenti f'materji kriminali.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux ikollu l-effett li jimmodifika l-obbligu ta' rispett għad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali stabbiliti fl-Artikolu 6 TUE.

3.   Meta joħroġu ordnijiet ta' ffriżar jew ordnijiet ta' konfiska, l-awtoritajiet emittenti għandhom jiżguraw li l-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità jiġu rispettati.

4.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska maħruġa fil-qafas ta' proċedimenti f'materji ċivili jew amministrattivi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ordni ta' ffriżar” tfisser deċiżjoni maħruġa jew ivvalidata minn awtorità emittenti sabiex tipprevjeni l-qerda, it-trasformazzjoni, it-tneħħija, it-trasferiment jew id-disponiment ta' proprjetà bil-ħsieb tal-konfiska tagħha;

(2)

“ordni ta' konfiska” tfisser penali jew miżura finali, imposta minn qorti b'segwitu għal proċedimenti fir-rigward ta' reat kriminali, li tirriżulta fil-privazzjoni definittiva ta' proprjetà ta' persuna fiżika jew ġuridika;

(3)

“proprjetà” tfisser proprjetà ta' kwalunkwe deskrizzjoni, kemm jekk materjali kif ukoll jekk immaterjali, mobbli jew immobbli, u d-dokumenti jew l-istrumenti legali li jixhdu dritt jew interess fi proprjetà bħal din, li l-awtorità emittenti tikkunsidra li tkun:

(a)

ir-rikavat minn reat kriminali, jew l-ekwivalenti tiegħu, sew l-ammont sħiħ tal-valur jew parti biss minn tali rikavat;

(b)

il-mezzi strumentali ta' reat kriminali, jew il-valur tali mezzi strumentali;

(c)

soġġetta għal konfiska permezz tal-applikazzjoni fl-Istat emittenti ta' kwalunkwe setgħa ta' konfiska prevista fid-Direttiva 2014/42/UE; jew

(d)

soġġetta għal konfiska skont kwalunkwe dispożizzjoni oħra relatata mas-setgħat ta' konfiska, inkluż il-konfiska mingħajr kundanna finali, skont il-liġi tal-Istat emittenti b'segwitu għal proċedimenti b'rabta ma' reat kriminali;

(4)

“rikavat” tfisser kwalunkwe vantaġġ ekonomiku li jirriżulta direttament jew indirettament minn reat kriminali, li jikkonsisti minn kwalunkwe forma ta' proprjetà u jinkludi kwalunkwe investiment mill-ġdid jew kwalunkwe trasformazzjoni li jsiru sussegwentement ta' rikavat dirett u kwalunkwe benefiċċju ta' valur;

(5)

“mezzi strumentali” tfisser kwalunkwe proprjetà użata jew maħsuba biex tintuża, bi kwalunkwe mod, kompletament jew parzjalment, biex jitwettaq reat kriminali;

(6)

“Stat emittenti” tfisser l-Istat Membru li fih tinħareġ ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska;

(7)

“Stat ta' eżekuzzjoni” tfisser l-Istat Membru li lilu ġiet trasmessa ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska għall-iskop tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni;

(8)

“awtorità emittenti” tfisser:

(a)

fir-rigward ta' ordni ta' ffriżar:

(i)

imħallef, qorti, jew prosekutur pubbliku kompetenti fil-każ ikkonċernat; jew

(ii)

awtorità kompetenti oħra li tinħatar bħala tali mill-Istat emittenti u li hija kompetenti f'materji kriminali li tordna l-iffriżar ta' proprjetà jew li teżegwixxi ordni ta' ffriżar skont il-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, qabel ma tiġi trasmessa lill-awtorità ta' eżekuzzjoni, l-ordni ta' ffriżar għandha tiġi vvalidata minn imħallef, qorti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti wara eżami tal-konformità tagħha mal-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' tali ordni skont dan ir-Regolament. Fejn l-ordni tkun ġiet ivvalidata minn imħallef, qorti, jew prosekutur pubbliku, dik l-awtorità oħra kompetenti tista' titqies ukoll bħala awtorità emittenti għall-finijiet tat-trasmissjoni tal-ordni;

(b)

fir-rigward ta' ordni ta' konfiska, awtorità li tinħatar bħala tali mill-Istat emittenti u li hija kompetenti f'materji kriminali biex teżegwixxi ordni ta' konfiska maħruġa minn qorti f'konformità mal-liġi nazzjonali;

(9)

“awtorità ta' eżekuzzjoni” tfisser awtorità li hija kompetenti biex tirrikonoxxi ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska u biex tiżgura l-eżekuzzjoni tagħha f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-proċeduri applikabbli skont il-liġi nazzjonali għall-iffriżar u l-konfiska ta' proprjetà; fejn tali proċeduri jirrikjedu li qorti tirreġistra l-ordni u tawtorizza l-eżekuzzjoni tagħha, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tinkludi l-awtorità li hija kompetenti li titlob din ir-reġistrazzjoni u l-awtorizzazzjoni;

(10)

“persuna affettwata” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li kontriha tinħareġ ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska, jew il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun is-sid tal-proprjetà li tkun koperta minn dik l-ordni, kif ukoll kwalunkwe parti terza li d-drittijiet tagħha rigward dik il-proprjetà jkunu direttament preġudikati minn dik l-ordni skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

Artikolu 3

Reati kriminali

1.   Ordnijiet ta' ffriżar jew ordnijiet ta' konfiska għandhom jiġu eżegwiti mingħajr il-verifika tal-kriminalità doppja tal-atti li jagħtu lok għal tali ordnijiet, fejn dawk l-atti huma punibbli fl-Istat emittenti b'sentenza ta' kustodja għal tul massimu ta' mill-inqas tliet snin u jikkostitwixxu wieħed jew aktar mir-reati kriminali li ġejjin skont il-liġi tal-Istat emittenti:

(1)

parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali;

(2)

terroriżmu;

(3)

traffikar tal-bnedmin;

(4)

sfruttament sesswali ta' tfal u pornografija tat-tfal;

(5)

traffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u ta' sustanzi psikotropiċi;

(6)

traffikar illeċitu ta' armi, munizzjon u splussivi;

(7)

korruzzjoni;

(8)

frodi, inkluż frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definiti fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(9)

ħasil tar-rikavat mill-kriminalità;

(10)

falsifikazzjoni ta' munita, inkluż tal-euro;

(11)

kriminalità relatata mal-informatika;

(12)

kriminalità ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta' speċijiet ta' annimali fil-periklu u ta' speċijiet u varjetajiet ta' pjanti fil-periklu;

(13)

faċilitazzjoni tad-dħul u tar-residenza mhux awtorizzati;

(14)

omiċidju jew dannu gravi fuq il-persuna;

(15)

kummerċ illeċitu ta' organi u tessuti umani;

(16)

ħtif ta' persuni, restrizzjoni illegali jew ħtif ta' ostaġġi;

(17)

razziżmu u ksenofobija;

(18)

serq organizzat jew bl-użu ta' armi;

(19)

traffikar illeċitu ta' beni kulturali, inkluż antikitajiet u opri tal-arti;

(20)

qligħ b'qerq;

(21)

racketeering u estorsjoni;

(22)

falsifikazzjoni ta' flus u piraterija ta' prodotti;

(23)

falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u t-traffikar fihom;

(24)

falsifikazzjoni ta' mezzi ta' ħlas;

(25)

traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u promoturi oħra tat-tkabbir;

(26)

traffikar illeċitu ta' materjali nukleari jew radjuattivi;

(27)

traffikar ta' vetturi misruqa;

(28)

stupru;

(29)

ħruq;

(30)

reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

(31)

sekwestru illegali ta' inġenji tal-ajru jew ta' bastimenti;

(32)

sabutaġġ.

2.   Għal reati kriminali oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istat ta' eżekuzzjoni jista' jagħmel ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska soġġetti għall-kondizzjoni li l-atti li jagħtu lok għal ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska jikkostitwixxu reat kriminali skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni, indipendentement mill-elementi kostitwenti tiegħu jew il-mod kif inhu deskritt fil-liġi tal-Istat emittenti.

KAPITOLU II

TRASMISSJONI, RIKONOXXIMENT U EŻEKUZZJONI TA' ORDNIJIET TA' FFRIŻAR

Artikolu 4

Trasmissjoni tal-ordnijiet ta' ffriżar

1.   Ordni ta' ffriżar għandha tiġi trasmessa permezz ta' ċertifikat ta' ffriżar. L-awtorità emittenti għandha tittrasmetti ċ-ċertifikat ta' ffriżar previst fl-Artikolu 6 direttament lill-awtorità ta' eżekuzzjoni jew, fejn applikabbli, lill-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 24(2), bi kwalunkwe mezz li ista' jipproduċi rekord bil-miktub f'kondizzjonijiet li jippermettu lill-awtorità ta' eżekuzzjoni li tistabbilixxi l-awtentiċità taċ-ċertifikat ta' iffriżar.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni li tgħid li meta ċertifikat ta' ffriżar jiġi trasmess lilhom bil-ħsieb tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar, l-awtorità emittenti għandha tittrasmetti, l-ordni ta' ffriżar oriġinali jew kopja attestata tagħha flimkien maċ-ċertifikat ta' ffriżar. Madankollu, huwa biss iċ-ċertifikat ta' ffriżar li jrid jiġi tradott, f'konformità mal-Artikolu 6(2).

3.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jew f'data aktar tard. L-Istati Membri jistgħu jirtiraw tali dikjarazzjoni f'kull ħin. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni meta jagħmlu jew jirtiraw tali dikjarazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed tali informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha u tan-NĠE

4.   Rigward ordni ta' ffriżar li tikkonċerna ammont ta' flus, fejn l-awtorità emittenti għandha raġunijiet validi biex temmen li l-persuna li kontriha tkun inħarġet l-ordni jkollha proprjetà jew dħul fi Stat Membru, għandha tittrasmetti ċ-ċertifikat ta' ffriżar lil dak l-Istat Membru.

5.   Rigward ordni ta' ffriżar li tikkonċerna beni speċifiċi, fejn l-awtorità emittenti ikollha raġunijiet validi biex temmen li tali beni jkunu jinsabu fi Stat Membru, hija għandha tittrasmetti ċ-ċertifikat ta' ffriżar lill dak l-Istat Membru.

6.   Iċ-ċertifikat ta' ffriżar għandu:

(a)

ikun akkumpanjat minn ċertifikat ta' konfiska trasmess f'konformità mal-Artikolu 14; jew

(b)

ikun fih struzzjoni li l-proprjetà għandha tibqa' ffriżata fl-Istat ta' eżekuzzjoni sakemm tiġi trasmessa u eżegwita l-ordni ta' konfiska f'konformità mal-Artikolu 14, f'liema każ l-awtorità emittenti għandha tindika d-data prevista ta' din it-trasmissjoni fiċ-ċertifikat ta' ffriżar.

7.   L-awtorità emittenti għandha tinforma lill-awtorità ta' eżekuzzjoni jekk tkun taf b'xi persuni affettwati. L-awtorità emittenti għandha, fuq talba, tipprovdi wkoll lill-awtorità ta' eżekuzzjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti għal kwalunkwe pretensjoni li tali persuni affettwati jista' jkollhom b'rabta mal-proprjetà, inkluż kwalunkwe informazzjoni li tidentifika lil dawk il-persuni.

8.   Fejn, minkejja l-informazzjoni li tkun saret disponibbli f'konformità mal-Artikolu 24(3), l-awtorità kompetenti ta' eżekuzzjoni ma tkunx magħrufa lill-awtorità emittenti, l-awtorità emittenti għandha tagħmel l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa, inkluż permezz tal-punti ta' kuntatt tan-NĠE, sabiex tiddetermina liema awtorità tkun kompetenti għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar.

9.   Fejn l-awtorità fl-Istat ta' eżekuzzjoni li tirċievi ċ-ċertifikat ta' ffriżar ma tkunx kompetenti biex tirrikonoxxi l-ordni ta' ffriżar jew tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha, dik l-awtorità għandha b'mod immedjat, tittrasmetti ċ-ċertifikat ta' ffriżar lill-awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti fl-Istat Membru tagħha u għandha tinforma lill-awtorità emittenti, skont dan.

Artikolu 5

Trasmissjoni ta' ordni ta' ffriżar lil Stat ta' eżekuzzjoni wieħed jew aktar

1.   Ċertifikat ta' ffriżar għandu jiġi trasmess biss skont l-Artikolu 4 lil Stat ta' eżekuzzjoni wieħed kull darba, sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu.

2.   Fejn ordni ta' ffriżar tikkonċerna beni speċifiċi, iċ-ċertifikat ta' ffriżar jista' jiġi trasmess kontemporanjament lil aktar minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed fejn:

(a)

l-awtorità emittenti jkollha raġunijiet validi biex temmen li beni differenti koperti mill-ordni ta' ffriżar ikunu jinstabu fi Stati ta' eżekuzzjoni differenti; jew

(b)

l-iffriżar ta' beni speċifiku kopert mill-ordni ta' ffriżar jirrikjedi azzjoni f'iżjed minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed.

3.   Fejn ordni ta' ffriżar tikkonċerna ammont ta' flus, iċ-ċertifikat ta' ffriżar jista' jiġi trasmess kontemporanjament lil iżjed minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed fejn l-awtorità emittenti tikkunsidra li hemm bżonn speċifiku li jsir hekk, b'mod partikolari fejn il-valur stmat tal-proprjetà li tista' tiġi ffriżata fl-Istat emittenti u f'xi Stat ta' eżekuzzjoni probabbilment ma jkunx biżżejjed għall-iffriżar tal-ammont sħiħ kopert mill-ordni ta' ffriżar.

Artikolu 6

Ċertifikat ta' ffriżar standard

1.   Sabiex tittrasmetti ordni ta' iffriżar, l-awtorità emittenti għandha timla ċ-ċertifikat ta' ffriżar stabbilit fl-Anness I, għandha tiffirmah u għandha tiċċertifika l-kontenut tiegħu bħala preċiż u korrett.

2.   L-awtorità emittenti għandha tipprovdi lill-awtorità ta' eżekuzzjoni bi traduzzjoni taċ-ċertifikat ta' ffriżar f'lingwa uffiċjali tal-Istat ta' eżekuzzjoni jew fi kwalunkwe lingwa oħra li l-Istat ta' eżekuzzjoni jaċċetta f'konformità mal-paragrafu 3.

3.   Kwalunkwe Stat Membru jista', fi kwalunkwe ħin, jiddikjara permezz ta' dikjarazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni li huwa jaċċetta traduzzjonijiet ta' ċertifikati ta' ffriżar f'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni għajr il-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed id-dikjarazzjonijiet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha u tan-NĠE.

Artikolu 7

Rikonoxximent u eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta' ffriżar

1.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi ordni ta' ffriżar trasmessa f'konformità mal-Artikolu 4 u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha bl-istess mod bħal ma' tieħu għal ordni ta' iffriżar domestiku maħruġa minn awtorità tal-Istat ta' eżekuzzjoni, sakemm l-awtorità ta' eżekuzzjoni ma tinvokax waħda mir-raġunijiet għan-nonrikonoxximent u noneżekuzzjoni previsti fl-Artikolu 8 jew waħda mir-raġunijiet għal posponiment previsti fl-Artikolu 10.

2.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità emittenti dwar l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar, inkluż deskrizzjoni tal-proprjetà ffriżata u, fejn disponibbli, tipprovdi stima tal-valur tagħha. Tali rappurtar għandu jitwettaq bl-użu ta' kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub, mingħajr dewmien żejjed ladarba l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun ġiet infurmata li l-ordni ta' ffriżar tkun ġiet eżegwita.

Artikolu 8

Raġunijiet għal nonrikonoxximent u għal noneżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar

1.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix jew teżegwixxix ordni ta' ffriżar biss fejn:

(a)

l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar tmur kontra l-prinċipju ta' ne bis in idem;

(b)

ikun hemm privileġġ jew immunità skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni li jimpedixxu l-iffriżar tal-proprjetà kkonċernata, jew ikun hemm regoli dwar id-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà kriminali relatati mal-libertà tal-istampa jew il-libertà ta' espressjoni f'media oħrajn, li jimpedixxu l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar;

(c)

iċ-ċertifikat ta' ffriżar ma jkunx komplut jew ikun manifestament żbaljat, u ma jkunx imtela b'segwitu għall-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 2;

(d)

l-ordni ta' ffriżar tkun relatata ma' reat kriminali li jkun twettaq, totalment jew parzjalment, barra t-territorju tal-Istat emittenti u, totalment jew parzjalment, fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni, u l-imġiba li fir-rigward tagħha tkun inħarġet l-ordni ta' ffriżar ma tkunx tikkostitwixxi reat kriminali skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni;

(e)

f'każ li jaqa' taħt l-Artikolu 3(2), l-imġiba li b'konnessjoni magħha inħarġet l--ordni ta' ffriżar ma tikkostitwixxix reat kriminali skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni; madankollu, f'każijiet li jinvolvu regoli dwar taxxi jew dazji, jew regoli doganali u regoli marbutin mal-kambju, ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar ma għandhiex tiġi rrifjutata għar-raġuni li l-liġi fl-Istat ta' eżekuzzjoni ma timponix l-istess tip ta' taxxi jew dazji jew ma tipprevedix l-istess tip ta' regoli rigward taxxi u dazji jew l-istess tip ta' regoli doganali u regoli marbutin mal-kambju bħal-liġi tal-Istat emittenti;

(f)

f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, hemm raġunijiet sostanzjali biex jitwemmen, fuq il-bażi ta' evidenza oġġettiva u speċifika, li l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar, fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, tkun tinvolvi ksur manifest ta' dritt fundamentali rilevanti kif stabbiliti fil-Karta, b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv, id-dritt għal proċess ġust jew id-drittijiet tad-difiża.

2.   Fi kwalunkwe mill-każi msemmija fil-paragrafu 1, qabel ma jiġi deċiż li l-ordni ta' ffriżar ma għandhiex tiġi rikonoxxuta jew eżegwita, sew jekk kompletament jew parzjalment, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkonsulta lill-awtorità emittenti, bi kwalunkwe mezz adatt, u, fejn xieraq, għandha titlob lill-awtorità emittenti biex tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni li l-ordni ta' ffriżar ma tiġix rikonoxxuta jew eżegwita għandha tittieħed mingħajr dewmien u għandha tiġi nnotifikata immedjatament lill-awtorità emittenti bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub.

4.   Fejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun irrikonoxxiet ordni ta' ffriżar, iżda ssir taf, matul l-eżekuzzjoni tagħha, li tkun tapplika waħda mir-raġunijiet għal nonrikonoxximent jew noneżekuzzjoni, hi għandha tikkuntattja b'mod immedjat lill-awtorità emittenti bi kwalunkwe mezz adatt sabiex tiddiskuti l-miżuri adatti li għandhom jittieħdu. Abbażi ta' dak, l-awtorità emittenti tista' tiddeċiedi li tirtira l-ordni ta' ffriżar. Jekk, b'segwitu għal tali diskussjonijiet, ma tkun intlaħqet l-ebda soluzzjoni, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tiddeċiedi li twaqqaf l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar.

Artikolu 9

Limiti ta' żmien għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar

1.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar u teżegwixxi dik l-ordni mingħajr dewmien u bl-istess ħeffa u prijorità bħal f'każ domestiku simili wara li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun irċeviet iċ-ċertifikat ta' ffriżar.

2.   Fejn l-awtorità emittenti tkun indikat fiċ-ċertifikat ta' ffriżar li l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar għandha titwettaq f'data speċifika, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu kont kemm jista' jkun sħiħ tagħha. Fejn l-awtorità emittenti tkun indikat li hemm ħtieġa ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri involuti, l-awtorità ta' eżekuzzjoni u l-awtorità emittenti għandhom jikkoordinaw ma' xulxin sabiex jaqblu dwar id-data tal-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar. Fejn ma jkun jista' jintlaħaq l-ebda ftehim, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tiddeċiedi dwar id-data tal-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar, filwaqt li tieħu kont kemm jista' jkun sħiħ tal-interessi tal-awtorità emittenti.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, fejn l-awtorità emittenti tkun iddikjarat fiċ-ċertifikat ta' ffriżar li jenħtieġ l-iffriżar immedjat peress li hemm raġunijiet leġittimi biex wieħed jemmen li l-proprjetà inkwistjoni ser titneħħa jew tinqered b'mod imminenti, jew fid-dawl ta' kwalunkwe ħtieġa proċedurali jew ta' investigazzjoni fl-Istat emittenti, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rikonoxximent tal-ordni ta' ffriżar mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li tkun irċevietha l-awtorità ta' eżekuzzjoni. Mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li tkun ittieħdet tali deċiżjoni, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu l-miżuri konkreti meħtieġa sabiex teżegwixxi l-ordni.

4.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkomunika, mingħajr dewmien u bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub, id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar lill-awtorità emittenti.

5.   Fejn, f'każ speċifiku, ma jkunx possibbli li jiġu ssodisfati l-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 3, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinforma immedjatament lill-awtorità emittenti bi kwalunkwe mezz, filwaqt li tindika r-raġunijiet għalfejn ma kienx possibbli li jiġu ssodisfati dawk il-limiti ta' żmien, u għandha tikkonsulta mal-awtorità emittenti dwar iskeda adatta għar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar.

6.   L-iskadenzi tal-limiti ta' żmien stipulati fil-paragrafu 3 ma għandhomx jeħilsu lill-awtorità ta' eżekuzzjoni mill-obbligu tagħha li tieħu deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar, u mill-eżekuzzjoni ta' dik l-ordni, mingħajr dewmien.

Artikolu 10

Posponiment tal-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar

1.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tipposponi l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar trasmessa f'konformità mal-Artikolu 4 fejn:

(a)

l-eżekuzzjoni tagħha tista' tagħmel ħsara lil investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja, fejn f'dak il-każ l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar tista' tiġi posposta għal perijodu ta' żmien li jitqies raġonevoli mill-awtorità ta' eżekuzzjoni;

(b)

il-proprjetà tkun diġà s-suġġett ta' ordni ta' ffriżar eżistenti, f'liema każ l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar tista' tiġi posposta sakemm dik l-ordni eżistenti tiġi rtirata; jew

(c)

il-proprjetà tkun diġà soġġetta għal ordni eżistenti maħruġa fil-perkors ta' proċedimenti oħra fl-Istat ta' eżekuzzjoni, f'liema każ l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar tista' tiġi posposta sakemm dik l-ordni eżistenti tiġi rtirata; madankollu, dan il-punt għandu japplika biss fejn l-ordni eżistenti jkollha prijorità, skont il-liġi nazzjonali, fuq ordnijiet ta' ffriżar nazzjonali sussegwenti f'materji kriminali.

2.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha, b'mod immedjat u bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub, tirrapporta lill-awtorità emittenti dwar il-posponiment tal-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar, u tispeċifika r-raġunijiet għall-posponiment u, fejn possibbli, id-durata prevista tiegħu.

3.   Hekk kif ir-raġunijiet għall-posponiment ma jibqgħux jeżistu, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha immedjatament tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar u tinforma lill-awtorità emittenti tagħha permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

Artikolu 11

Kunfidenzjalità

1.   Matul l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar, l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandhom jikkunsidraw b'mod dovut il-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni li fil-kuntest tiegħu tkun inħarġet l-ordni ta' ffriżar.

2.   Bl-eċċezzjoni ta' dak li huwa meħtieġ biex teżegwixxi l-ordni ta' ffriżar, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tal-fatti u s-sustanza tal-ordni ta' ffriżar f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, malli l-ordni ta' ffriżar tkun ġiet eżegwita, l-awtorità ta'eżekuzzjoni għandha tinforma lill-persuni affettwati dwar dan f'konformità mal-Artikolu 32.

3.   Sabiex tipproteġi investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, l-awtorità emittenti tista' titlob lill-awtorità ta' eżekuzzjoni li tipposponi li tinforma l-persuni affettwati dwar l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar skont l-Artikolu 32. Hekk kif ma tkunx aktar meħtieġa li tipposponi li jiġu infurmati l-persuni affettwati sabiex jiġu mħarsa l-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, l-awtorità emittenti għandha tinforma lill-awtorità ta' eżekuzzjoni b'dan, sabiex l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tinforma lill-persuni affettwati dwar l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar f'konformità mal-Artikolu 32.

4.   Jekk l-awtorità ta' eżekuzzjoni ma tkunx tista' tikkonforma mal-obbligi ta' kunfidenzjalità skont dan l-Artikolu, hija għandha tinnotifika lill-awtorità emittenti b'mod immedjat, u, fejn possibbli, qabel l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar.

Artikolu 12

Durata tal-ordnijiet ta' ffriżar

1.   Il-proprjetà soġġetta għal ordni ta' iffriżar għandha tibqa' ffriżata fl-Istat ta' eżekuzzjoni sakemm l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat twieġeb b'mod definittiv għal ordni ta' konfiska trasmessa skont l-Artikolu 14 jew sakemm l-awtorità emittenti tkun infurmat lill-awtorità ta' eżekuzzjoni bi kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li tirrendi l-ordni mhux infurzabbli jew li twassal li tiġi rtirata skont l-Artikolu 27(1).

2.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni, waqt li tikkunsidra ċ-ċirkostanzi tal-każ, tista' tagħmel talba motivata lill-awtorità emittenti biex jiġi limitat il-perijodu li għalih għandha tkun iffriżata l-proprjetà. Tali talba, inkluż kwalunkwe informazzjoni ta' sostenn rilevanti, għandha tiġi trasmessa bi kwalunkwe mezz kapaċi li jipproduċi rekord bil-miktub, b'kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat emittenti li jistabbilixxi l-awtentiċità tat-talba. Meta teżamina talba bħal din, l-awtorità emittenti għandha tieħu kont tal-interessi kollha, inklużi dawk tal-awtorità ta' eżekuzzjoni. L-awtorità emittenti għandha tirrispondi għal din it-talba malajr kemm jista' jkun. Jekk l-awtorità emittenti ma taqbilx mal-limitazzjoni, hija għandha tinforma lill-awtorità ta' eżekuzzjoni bir-raġunijiet għal dan. F'tali każ, il-proprjetà għandha tibqa' ffriżata skont il-paragrafu 1. Jekk l-awtorità emittenti ma tirrispondix fi żmien sitt ġimgħat mill-wasla tat-talba, l-awtorità ta' eżekuzzjoni ma għandhiex tibqa' obbligata li teżegwixxi l-ordni ta' ffriżar.

Artikolu 13

Impossibbiltà ta' eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar

1.   Fejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni tqis li ma jkunx possibbli li ordni ta' ffriżar tiġi eżegwita, hija għandha tinnotifika lill-awtorità emittenti b'dan, mingħajr dewmien.

2.   Qabel ma tinnotifika lill-awtorità emittenti skont il-paragrafu 1, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha, fejn adatt, tikkonsulta mal-awtorità emittenti.

3.   L-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar skont dan l-Artikolu tista' tiġi ġġustifikata biss fejn il-proprjetà:

(a)

diġà ġiet ikkonfiskata;

(b)

sparixxiet;

(c)

inqerdet;

(d)

ma tistax tinstab fil-post indikat fuq iċ-ċertifikat ta' ffriżar; jew

(e)

ma tistax tinstab minħabba li l-post fejn tinstab ma ġiex indikat b'mod preċiż biżżejjed, minkejja l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

4.   Fir-rigward tas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (b), (d) u (e) tal-paragrafu 3, fejn sussegwentement l-awtorità ta' eżekuzzjoni tikseb informazzjoni li tippermettilha tillokalizza l-proprjetà, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' teżegwixxi l-ordni ta' ffriżar mingħajr il-ħtieġa li jiġi trasmess ċertifikat ta' ffriżar ġdid, dment li qabel l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun ivverifikat mal-awtorità emittenti li l-ordni ta' ffriżar tkun għadha valida.

5.   Minkejja l-paragrafu 3, fejn l-awtorità emittenti tkun indikat li proprjetà ta' valur ekwivalenti tista' tiġi ffriżata, l-awtorità ta' eżekuzzjoni m'għandhiex tkun meħtieġa li teżegwixxi l-ordni ta' ffriżar fejn tkun teżisti waħda miċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 3 u ma jkun hemm l-ebda proprjetà ta' valur ekwivalenti li tista' tiġi ffriżata.

KAPITOLU III

TRASMISSJONI, RIKONOXXIMENT`U EŻEKUZZJONI TA' ORDNIJIET TA' KONFISKA

Artikolu 14

Trasmissjoni ta' ordnijiet ta' konfiska

1.   L-ordni ta' konfiska għandha tiġi trasmessa permezz ta' ċertifikat ta' konfiska. L-awtorità emittenti għandha tittrasmetti ċ-ċertifikat ta' konfiska previst fl-Artikolu 17 direttament lill-awtorità ta' eżekuzzjoni jew, fejn applikabbli, lill-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 24(2) bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub, skont kondizzjonijiet li jippermettu lill-awtorità ta' eżekuzzjoni li tistabbilixxi l-awtentiċità taċ-ċertifikat ta' konfiska.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni li tgħid li meta ċertifikat ta' konfiska jiġi trasmess lilhom bil-ħsieb li l-ordni ta' konfiska tiġi rikonoxxuta u eżegwita, l-awtorità emittenti għandha tittrasmetti l-ordni ta' konfiska oriġinali jew kopja attestata tagħha flimkien maċ-ċertifikat ta' konfiska. Madankollu, huwa biss iċ-ċertifikat ta' konfiska li jrid jiġi tradott, f'konformità mal-Artikolu 17(2).

3.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 qabel l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew f'data aktar tard. L-Istati Membri jistgħu jirtiraw tali dikjarazzjoni f'kull ħin. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni meta jagħmlu jew jirtiraw tali dikjarazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed tali informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha u tan-NĠE.

4.   Fir-rigward ta' ordni ta' konfiska li tikkonċerna ammont ta' flus, fejn l-awtorità emittenti jkollha raġunijiet validi biex temmen li l-persuna li kontriha nħarġet l-ordni ta' konfiska għandha proprjetà jew dħul fi Stat Membru, hija għandha tittrasmetti ċ-ċertifikat ta' konfiska lil dak l-Istat Membru.

5.   Fir-rigward ta' ordni ta' konfiska li tikkonċerna beni speċifiċi, fejn l-awtorità emittenti jkollha raġunijiet validi biex temmen li tali beni jkunu jinsabu fi Stat Membru, hija għandha tittrasmetti ċ-ċertifikat ta' konfiska lil dak l-Istat Membru.

6.   L-awtorità emittenti għandha tinforma lill-awtorità ta' eżekuzzjoni jekk tkun taf b'xi persuni affettwati. L-awtorità emittenti għandha, fuq talba, tipprovdi wkoll lill-awtorità ta' eżekuzzjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti għal kwalunkwe pretensjoni li tali persuni affettwati jista' jkollhom b'rabta mal-proprjetà, inkluż kwalunkwe informazzjoni li tidentifika lil dawk il-persuni.

7.   Fil-każ fejn, minkejja l-fatt li l-informazzjoni li tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni f'konformità mal-Artikolu 24(3), l-awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti ma tkunx magħrufa mal-awtorità emittenti, l-awtorità emittenti għandha tagħmel l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa, inkluż permezz tal-punti ta' kuntatt tan-NĠE, sabiex tiddetermina liema awtorità tkun kompetenti għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska.

8.   Fejn l-awtorità fl-Istat ta' eżekuzzjoni li jirċievi ċ-ċertifikat ta' konfiska, mhijiex kompetenti li tirrikonoxxi l-ordni ta' konfiska jew li tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tiegħu, dik l-awtorità għandha b'mod immedjat tittrasmetti ċ-ċertifikat ta' konfiska lill-awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti fl-Istat Membru tagħha u għandha tinforma lill-awtorità emittenti, kif meħtieġ.

Artikolu 15

Trasmissjoni ta' ordni ta' konfiska lil Stat ta' eżekuzzjoni wieħed jew aktar

1.   Iċ-ċertifikat ta' konfiska għandu jiġi trasmess biss, skont l-Artikolu 14, lil Stat ta' eżekuzzjoni wieħed kull darba, sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu.

2.   Fejn ordni ta' konfiska tikkonċerna beni speċifiċi, iċ-ċertifikat ta' konfiska jista' jiġi trasmess kontemporanjament lil aktar minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed fejn:

(a)

l-awtorità emittenti jkollha raġunijiet validi biex temmen li beni differenti koperti mill-ordni ta' konfiska jkunu jinstabu fi Stati ta' eżekuzzjoni differenti, jew

(b)

il-konfiska ta' beni speċifiku kopert mill-ordni ta' konfiska tkun tirrikjedi azzjoni f'aktar minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed.

3.   Fejn ordni ta' konfiska tikkonċerna ammont ta' flus, iċ-ċertifikat ta' konfiska jista' jiġi trasmess kontemporanjament lil aktar minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed, fejn l-awtorità emittenti tikkunsidra li hemm bżonn speċifiku li jsir hekk, b'mod partikolari fejn:

(a)

il-proprjetà kkonċernata ma ġietx iffriżata skont dan ir-Regolament; jew

(b)

il-valur stmat tal-proprjetà li tista' tiġi kkonfiskata fl-Istat emittenti u f'xi Stat ta' eżekuzzjoni probabbilment ma jkunx biżżejjed għall-konfiska tal-ammont sħiħ kopert mill-ordni ta' konfiska.

Artikolu 16

Konsegwenzi tat-trasmissjoni ta' ordnijiet ta' konfiska

1.   It-trasmissjoni ta' ordni ta' konfiska, skont l-Artikoli 14 u 15, m'għandhiex tirrestrinġi d-dritt tal-Istat emittenti li jeżegwixxi l-ordni.

2.   L-ammont totali miksub mill-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska li tikkonċerna ammont ta' flus m'għandux jeċċedi l-ammont massimu speċifikat f'dik l-ordni, irrispettivament minn jekk dik l-ordni tkunx ġiet trasmessa lil Stat ta' eżekuzzjoni wieħed jew aktar.

3.   L-awtorità emittenti għandha tinforma b'mod immedjat lill-awtorità ta' eżekuzzjoni bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub fejn:

(a)

tikkunsidra li hemm riskju li tista' sseħħ konfiska li teċċedi l-ammont massimu, b'mod partikolari abbażi ta' informazzjoni riċevuta mill-awtorità ta' eżekuzzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 21(1);

(b)

l-ordni ta' konfiska tkun ġiet eżegwita kompletament jew parzjalment fl-Istat emittenti jew fi Stat ta' eżekuzzjoni differenti, u f'liema każ għandha tispeċifika l-ammont li għalih l-ordni ta' konfiska għadha ma ġietx eżegwita; jew

(c)

wara t-trasmissjoni ta' ċertifikat ta' konfiska skont l-Artikolu 14, awtorità tal-Istat emittenti tirċievi kwalunkwe somma ta' flus li tkun tħallset fir-rigward tal-ordni ta' konfiska.

Fejn japplika l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità emittenti għandha tinforma kemm jista' jkun malajr lill-awtorità ta' eżekuzzjoni dwar meta r-riskju msemmi f'dak il-punt ma jibqax jeżisti.

Artikolu 17

Ċertifikat ta' konfiska standard

1.   Sabiex tittrasmetti ordni ta' konfiska, l-awtorità emittenti għandha timla ċ-ċertifikat ta' konfiska stabbilit fl-Anness II, għandha tiffirmah u għandha tiċċertifika l-kontenut tiegħu bħala preċiż u korrett.

2.   L-awtorità emittenti għandha tipprovdi lill-awtorità ta' eżekuzzjoni biċ-ċertifikat ta' konfiska f'lingwa uffiċjali tal-Istat ta' eżekuzzjoni jew fi kwalunkwe lingwa oħra li l-Istat ta' eżekuzzjoni jaċċetta skont il-paragrafu 3.

3.   Kwalunkwe Stat Membru jista', fi kwalunkwe ħin, jistqarr permezz ta' dikjarazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni, li jaċċetta traduzzjonijiet ta' ċertifikati ta' konfiska l f'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni għajr il-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed id- għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha u tan-NĠE.

Artikolu 18

Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' konfiska

1.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi ordni ta' konfiska li tkun ġiet trasmessa skont l-Artikolu 14, u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tagħha bl-istess mod bħal fil-każ ta' ordni ta' konfiska domestika maħruġa minn awtorità tal-Istat ta' eżekuzzjoni, sakemm l-awtorità ta' eżekuzzjoni ma tinvokax waħda mir-raġunijiet għan-nonrikonoxximent u noneżekuzzjoni previsti fl-Artikolu 19 jew waħda mir-raġunijiet għal posponiment previsti fl-Artikolu 21.

2.   Fejn ordni ta' konfiska tkun tikkonċerna beni speċifiku, l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni jistgħu, fejn dan ikun previst mil-liġi tal-Istat emittenti, jaqblu li konfiska fl-Istat ta' eżekuzzjoni tista' ssir permezz tal-konfiska ta' somma flus li tikkorrispondi għall-valur tal-proprjetà li kellha tiġi kkonfiskata.

3.   Fejn ordni ta' konfiska tikkonċerna ammont ta' flus, u l-awtorità ta' eżekuzzjoni ma tkunx tista' tikseb il-ħlas ta' dak l-ammont, hi għandha teżegwixxi l-ordni ta' konfiska skont il-paragrafu 1 fuq kwalunkwe beni li jkun disponibbli għal dak l-iskop. Fejn meħtieġ, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkonverti l-ammont ta' flus li għandu jiġi kkonfiskat fil-munita tal-Istat ta' eżekuzzjoni bir-rata tal-kambju tal-ewro ta' kuljum, kif ippublikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għad-data meta tkun inħarġet l-ordni ta' konfiska.

4.   Kwalunkwe parti mill-ammont ta' flus li jiġi rkuprat skont l-ordni ta' konfiska fi kwalunkwe Stat ieħor minbarra l-Istat ta' eżekuzzjoni għandha titnaqqas b'mod sħiħ mill-ammont li għandu jiġi kkonfiskat fl-Istat ta' eżekuzzjoni.

5.   Fejn l-awtorità emittenti tkun ħarġet ordni ta' konfiska iżda ma tkunx ħarġet ordni ta' ffriżar, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista', bħala parti mill-miżuri previsti fil-paragrafu 1 tiddeċiedi li tiffriża l-proprjetà kkonċernata fuq deċiżjoni tagħha stess f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha, bil-ħsieb tal-eżekuzzjoni sussegwenti tal-ordni ta' konfiska. F'dan il-każ, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità emittenti mingħajr dewmien, u fejn possibbli, qabel l-iffriżar tal-proprjetà kkonċernata.

6.   Hekk kif tiġi eżegwita l-ordni ta' konfiska, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinforma, bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub, lill-awtorità emittenti bir-riżultati tal-eżekuzzjoni.

Artikolu 19

Raġunijiet għal nonrikonoxximent u għal noneżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' konfiska

1.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix jew teżegwixxix ordni ta' konfiska biss fejn:

(a)

l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska tkun tmur kontra l-prinċipju ta' ne bis in idem;

(b)

ikun hemm privileġġ jew immunità skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni li jkun jimpedixxi l-konfiska tal-proprjetà kkonċernata jew ikun hemm regoli dwar id-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà kriminali relatati mal-libertà tal-istampa jew il-libertà tal-espressjoni f'media oħrajn li jimpedixxu l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska;

(c)

iċ-ċertifikat ta' konfiska ma jkunx komplut jew ikun manifestament żbaljat u ma jkunx imtela b'segwitu għall-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 2;

(d)

l-ordni ta' konfiska hija relatata ma' reat kriminali li jkun twettaq totalment jew parzjalment, barra t-territorju tal-Istat emittenti u, totalment jew parzjalment, fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni, u l-imġiba li fir-rigward tagħha tkun inħarġet l-ordni ta' konfiska ma tkunx tikkostitwixxi reat kriminali skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni;

(e)

id-drittijiet tal-persuni affettwati jagħmluha impossibbli, skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni, li l-ordni ta' konfiska tiġi eżegwita, inkuż fejn dik l-impossibbiltà hija konsegwenza tal-applikazzjoni ta' rimedji legali skont l-Artikolu 33;

(f)

f'każ li jaqa' taħt l-Artikolu 3(2), l-imġiba li b'konnessjoni magħha nħarġet l-ordni ta' konfiska ma tikkostitwixxix reat kriminali skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni; madankollu, f'każijiet li jinvolvu taxxi jew dazji jew regolamenti doganali u dawk marbutin mal-kambju, ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska ma għandhiex tiġi rifjutata għar-raġunijiet li l-liġi fl-Istat ta' eżekuzzjoni ma timponix l-istess tip ta' taxxi jew dazji jew ma tipprevedix l-istess tip ta' regoli fir-rigward tat-taxxi u d-dazji jew l-istess tip ta' regolament doganali u dawk marbutin mal-kambju bħal-liġi tal-Istat emittenti;

(g)

skont iċ-ċertifikat ta' konfiska, il-persuna li kontriha tkun inħarġet l-ordni ta' konfiska ma tkunx dehret personalment fil-proċess li rriżulta f'ordni ta' konfiska marbuta mal-kundanna definittiva, sakemm iċ-ċertifikat ta' konfiska jiddikjara li, f'konformità ma' rekwiżiti proċedurali ulterjuri definiti fil-liġi tal-Istat emittenti, il-persuna:

(i)

tkun ġiet ikkonvokata personalment fi żmien debitu u għaldaqstant tkun ġiet infurmata bid-data u l-post previsti għall-proċess li rriżulta fl-ordni ta' konfiska, jew tkun effettivament irċeviet, b'mezzi oħra, informazzjoni uffiċjali dwar id-data u l-post previsti għal dak il-proċess b'tali mod li jkun ġie stabbilit inekwivokabbilment li dik il-persuna kienet konxja tal-proċess previst, u kienet ġiet infurmata fi żmien debitu li tali ordni ta' konfiska setgħet tingħata jekk dik il-persuna ma tidhirx fil-proċess;

(ii)

konxja mill-proċess previst, kienet tat mandat lil avukat, li kien nħatar mill-persuna kkonċernata jew mill-Istat, biex jiddefendi lil dik il-persuna fil-proċess, u dik il-persuna kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak l-avukat fil-proċess; jew

(iii)

wara li kienet ġiet innotifikata bl-ordni ta' konfiska u kienet ġiet infurmata espressament bid-dritt għal proċess ġdid jew appell, li fihom il-persuna jkollha d-dritt li tipparteċipa u li jkunu jippermettu rieżami tal-merti tal-każ, inkluż eżami ta' evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel l-ordni ta' konfiska oriġinali, iddikjarat espressament li ma tikkontestax l-ordni ta' konfiska, jew ma talbitx proċess ġdid jew appell fi ħdan il-limiti ta' żmien applikabbli;

(h)

f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, hemm raġunijiet sostanzjali biex jitwemmen, fuq il-bażi ta' evidenza oġġettiva u speċifika, li l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska, fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, tkun tinvolvi ksur manifest ta' dritt fundamentali rilevanti kif stabbiliti fil-Karta, b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv, id-dritt għal proċess ġust jew id-dritt għal difiża.

2.   Fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, qabel ma jiġi deċiż li l-ordni ta' konfiska ma għandhiex tiġi rikonoxxuta jew eżegwita, kompletament jew parzjalment, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkonsulta lill-awtorità emittenti, bi kwalunkwe mezz xieraq, u fejn jkun xieraq, għandha titlob biex l-awtorità emittenti tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni li l-ordni ta' konfiska ma tiġix rikonoxxuta jew eżegwita għandha tittieħed mingħajr dewmien u għandha b'mod immedjat tiġi nnotifikata lill-awtorità emittenti bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub.

Artikolu 20

Limiti ta' żmien għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' konfiska

1.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska mingħajr dewmien u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, mhux aktar tard minn 45 jum wara li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun irċeviet ċ-ċertifikat ta' konfiska.

2.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkomunika, mingħajr dewmien u bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub, id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska lill-awtorità emittenti.

3.   Sakemm ma jeżistux raġunijiet għal posponiment skont l-Artikolu 21, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu l-miżuri konkreti meħtieġa biex teżegwixxi l-ordni ta' konfiska mingħajr dewmien u, tal-anqas bl-istess rapidità u prijorità bħal fir-rigward ta' każ domestiku simili.

4.   Fejn mhux possibbli, f'każ speċifiku, li jiġi rrispettat il-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità emittenti mingħajr dewmien bi kwalunkwe mezz, u tagħti r-raġunijiet għaliex ma kienx possibbli li l-iskadenza tiġi milħuqa, u għandha tikkonsulta mal-awtorità emittenti dwar skeda xierqa għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska.

5.   L-iskadenza tal-limitu ta' żmien stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex teħles lill-awtorità ta' eżekuzzjoni mill-obbligu tagħha li tieħu deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska, u mill-eżekuzzjoni ta' dik l-ordni, mingħajr dewmien.

Artikolu 21

Posponiment tal-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' konfiska

1.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tipposponi r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska trasmessa skont l-Artikolu 14 fejn:

(a)

l-eżekuzzjoni tagħha tista' tagħmel ħsara lil investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja, fejn f'dak il-każ l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska tista' tiġi posposta għal perijodu ta' żmien li jitqies raġonevoli mill-awtorità ta' eżekuzzjoni;

(b)

fil-każ ta' ordni ta' konfiska li tikkonċerna ammont ta' flus, hija tikkunsidra li jkun hemm riskju li l-ammont totali miksub mill-eżekuzzjoni ta' dik l-ordni ta' konfiska jista' jeċċedi b'mod konsiderevoli l-ammont speċifikat fl-ordni ta' konfiska minħabba l-eżekuzzjoni simultanja tal-ordni ta' konfiska f'iżjed minn Stat Membru wieħed;

(c)

il-proprjetà tkun diġà s-suġġett ta' proċedimenti ta' konfiska li għaddejjin fl-Istat ta' eżekuzzjoni; jew

(d)

rimedju legali msemmi fl-Artikolu 33 ikun ġie invokat.

2.   Minkejja l-Artikolu 18(5), għall-perijodu li matulu tkun ġiet posposta l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tieħu l-miżuri kollha li kienet tieħu f'każ domestiku simili biex tipprevjeni l-każ li l-proprjetà ma tibqax disponibbli għall-iskop tal-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska.

3.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha, mingħajr dewmien u bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub, tirrapporta lill-awtorità emittenti dwar il-posponiment tal-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska, u tispeċifika r-raġunijiet għall-posponiment u, fejn possibbli, id-durata mistennija tal-posponiment.

4.   Hekk kif ir-raġunijiet għall-posponiment ma' jibqgħux jeżistu, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu, mingħajr dewmien, il-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska u tinforma lill-awtorità emittenti b'dan bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub.

Artikolu 22

Impossibbiltà tal-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska

1.   Fejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni tqis li jkun impossibbli li teżegwixxi ordni ta' konfiska, hija għandha tinnotifika lill-awtorità emittenti b'dan, mingħajr dewmien.

2.   Qabel ma tinnotifika lill-awtorità emittenti skont il-paragrafu 1, l-awtorità ta' eżekuzzjoni, fejn adatt, għandha tikkonsulta mal-awtorità emittenti, filwaqt li jittieħed kont ukoll tal-possibiltajiet previsti fl-Artikolu 18(2) jew (3).

3.   In-noneżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska skont dan l-Artikolu jista' jiġi ġġustifikat biss fejn il-proprjetà:

(a)

diġà ġiet ikkonfiskata;

(b)

sparixxiet;

(c)

inqerdet;

(d)

ma tistax tinstab fil-post indikat fuq iċ-ċertifikat ta' konfiska; jew

(e)

ma tistax tinstab minħabba li l-post fejn tinstab ma ġiex indikat b'mod preċiż biżżejjed, minkejja l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

4.   Fir-rigward tas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (b), (d) u (e) tal-paragrafu 3, fejn sussegwentement l-awtorità ta' eżekuzzjoni tikseb informazzjoni li tippermettilha tillokalizza l-proprjetà, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' teżegwixxi l-ordni ta' konfiska mingħajr il-ħtieġa li tittrasmetti ċertifikat ta' konfiska ġdid, dment li, qabel l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun ivverifikat mal-awtorità emittenti li l-ordni ta' konfiska tkun għadha valida.

5.   Minkejja l-paragrafu 3, fejn l-awtorità emittenti tkun indikat li proprjetà ta' valur ekwivalenti tista' tiġi kkonfiskati, l-awtorità ta' eżekuzzjoni m'għandhiex tkun meħtieġa li teżegwixxi l-ordni ta' konfiska fejn teżisti waħda miċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 3 u ma jkun hemm l-ebda proprjetà ta' valur ekwivalenti li tista' tiġi kkonfiskata.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 23

Liġi li tirregola l-eżekuzzjoni

1.   L-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska għandha tiġi rregolata mil-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni u l-awtoritajiet tiegħu għandu jkollhom il-kompetenza esklużiva biex jiddeċiedu dwar il-proċeduri għall-eżekuzzjoni tagħha u biex jiddeterminaw il-miżuri kollha li għandhom x'jaqsmu magħha.

2.   Ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska maħruġa kontra persuna ġuridika għandha tiġi eżegwita anki fejn l-Istat ta' eżekuzzjoni ma jirrikonoxxix il-prinċipju tar-responsabbiltà kriminali ta' persuni ġuridiċi.

3.   Minkejja l-Artikolu 18(2) u (3), l-Istat ta' eżekuzzjoni ma jistax jimponi miżuri alternattivi għall-ordni ta' ffriżar trasmessi skont l-Artikolu 4 jew ordni ta' konfiska trasmessa skont l-Artikolu 14 mingħajr il-kunsens tal-Istat emittenti.

Artikolu 24

Notifika tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Sad-19 ta' Diċembru 2020, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-awtorità jew l-awtoritajiet kif definit fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 li huma kompetenti skont il-liġi tiegħu fil-każijiet fejn dak l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti, jew l-Istat ta' eżekuzzjoni, rispettivament:

2.   Fejn meħtieġ, minħabba l-istruttura tas-sistema legali interna tiegħu, kull Stat Membru jista' jaħtar awtorità ċentrali waħda jew aktar biex ikunu responsabbli għat-trasmissjoni u r-riċeviment amministrattiv ta' ċertifikati ta' iffriżar u ċertifikati ta' konfiska u biex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu. Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tali awtorità li huwa jaħtar b'dan il-mod.

3.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni li tkun irċeviet taħt dan l-Artikolu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha u tan-NĠE.

Artikolu 25

Komunikazzjoni

1.   Fejn meħtieġ, l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin, mingħajr dewmien, sabiex jiżguraw l-applikazzjoni effiċjenti ta' dan ir-Regolament, bl-użu ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni xieraq.

2.   Il-komunikazzjonijiet kollha, inkluż dawk maħsuba biex jindirizzaw diffikultajiet li jikkonċernaw it-trasmissjoni jew l-awtentikazzjoni ta' kwalunkwe dokument meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar jew l-ordni ta' konfiska, għandhom isiru direttament bejn l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni u, fejn Stat Membru jkun ħatar awtorità ċentrali skont l-Artikolu 24(2), għandhom isiru, fejn xieraq, bl-involviment ta' dik l-awtorità ċentrali.

Artikolu 26

Ordnijiet multipli

1.   Jekk l-awtorità ta' eżekuzzjoni tirċievi żewġ ordnijiet jew aktar ta' ffriżar jew żewġ ordnijiet jew aktar ta' konfiska minn Stati Membri differenti maħruġa kontra l-istess persuna u dik il-persuna ma jkollhiex proprjetà biżżejjed fl-Istat ta' eżekuzzjoni biex tissodisfa l-ordnijiet kollha, jew jekk l-awtorità ta' eżekuzzjoni tirċievi żewġ ordnijiet jew aktar ta' ffriżar jew ordnijiet ta' konfiska fir-rigward tal-istess beni speċifiku, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tiddeċiedi liema ordni teżegwixxi skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li tipposponi l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska skont l-Artikolu 21.

2.   Fit-teħid tad-deċiżjoni tagħha, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tagħti prijorità lill-interessi tal-vittmi, fejn possibbli. Għandha tieħu wkoll inkonsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti l-oħra kollha, inkluż dawn li ġejjin:

(a)

jekk l-assi humiex diġà ffriżati;

(b)

id-dati tal-ordnijiet rispettivi u d-dati ta' trasmissjoni tagħhom;

(c)

Il- gravità tar-reat kriminali kkonċernat; u

(d)

il-post fejn ikun sar ir-reat kriminali.

Artikolu 27

Terminazzjoni tal-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska

1.   Fejn l-ordni ta' ffriżar jew l-ordni ta' konfiska ma tibqax eżegwibbli jew ma tibqax valida, l-awtorità emittenti għandha tirtira l-ordni ta' ffriżar jew l-ordni ta' konfiska, mingħajr dewmien.

2.   L-awtorità emittenti għandha tinforma b'mod immedjat lill-awtorità ta' eżekuzzjoni, bi kwalunkwe mezz li jipproduċi rekord bil-miktub, dwar l-irtirar ta' ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska, u dwar kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li tirriżulta fl-irtirar tal-ordni ta' ffriżar jew l-ordni ta' konfiska.

3.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tittermina l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar jew l-ordni ta' konfiska, sakemm l-eżekuzzjoni tkun għadha ma ġietx ikkompletata hekk kif tkun ġiet infurmata mill-awtorità emittenti skont il-paragrafu 2. L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tibgħat, mingħajr dewmien żejjed u bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub, konferma tat-terminazzjoni lill-Istat emittenti.

Artikolu 28

Ġestjoni u disponiment ta' proprjetà ffriżata u kkonfiskata

1.   Il-ġestjoni tal-proprjetà ffriżata u kkonfiskata għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

2.   L-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jiġġestixxi l-proprjetà ffriżata jew ikkonfiskata bil-għan li jipprevjeni d-deprezzament tagħha fil-valur. Għal dak il-għan, l-Istat ta' eżekuzzjoni, filwaqt li jikkunsidra l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/42/UE, għandu jkun jista' jbiegħ jew jittrasferixxi l-proprjetà ffriżata.

3.   Il-proprjetà ffriżata, u l-flus miksuba wara l-bejgħ ta' tali proprjetà skont il-paragrafu 2, għandhom jibqgħu fl-Istat ta' eżekuzzjoni sakemm ċ-ċertifikat ta' konfiska jkun ġie trasmess u dik l-ordni ta' konfiska tkun ġiet eżegwita, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tar-restituzzjoni ta' proprjetà skont l-Artikolu 29.

4.   L-Istat ta' eżekuzzjoni ma għandux ikun marbut li jbiegħ jew jirritorna beni speċifiċi koperti mill-ordni ta' konfiska, fejn dawk il-beni jikkostitwixxu oġġetti kulturali, kif definit fil punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/60/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-obbligu li jiġu rritornati oġġetti kulturali skont dik id-Direttiva.

Artikolu 29

Restituzzjoni ta' proprjetà ffriżata lill-vittma

1.   Fejn l-awtorità emittenti jew awtorità kompetenti oħra tal-Istat emittenti tkun ħarġet deċiżjoni, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, għar-restituzzjoni ta' proprjetà ffriżata lill-vittma, l-awtorità emittenti għandha tinkludi informazzjoni dwar dik id-deċiżjoni fiċ-ċertifikat ta' ffriżar jew tikkomunika informazzjoni dwar dik id-deċiżjoni lill-awtorità ta' eżekuzzjoni fi stadju aktar tard.

2.   Fejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun ġiet infurmata dwar deċiżjoni għar-restituzzjoni ta' proprjetà ffriżata lill-vittma kif imsemmi fil-paragrafu 1, hija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li, fejn il-proprjetà kkonċernata tkun ġiet iiffriżata, dik il-proprjetà tingħata lura malajr kemm jista' jkun lill-vittma, f'konformità mar-regoli ta' proċedura tal-Istat ta' eżekuzzjoni, fejn meħtieġ permezz tal-Istat emittenti, bil-kondizzjoni li:

(a)

it-titolu tal-vittma għall-proprjetà ma jkunx ikkontestat;

(b)

il-proprjetà ma tkunx meħtieġa bħala evidenza fi proċedimenti kriminali fl-Istat ta' eżekuzzjoni; kif ukoll

(c)

ma jkunux ippreġudikati d-drittijiet tal-persuni affettwati.

L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità emittenti fejn proprjetà tiġi ttrasferita direttament lill-vittma.

3.   Fejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni ma tkunx sodisfatta li ntlaħqu l-kondizzjonijiet tal-paragrafu 2, hija għandha tikkonsulta mal-awtorità emittenti mingħajr dewmien u bi kwalunkwe mezz adegwat sabiex tinstab soluzzjoni. Jekk ma tkun tista' tinstab l-ebda soluzzjoni, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tiddeċiedi li ma tagħtix lura l-proprjetà ffriżata lill-vittma.

Artikolu 30

Disponiment ta' proprjetà kkonfiskata jew flus miksuba b'segwitu għall-bejgħ ta' tali proprjetà

1.   Fejn l-awtorità emittenti jew awtorità kompetenti oħra tal-Istat emittenti tkun ħarġet deċiżjoni, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, jew għar-restituzzjoni ta' proprjetà ffriżata lill-vittma jew inkella għall-kumpens tal-vittma, l-awtorità emittenti għandha tinkludi informazzjoni dwar dik id-deċiżjoni fiċ-ċertifikat ta' konfiska, jew tikkomunika, fi stadju aktar tard, informazzjoni dwar dik id-deċiżjoni lill-awtorità ta' eżekuzzjoni.

2.   Fejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun ġiet infurmata dwar deċiżjoni għar-restituzzjoni ta' proprjetà kkonfiskata kif imsemmi fil-paragrafu 1, hija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li fejn il-proprjetà kkonċernata tkun ġiet ikkonfiskata, tali proprjetà tingħata lura malajr kemm jista' jkun lill-vittma, fejn meħtieġ permezz tal-Istat emittenti. L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità emittenti fejn proprjetà tiġi ttrasferita direttament lill-vittma.

3.   Fejn ma jkunx possibbli li l-awtorità ta' eżekuzzjoni tagħti lura l-proprjetà lill-vittma f'konformità mal-paragrafu 2, iżda jkunu nkisbu flus b'riżultat tal-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska b'rabta ma' dik il-proprjetà, is-somma korrispondenti għandha tiġi ttrasferita lill-vittma għall-iskopijiet tar-restituzzjoni, fejn meħtieġ permezz tal-Istat emittenti. Fuq talba mill-awtorità emittenti, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità emittenti f'każ fejn il-flus ġew trasferiti direttament lill-vittma. Kwalunkwe proprjetà li jkun fadal għandu jsir minnha skont kif previst mill-paragrafu 7.

4.   Fejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni tkun ġiet infurmata dwar deċiżjoni biex tiġi kkumpensata vittma kif imsemmi fil-paragrafu 1, u jkunu nkisbu flus b'riżultat tal-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska, is-somma korrispondenti, sa fejn din ma taqbiżx l-ammont indikat fiċ-ċertifikat, għandha tiġi ttrasferita lill-vittma għall-iskopijiet tal-kumpens, fejn meħtieġ permezz tal-Istat emittenti. Fuq talba mill-awtorità emittenti, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità emittenti f'każ fejn il-flus ġew trasferiti direttament lill-vittma. Kwalunkwe proprjetà li jkun fadal għandu jsir minnha skont kif previst mill-paragrafu 7.

5.   Fejn proċedimenti għar-restituzzjoni tal-proprjetà jew il-kumpens lill-vittma jkunu pendenti fl-Istat emittenti, l-awtorità emittenti għandha tinforma lill-awtorità ta' eżekuzzjoni kif meħtieġ. L-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jżomm lura milli jiddisponi mill-proprjetà kkonfiskata sakemm l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni għar-restituzzjoni tal-proprjetà, jew ta' kumpens, lill-vittma tkun ġiet ikkomunikata lill-awtorità ta' eżekuzzjoni, anke f'każijiet fejn l-ordni ta' konfiska tkun diġà ġiet eżegwita.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 5, proprjetà minbarra flus li tkun inkisbet b'riżultat tal-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska għandu jsir minnha dak f'konformità mar-regoli segwenti:

(a)

il-proprjetà tista' tinbiegħ, u f'dan il-każ ir-rikavat mill-bejgħ għandu jsir minnu kif previst mill-paragrafu 7;

(b)

il-proprjetà tista' tiġi ttrasferita lill-Istat emittenti dment li, fejn l-ordni ta' konfiska tkopri ammont ta' flus, l-awtorità emittenti tkun tat il-kunsens tagħha għat-trasferiment tal-proprjetà lill-Istat emittenti;

(c)

soġġett għall-punt (d), jekk ma jkunx possibbli li jiġi applikat il-punt (a) jew (b), il-proprjetà għandu jsir minnha mod ieħor skont il-liġi nazzjonali tal-Istat ta' eżekuzzjoni; jew

(d)

il-proprjetà tista' tintuża għall-interess pubbliku jew għal skopijiet soċjali fl-Istat ta' eżekuzzjoni skont il-liġi tagħha, soġġett għall-kunsens tal-Istat emittenti.

7.   Dment li l-ordni ta' konfiska ma tkunx akkumpanjata minn deċiżjoni għar-restituzzjoni tal-proprjetà lill-vittma jew għal kumpens lill-vittma f'konformità mal-paragrafi 1 sa 5, jew dment li ma jkunx maqbul mod ieħor mill-Istati Membri involuti, l-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jiddisponi mill-flus miksuba b'riżultat tal-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska kif ġej:

(a)

jekk l-ammont miksub mill-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska jammonta għal jew hu inqas minn EUR 10 000, l-ammont għandu jkun dovut lill-Istat ta' eżekuzzjoni; jew

(b)

jekk l-ammont miksub mill-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska jkun ta' aktar minn EUR 10 000, 50 % tal-ammont għandu jiġi ttrasferit mill-Istat ta' eżekuzzjoni lill-Istat emittenti.

Artikolu 31

Spejjeż

1.   Kull Stat Membru għandu jħallas l-ispejjeż tiegħu li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar id-disponiment ta' proprjetà kkonfiskata stabbiliti fl-Artikolu 28.

2.   L-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' tippreżenta proposta lill-awtorità emittenti li l-ispejjeż jiġu kondiviżi fejn jidher li, qabel jew wara l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska, l-eżekuzzjoni tal-ordni tkun tinvolvi spejjeż kbar jew eċċezzjonali.

Tali proposti għandhom ikunu akkumpanjati minn analiżi dettaljata tal-ispejjeż imġarrba mill-awtorità ta' eżekuzzjoni. Wara din il-proposta l-awtorità emittenti u l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandhom jikkonsultaw ma' xulxin. Fejn xieraq, il-Eurojust tista' tiffaċilita tali konsultazzjonijiet.

Il-konsultazzjonijiet, jew tal-anqas ir-riżultat tagħhom, għandu jkun irreġistrat bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub.

Artikolu 32

Obbligu li l-persuni affettwati jiġu infurmati

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, wara l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew wara d-deċiżjoni li tirrikonoxxi u teżegwixxi ordni ta' konfiska, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tinforma, sa fejn ikun possibbli, lill-persuni affettwati magħrufa lilha b'tali eżekuzzjoni u b'tali deċiżjoni mingħajr dewmien, f'konformità mal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali tagħha.

2.   L-informazzjoni li għandha tingħata f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-isem tal-awtorità emittenti u r-rimedji legali disponibbli skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni. L-informazzjoni għandha tispeċifika wkoll, tal-inqas fil-qosor, ir-raġunijiet għall-ordni.

3.   Fejn xieraq, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista' titlob lill-awtorità emittenti għall-assistenza fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 33

Rimedji legali fl-Istat ta' eżekuzzjoni kontra r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar jew ordni ta' konfiska

1.   Il-persuni affettwati għandu jkollhom id-dritt għal rimedji legali effettivi fl-Istat ta' eżekuzzjoni kontra d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar skont l-Artikolu 7 u ordnijiet ta' konfiska skont l-Artikolu 18. Id-dritt għal rimedju legali għandu jiġi invokat quddiem qorti fl-Istat ta' eżekuzzjoni skont il-liġi tiegħu. Fir-rigward ta' ordnijiet ta' konfiska, l-invokazzjoni għal rimedju legali jista' jkollha effett sospensiv fejn dan ikun previst fil-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

2.   Ir-raġunijiet sostantivi għall-ħruġ tal-ordni ta' ffriżar jew l-ordni ta' konfiska ma jistgħux jiġu kkontestati quddiem qorti fl-Istat ta' eżekuzzjoni.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha tiġi infurmata bi kwalunkwe rimedju legali invokat skont il-paragrafu 1.

4.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni fl-Istat emittenti ta' salvagwardji u rimedji legali skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/42/UE.

Artikolu 34

Rimborż

1.   Fejn l-Istat ta' eżekuzzjoni jkun responsabbli, skont il-liġi tiegħu, għal dannu lil persuna affettwata bħala riżultat tal-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ffriżar trasmessa lilu skont l-Artikoli 4 jew ordni ta' konfiska trasmessa lilu skont l-Artikolu 14, l-Istat emittenti għandu jirrimborża lill-Istat ta' eżekuzzjoni għal kwalunkwe dannu li jitħallas lill-persuna affettwata. Madankollu, fejn l-Istat emittenti ma jkunx jista' juri lill-Istat ta' eżekuzzjoni li d-dannu, jew xi parti minnu, kien esklużivament dovut għall-imġiba ta' dan l-Istat ta' eżekuzzjoni, l-Istati emittenti u ta' eżekuzzjoni għandhom jiftiehmu bejniethom dwar l-ammont li għandu jiġi rimborżat.

2.   Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Istati Membri dwar pretensjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi għal kumpens għal dannu.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 35

Statistika

1.   L-Istati Membri għandhom jiġbru b'mod regolari statistika komprensiva mill-awtoritajiet rilevanti. Huma għandhom iżommu dik l-istatistika u għandhom jibagħtuha lill-Kummissjoni kull sena. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2014/42/UE, din l-istatistika għandha tinkludi l-għadd ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska riċevuti minn Stat Membru mingħand Stati Membri oħra li kienu rikonoxxuti u eżegwiti, u li r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tagħhom ġew irrifjutati.

2.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom ukoll jibagħtu l-istatistika li ġejja lill-Kummissjoni, fejn din tkun disponibbli f'livell ċentrali fl-Istat Membru kkonċernat:

(a)

l-għadd ta' każijiet li fihom il-vittma tkun ġiet ikkumpensata jew ingħatat lura l-proprjetà miksuba mill-eżekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska skont dan ir-Regolament; kif ukoll

(b)

il-perjodu medju meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska skont dan ir-Regolament.

Artikolu 36

Emendi għaċ-ċertifikat u għall-formola

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 37 li jikkonċernaw kwalunkwe emenda għaċ-ċertifikati stiplulati fl-Annessi I u II. Tali emendi għandhom ikunu f'konformità ma' dan ir-Regolament u m'għandhomx jaffettwawh.

Artikolu 37

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is- setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 36 għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-19 ta' Diċembru 2020.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 36 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 36 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 38

Rappurtar u rieżami

Sal-20 ta' Diċembru 2025, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż dwar:

(a)

il-possibbiltà li l-Istati Membri jagħmlu u jirtiraw dikjarazzjonijiet skont l-Artikoli 4(2) u 14(2);

(b)

l-interazzjoni bejn ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u r-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ordnijiet ta' konfiska;

(c)

l-applikazzjoni tal-Artikoli 28, 29 u 30 b'rabta mal-ġestjoni u d-disponiment ta' proprjetà ffriżata u kkonfiskata, ir-restituzzjoni ta' proprjetà lill-vittmi u l-kumpens lill-vittmi.

Artikolu 39

Sostituzzjoni

Dan ir-Regolament jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2003/577/ĠAI dwar l-iffriżar ta' proprjetà bejn l-Istati Membri marbuta b'dan ir-Regolament mid-19 ta' Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament jissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas 2006/783/ĠAI bejn l-Istati Membri marbuta b'dan ir-Regolament mid-19 ta' Diċembru 2020.

Għall-Istati Membri marbuta b'dan ir-Regolament, ir-referenzi għad-Deċiżjoni Qafas 2003/577/ĠAI dwar l-iffriżar ta' proprjetà u referenzi għad-Deċiżjoni Qafas 2006/783/ĠAI għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 40

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għaċ-ċertifikati ta' ffriżar u ċ-ċertifikati ta' konfiska trasmessi fi jew wara d-19 ta' Diċembru 2020.

2.   Ċertifikati ta' ffriżar u ċertifikati ta' konfiska trasmessi qabel id-19 ta' Diċembru 2020 għandhom jibqgħu jiġu rregolati mid-Deċiżjonijiet Kwadru 2003/577/ĠAI u 2006/783/ĠAI, bejn l-Istati Membri marbuta b'dan ir-Regolament sal-eżekuzzjoni finali tal-ordni ta' ffriżar jew l-ordni ta' konfiska.

Artikolu 41

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-19 ta' Diċembru 2020.

Madanakollu, l-Artikolu 24 għandu japplika mit-18 ta' Diċembru 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Novembru 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. EDTSTADLER


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-6 ta' Novembru 2018.

(2)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(3)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/ĠAI tat-22 ta' Lulju 2003 dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza (ĠU L 196, 2.8.2003, p. 45).

(4)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta' konfiska (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 59).

(5)  Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39).

(6)  Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

(9)  Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1).

(10)  Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1).

(11)  Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1).

(12)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130).

(13)  Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

(14)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(15)  Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea f'materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavat mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103).

(17)  Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(18)  Id-Direttiva 2014/60/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura mneħħija b'mod illegali mit-territorju ta' Stat Membru u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 1).


ANNESS I

ĊERTIFIKAT TA' FFRIŻAR

TAQSIMA A:

Stat Emittenti: …

Awtorità emittenti: …

Awtorità li tivvalida (jekk applikabbli): …

Stat ta' Eżekuzzjoni: …

Awtorità ta' eżekuzzjoni (jekk magħrufa): …

TAQSIMA B: Urġenza u/jew id-data tal-eżekuzzjoni mitluba

1.   Jekk jogħġbok indika r-raġunijiet partikolari għall-urġenza:

Hemm raġunijiet leġittimi biex wieħed jemmen li l-proprjetà inkwistjoni dalwaqt ser titneħħa jew tinqered, jiġifieri:

Ħtiġijiet investigattivi jew proċedurali fl-Istat emittenti, jiġifieri:

2.   Id-data tal-eżekuzzjoni:

Hija mitluba data speċifika, jiġifieri: …

Koordinazzjoni meħtieġa bejn l-Istati Membri involuti

Raġuni għal din it-talba:

TAQSIMA C: Persuna(i) affettwata(i)

L-Identità tal-persuna(i) li kontriha/hom inħarġet l-ordni ta' ffriżar, jew il-persuna(i) li hu(ma) s-sid(ien) tal-proprjetà koperta bl-ordni ta' ffriżar (jekk aktar minn persuna waħda hija affettwata, jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni dwar kull persuna):

1.   Data tal-identifikazzjoni

(i)   Fil-każ ta' persuna/i fiżika/fiżiċi

Isem: …

Isem/ismijiet: …

Isem/ismijiet rilevanti oħra, jekk applikabbli: …

Psewdonimi, jekk applikabbli: …

Sess: …

Nazzjonalità: …

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali, jekk disponibbli: …

Tip u numru tad-dokument(i) tal-identità (Karta tal-identità jew passaport), jekk disponibbli:

Data tat-twelid: …

Post tat-twelid: …

Residenza u/jew indirizz magħruf (jekk l-indirizz mhux magħruf, niżżel l-aħħar indirizz magħruf):

Lingwa/i li l-persuna affettwata tifhem: …

Jekk jogħġbok indika l-pożizzjoni tal-persuna affettwata fil-proċedimenti:

persuna li kontriha hija indirizzata ordni ta' ffriżar

persuna li hu s-sid tal-proprjetà koperta bl-ordni ta' ffriżar

(ii)   Fil-każ ta' persuna(i) ġuridika/ġuridiċi

Isem: …

Forma legali: …

Verżjoni qasira tal-isem, isem ta' użu komuni jew isem kummerċjali, jekk applikabbli: …

Sede rreġistrata: …

Numru tar-reġistrazzjoni: …

Indirizz: …

Isem ir-rappreżentant: …

Jekk jogħġbok indika l-pożizzjoni tal-persuna milquta fil-proċedimenti:

persuna li kontriha hija indirizzata ordni ta' ffriżar

persuna li hi s-sid tal-proprjetà koperta bl-ordni ta' ffriżar

2.   Jekk differenti mill-indirizz ta' hawn fuq, jekk jogħġbok indika l-post li fih għandha tiġi eżegwita l-ordni ta' ffriżar:

3.   Partijiet terzi li d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-proprjetà koperta bl-ordni ta' ffriżar huma direttament preġudikati bl-ordni (identità u raġunijiet):

4.   Agħti kwalunkwe informazzjoni oħra li tgħin fl-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ffriżar:

TAQSIMA D: Informazzjoni dwar il-proprjetà li għaliha tirreferi l-ordni

1.   Jekk jogħġbok indika jekk l-ordni tikkonċerna:

ammont ta' flus

beni speċifiċi (materjali jew imaterjali, mobbli jew immobbli)

proprjetà ta' valur ekwivalenti (fil-kuntest ta' konfiska bbażata fuq il-valur)

2.   Jekk l-ordni tikkonċerna ammont ta' flus jew proprjetà ta' valur ekwivalenti għal dak l-ammont ta' flus:

L-ammont għall-eżekuzzjoni fl-Istat ta' eżekuzzjoni, f'ċifri u kliem (indika l-munita):

L-ammont totali kopert mill-ordni, f'ċifri u kliem (indika l-munita):

Informazzjoni addizzjonali:

Raġunijiet biex wieħed jemmen li l-persuna affettwata għandha proprjetà/dħul fl-Istat ta' eżekuzzjoni::

Deskrizzjoni tal-proprjetà/is-sors ta' dħul tal-persuna affettwata(fejn possibbli):

Post eżatt fejn tinsab il-proprjetà/is-sors ta' dħul tal-persuna affettwata (jekk mhux magħruf, l-aħħar post magħruf):

Dettalji tal-kont bankarju tal-persuna affettwata (jekk magħrufin):

3.   Jekk l-ordni tikkonċerna beni speċifiċi jew proprjetà ta' valur ekwivalenti għal proprjetà simili:

Raġunijiet għat-trasmissjoni tal-ordni lill-Istat ta' eżekuzzjoni:

il-beni speċifiċi jinsabu fl-Istat ta' eżekuzzjoni

il-beni speċifiċi huma rreġistrati fl-Istat ta' eżekuzzjoni

l-awtorità emittenti għandha raġunijiet validi biex temmen li l-beni speċifiċi kollha jew parti minnhom koperti mill-ordni jkunu jinsabu fl-Istati ta' eżekuzzjoni.

Informazzjoni addizzjonali:

Raġunijiet biex wieħed jemmen li l-beni speċifiċi jinsabu fl-Istat ta' eżekuzzjoni:

Deskrizzjoni tal-beni:

Post fejn jinsabu l-beni (jekk mhux magħruf, l-aħħar post magħruf):

Informazzjoni rilevanti oħra (eż. ħatra ta' amministratur ġudizzjarju):

TAQSIMA E: Raġunijiet għall-ħruġ ta' ordni ta' ffriżar

1.   Sommarju tal-fatti

Niżżel ir-raġunijiet għaliex qed tinħareġ l-ordni ta' ffriżar, inkluż:

sommarju tal-fatti, inkluż deskrizzjoni tar-reat(i) kriminali:

stadju tal-investigazzjoni:

raġunijiet għall-iffriżar:

informazzjoni rilevanti oħra:

2.   In-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i) kriminali li b'rabta magħhom inħarġet l-ordni ta' ffriżar u d-dispożizzjoni(jiet) legali applikabbli:

3.   Ir-reat kriminali li b'rabta miegħu nħarġet l-ordni ta' ffriżar huwa punibbli fl-Istat emittenti b'sentenza ta' kustodja ta' massimu ta' mill-inqas tliet snin u inkluż fil-lista ta' reati kriminali li tinsab hawn taħt? (jekk jogħġbok immarka l-kaxxa rilevanti). Fejn l-ordni ta' ffriżar tikkonċerna diversi reati kriminali, jekk jogħġbok indika n-numri fil-lista ta' reati kriminali hawn taħt (li jikkorrispondu għar-reati kriminali kif deskritti taħt il-punti 1 u 2 hawn fuq).

parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali

terroriżmu

traffikar tal-bnedmin

sfruttament sesswali ta' tfal u pornografija tat-tfal

traffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u ta' sustanzi psikotropiċi

traffikar illeċitu ta' armi, munizzjon u splussivi

korruzzjoni

frodi, inkluż frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definiti fid-Direttiva (UE) 2017/1371

ħasil tar-rikavat mill-kriminalità

falsifikazzjoni ta' munita, inkluż l-euro

kriminalità relatata mal-informatika

reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta' speċijiet ta' annimali fil-periklu u ta' speċijiet u varjetajiet ta' pjanti fil-periklu

iffaċilitar ta' dħul u residenza mhux awtorizzati

omiċidju jew dannu gravi fuq il-persuna

kummerċ illeċitu ta' organi u tessuti umani

ħtif ta' persuni, restrizzjoni illegali ta' persuni jew teħid ta' ostaġġi

razziżmu u ksenofobija

serq organizzat jew bl-użu ta' armi

traffikar illeċitu ta' beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti

qligħ b'qerq

racketeering u estorsjoni

falsifikazzjoni u piraterija ta' prodotti

falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar fihom

falsifikazzjoni ta' mezzi ta' ħlas

traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u promoturi oħra tat-tkabbir

traffikar illeċitu ta' materjali nukleari jew radjuattivi

traffikar ta' vetturi misruqa

stupru

ħruq

reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali

sekwestru illegali ta' inġenji tal-ajru jew ta' bastimenti

sabutaġġ

4.   Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (eż. relazzjoni bejn il-proprjetà u r-reat kriminali):

TAQSIMA F: Kunfidenzjalità tal-ordni u/jew talba għal formalitajiet speċifiċi

Il-ħtieġa li l-informazzjoni fl-ordni tinżamm kunfidenzjali wara l-eżekuzzjoni:

Il-ħtieġa għal formalitajiet speċifiċi fil-mument tal-eżekuzzjoni:

TAQSIMA G: Fejn ċertifikat ta' ffriżar ġie trasmess lil iktar minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1.   Ċertifikat ta' ffriżar ġie trasmess lill-Istat(i) ta' eżekuzzjoni ieħor/oħra li ġejjin (Stat u awtorità):

2.   Ċertifikat ta' ffriżar ġie trasmess lil aktar minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed għar-raġunijiet li ġejjin:

Fejn l-ordni ta' ffriżar tikkonċerna beni speċifiċi:

Beni differenti koperti mill-ordni huma mifhuma li jinsabu fi Stati ta' eżekuzzjoni differenti

L-iffriżar ta' beni speċifiku jirrikjedi azzjoni f'aktar minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed

Fejn l-ordni ta' ffriżar tikkonċerna ammont ta' flus:

Il-valur stmat tal-beni li jistgħu jiġu ffriżati fl-Istat emittenti u f'xi Stat ta' eżekuzzjoni probabbilment ma jkunx biżżejjed għall-iffriżar tal-ammont sħiħ kopert mill-ordni.

Ħtiġijiet speċifiċi oħrajn:

3.   Valur tal-assi, jekk magħruf, f'kull Stat ta' eżekuzzjoni:

4.   Fejn l-iffriżar tal-beni speċifiċi tirrikjedi azzjoni f'aktar minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed, deskrizzjoni tal-azzjoni li għandha tittieħed fl-Istat ta' eżekuzzjoni:

TAQSIMA H: Rabta ma' ordni ta' ffriżar preċedenti u/jew ordni jew talba oħra

Jekk jogħġbok indika jekk din l-ordni ta' ffriżar hijiex relatata ma' talba jew ordni preċedenti (eż. ordni ta' ffriżar, Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew, mandat ta' arrest Ewropew, jew assistenza legali reċiproka). Jekk applikabbli, agħti informazzjoni rilevanti li ġejja biex tidentifika l-ordni jew it-talba preċedenti:

Tip ta' ordni/talba:

Data tal-ħruġ:

L-Awtorità li lilha ġiet trasmessa l-ordni/it-talba:

Numru ta' referenza mogħti mill-awtorità mittenti:

Numru(i) ta' referenza mogħti mill-awtorità(jiet) ta' eżekuzzjoni:

TAQSIMA I: Konfiska

Jekk jogħġbok indika jekk:

dan iċ-ċertifikat ta' ffriżar huwa akkumpanjat minn ċertifikat maħruġa fl-Istat emittenti (numru ta' referenza taċ-ċertifikat ta' konfiska):

il-proprjetà għandha tibqa' ffriżata fl-Istat ta' eżekuzzjoni sakemm tiġi trasmessa u eżegwita l-ordni ta' konfiska (data stmata għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta' konfiska, jekk possibbli):

TAQSIMA J: Miżuri alternattivi

1.   Jekk jogħġbok indika jekk l-Istat emittenti jippermettix lill-Istat ta' eżekuzzjoni li japplika miżuri alternattivi fejn mhux possibbli li tiġi eżegwita l-ordni ta' ffriżar, totalment jew parzjalment:

Iva

Le

2.   Jekk iva, indika liema miżuri jistgħu jiġu applikati:

TAQSIMA K: RESTITUZZJONI TA' PROPRJETÀ FFRIŻATA

1.   Jekk jogħġbok indika jekk inħarġitx deċiżjoni għar-restituzzjoni tal-proprjetà ffriżata lill-vittma:

Iva

Le

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika dan li ġej rigward id-deċiżjoni għar-restituzzjoni tal-proprjetà ffriżata lill-vittma:

Awtorità li ħarġet id-deċiżjoni (isem uffiċjali):

Data tad-deċiżjoni: …

Numru ta' referenza tad-deċiżjoni (jekk disponibbli): …

Deskrizzjoni tal-proprjetà li għandha tiġi restitwita: …

Isem il-vittma: …

Indirizz tal-vittma: …

Jekk jiġi kkontestat it-titolu tal-vittma għall-proprjetà, jekk jogħġbok agħti d-dettalji (persuni li jikkontestaw it-titolu, ir-raġunijiet, eċċ):

Jekk id-drittijiet tal-persuni affettwati jistgħu jkunu ppreġudikati b'riżultat tar-restituzzjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji (il-persuni affettwati, id-drittijiet li jistgħu jkunu ppreġudikati, ir-raġunijiet, eċċ.):

2.   Hemm xi talba pendenti għar-restituzzjoni ta' proprjetà ffriżata lill-vittma fl-Istat Emittenti?

Le

Iva, l-eżitu ser jiġi kkomunikat lill-awtorità ta' eżekuzzjoni

L-awtorità emittenti għandha tiġi nnotifikata f'każ ta' trasferiment dirett lill-vittma.

TAQSIMA L: Rimedji legali

Awtorità fl-Istat emittenti li tista' tagħti aktar informazzjoni dwar proċeduri sabiex jiġu mitluba rimedji legali fl-Istat emittenti u dwar jekk l-assistenza legali, l-interpretazzjoni u t-traduzzjoni humiex disponibbli:

L-awtorità emittenti (ara t-Taqsima M)

L-awtorità li tivvalida (ara t-Taqsima N)

Oħrajn:

TAQSIMA M: Dettalji tal-awtorità emittenti

Tip ta' awtorità emittenti:

imħallef, qorti, prosekutur pubbliku

awtorità kompetenti oħra, maħtur mill-Istat emittenti

Isem l-awtorità: …

Isem il-persuna ta' kuntatt: …

Pożizzjoni (titlu/grad): …

Nru tal-fajl: …

Indirizz: …

Nru tat-telefon (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt): …

Nru tal-Fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt): …

Email: …

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità emittenti: …

Jekk differenti minn dawk ta' hawn fuq, id-dettalji ta' kuntatt tal-persuna/i li wieħed għandu jikkuntattja għal informazzjoni addizzjonali jew biex isiru arranġamenti prattiċi għall-eżekuzzjoni tal-ordni:

Isem/Titolu/Organizzazzjoni: …

Indirizz: …

Email/Nru tat-Telefon: …

Firma tal-awtorità emittenti u/jew tar-rappreżentant tagħha li tiċċertifika li l-kontenut taċ-ċertifikat ta' ffriżar huwa preċiż u korrett: …

Isem: …

Pożizzjoni (titolu/grad): …

Data: …

Timbru uffiċjali (jekk disponibbli): …

TAQSIMA N: Dettalji tal-awtorità li ħarġet l-ordni ta' ffriżar

Jekk jogħġbok indika t-tip ta' awtorità li vvalidat l-ordni ta' ffriżar, jekk applikabbli:

imħallef jew qorti

prosekutur pubbliku

Isem uffiċjali tal-awtorità li tivvalida: …

Isem il-persuna ta' kuntatt: …

Pożizzjoni (titolu/grad): …

Nru tal-fajl: …

Indirizz: …

Nru tat-telefon (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt): …

Nru tal-Fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt): …

Email:

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità li tivvalida: …

Jekk jogħġbok indika l-punt ta' kuntatt prinċipali għall-awtorità ta' eżekuzzjoni:

l-awtorità emittenti

l-awtorità li tivvalida

Firma u dettalji tal-awtorità li tivvalida u/jew ir-rappreżentant tagħha:

Isem: …

Pożizzjoni (titolu/grad): …

Data: …

Timbru uffiċjali (jekk disponibbli): …

TAQSIMA O: Awtorità ċentrali

Fejn awtorità ċentrali ġiet mogħtija r-responsabbiltà għat-trasmissjoni amministrattiva u r-riċeviment ta' ċertifikati ta' ffriżar fl-Istat emittenti, jekk jogħġbok indika:

Isem l-awtorità ċentrali: …

Isem tal-persuna ta' kuntatt: …

Pożizzjoni (titolu/grad): …

Nru tal-fajl: …

Indirizz: …

Nru tat-Telefon (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt): …

Nru tal-Fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt): …

Email: …

TAQSIMA P: Annessi

Jekk jogħġbok indika kwalunkwe dokument mehmuż maċ-ċertifikat: …


ANNESS II

ĊERTIFIKAT TA' KONFISKA

TAQSIMA A:

Stat Emittenti: …

Awtorità emittenti: …

Stat ta' Eżekuzzjoni: …

Awtorità ta' eżekuzzjoni (jekk magħrufa): …

TAQSIMA B: Ordni ta' konfiska

1.   Il-Qorti li ħarġet l-ordni ta' konfiska (isem uffiċjali):

2.   Numru ta' referenza tal-ordni ta' konfiska (jekk disponibbli)

3.   L-ordni ta' konfiska inħarġet fi (data):

4.   L-ordni ta' konfiska saret finali fi (data):

TAQSIMA C: Persuna(i) affettwata(i)

L-identità tal-persuna(i) li kontriha(hom) inħarġet l-ordni ta' konfiska, jew tal-persuna(i) li hu(ma) s-sid(ien) tal-proprjetà koperta bl-ordni ta' konfiska (jekk aktar minn persuna waħda hija kkonċernata, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni għal kull persuna):

1.   Data tal-identifikazzjoni

(i)   Fil-każ ta' persuna/i fiżika/fiżiċi

Kunjom: …

Isem/ismijiet: …

Isem/ismijiet rilevanti oħra, jekk applikabbli: …

Psewdonimi, jekk applikabbli: …

Sess: …

Nazzjonalità: …

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali, jekk disponibbli: …

Tip u numru tad-dokument(i) tal-identità (karta tal-identità jew passaport), jekk disponibbli:

Data tat-twelid: …

Post tat-twelid: …

Residenza u/jew indirizz magħruf (jekk l-indirizz mhux magħruf, l-aħħar indirizz magħruf):

Lingwa/i li l-persuna affettwata tifhem: …

Jekk jogħġbok indika l-pożizzjoni tal-persuna affettwata fil-proċedimenti:

persuna li kontriha hija indirizzata l-ordni ta' konfiska

persuna li hi s-sid tal-proprjetà koperta bl-ordni ta' konfiska

(ii)   Fil-każ ta' persuna(i) ġuridika/ġuridiċi

Isem: …

Forma legali: …

Verżjoni qasira tal-isem, isem ta' użu komuni jew isem kummerċjali, jekk applikabbli: …

Sede rreġistrata: …

Numru tar-reġistrazzjoni: …

Indirizz: …

Isem tar- rappreżentant: …

Jekk jogħġbok indika l-pożizzjoni tal-persuna affettwata fil-proċedimenti:

persuna li kontriha hija indirizzata l-ordni ta' konfiska

persuna li hi s-sid tal-proprjetà koperta bl-ordni ta' konfiska

2.   Jekk differenti mill-indirizz ta' hawn fuq, jekk jogħġbok indika l-post fejn għandha tiġi eżegwita l-ordni ta' konfiska:

3.   Partijiet terzi li d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-proprjetà koperta bl-ordni ta' konfiska huma direttament preġudikati bl-ordni (identità u raġunijiet):

4.   Agħti kwalunkwe informazzjoni oħra li ser tassisti fl-eżekuzzjoni tal-ordni ta' konfiska:

TAQSIMA D: Informazzjoni dwar il-proprjetà li għaliha tirreferi l-ordni

1.   Il-qorti ddeċidiet li l-proprjetà:

hija r-rikavat minn reat kriminali, jew l-ekwivalenti tiegħu, sew l-ammont sħiħ tal-valur jew parti biss minn tali rikavat

tikkostitwixxi l-mezzi strumentali ta' tali reat kriminali, jew il-valur ta' tali mezzi strumentali

hija soġġetta għal konfiska permezz tal-applikazzjoni fl-Istat emittenti ta' kwalunkwe setgħa ta' konfiska prevista fid-Direttiva 2014/42/UE (inkluż il-konfiska estiża)

hija soġġetta għal konfiska skont kwalunkwe dispożizzjoni oħra relatata mas-setgħat ta' konfiska, inkluż konfiska mingħajr kundanna finali, skont il-liġi tal-Istat emittenti b'segwitu għal proċedimenti b'rabta ma' reat kriminali.

2.   Jekk jogħġbok indika jekk l-ordni tikkonċernax:

ammont ta' flus

beni speċifiċi (materjali jew immaterjali, mobbli jew immobbli)

proprjetà ta' valur ekwivalenti (fil-kuntest ta' konfiska bbażata fuq il-valur)

3.   Jekk l-ordni tikkonċerna ammont ta' flus jew proprjetà ta' valur ekwivalenti għal dak l-ammont ta' flus:

L-ammont għall-eżekuzzjoni fl-Istat ta' eżekuzzjoni f'ċifri u kliem (indika l-munita):

L-ammont totali kopert mill-ordni, f'ċifri u kliem(indika l-munita):

Informazzjoni addizzjonali:

Raġunijiet biex wieħed jemmen li l-persuna affettwata għandha proprjetà/dħul fl-Istat ta' eżekuzzjoni:

Deskrizzjoni tal-proprjetà/is-sors ta' dħul tal-persuna affettwata (fejn possibbli):

Post eżatt fejn tinsab il-proprjetà/is-sors ta' dħul tal-persuna affettwata (jekk mhux magħruf, l-aħħar post magħruf): …

Dettalji tal-kont bankarju tal-persuna affettwata (jekk magħrufin):

4.   Jekk l-ordni tikkonċerna beni speċifiċi jew beni ta' valur ekwivalenti għal dawn il-beni:

Raġunijiet għat-trasmissjoni tal-ordni lill-Istat ta' eżekuzzjoni:

il-beni speċifiċi jinsabu fl-Istat ta' eżekuzzjoni

il-beni speċifiċi huma rreġistrati fl-Istat ta' eżekuzzjoni

l-awtorità emittenti għandha raġunijiet validi biex temmen li l-beni speċifiċi kollha jew parti minnhom koperti mill-ordni jinsabu fl-Istat ta' eżekuzzjoni.

Informazzjoni addizzjonali:

Raġunijiet biex wieħed jemmen li l-beni speċifiċi jinsabu fl-Istat ta' eżekuzzjoni:

Id-deskrizzjoni tal-proprjetà

Post fejn jinsabu l-beni speċifiċi (jekk mhux magħruf, l-aħħar post magħruf):

Informazzjoni rilevanti oħra (eż. il-ħatra ta' amministratur ġudizzjarju):

5.   Informazzjoni dwar konverżjoni u trasferiment ta' proprjetà

Jekk l-ordni tikkonċerna beni speċifiku, iddikjara jekk hemmx provvediment għalih skont il-liġi tal-Istat emittenti li l-konfiska fl-Istat ta' eżekuzzjoni tista' ssir permezz ta' konfiska ta' somma ta' flus li tikkorrispondi għall-valur tal-proprjetà li għandha tiġi kkonfiskata:

Iva

Le

TAQSIMA E: Ordni ta' ffriżar

Jekk jogħġbok indika jekk:

l-ordni ta' konfiska hija akkumpanjata minn ordni ta' ffriżar maħruġ fl-Istat emittenti (numru ta' referenza taċ-ċertifikat ta' ffriżar):

il-proprjetà ġiet iffriżata ordni ta' ffriżar preċedenti trasmessa lill-Istat ta' eżekuzzjoni

data tal-ħruġ tal-ordni ta' ffriżar: …

data tat-trasmissjoni tal-ordni ta' ffriżar: …

l-awtorità li lilha ġiet trasmessa: …

numru ta' referenza mogħti mill-awtorità emittenti: …

numru ta' referenza mogħti mill-awtoritajiet ta' eżekuzzjoni: …

TAQSIMA F: Raġunijiet għall-ħruġ tal-ordni ta' konfiska

1.   Ipprovdi ġabra fil-qosor tal-fatti u r-raġunijiet għaliex inħarġet l-ordni ta' konfiska, inkluż deskrizzjoni tar-reat(i) kriminali u informazzjoni rilevanti oħra:

2.   In-natura u klassifikazzjoni legali tar-reat(i) kriminali li b'rabta magħhom inħarġet l-ordni ta' konfiska u d-dispożizzjoni(ijiet) legali applikabbli:

3.   Ir-reat kriminali li b'rabta miegħu nħarġet l-ordni ta' konfiska huwa punibbli fl-Istat emittenti b'sentenza ta' kustodja ta' massimu ta' mill-inqas tliet snin u inkluż fil-lista ta' reati kriminali li tinsab hawn taħt? (jekk jogħġbok immarka l-kaxxa rilevanti). Fejn l-ordni ta' konfiska tikkonċerna diversi reati kriminali, jekk jogħġbok indika n-numri fil-lista ta' reati kriminali hawn taħt (li jikkorrispondu għar-reati kriminali kif deskritti taħt il-punti 1 u 2 hawn fuq).

parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali

terroriżmu

traffikar tal-bnedmin

sfruttament sesswali ta' tfal u pornografija tat-tfal

traffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u ta' sustanzi psikotropiċi

traffikar illeċitu ta' armi, munizzjon u splussivi

korruzzjoni

frodi, inkluż frodi u reati kriminali oħra, li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definiti fid-Direttiva (UE) 2017/1371

ħasil tar-rikavat mill-kriminalità

falsifikazzjoni ta' munita, inkluż tal-euro

kriminalità relatata mal-informatika

reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta' speċijiet ta' annimali fil-periklu u ta' speċijiet u varjetajiet ta' pjanti fil-periklu

iffaċilitar ta' dħul u residenza mhux awtorizzati

omiċidju jew dannu gravi fuq il-persuna

kummerċ illeċitu ta' organi u tessuti umani

ħtif ta' persuni, restrizzjoni illegali ta' persuni jew teħid ta' ostaġġi

razziżmu u ksenofobija

serq organizzat jew bl-użu ta' armi

traffikar illeċitu ta' beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti

qligħ b'qerq

racketeering u estorsjoni

falsifikazzjoni u piraterija ta' prodotti

falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar fihom

falsifikazzjoni ta' mezzi ta' ħlas

traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u promoturi oħra tat-tkabbir

traffikar illeċitu ta' materjali nukleari jew radjuattivi

traffikar ta' vetturi misruqa

stupru

ħruq

reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali

sekwestru illegali ta' inġenji tal-ajru jew ta' bastimenti

sabutaġġ

4.   Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (eż. ir-relazzjoni bejn il-proprjetà u r-reat kriminali):

TAQSIMA G: Fejn ċertifikat ta' konfiska jkun ġie trasmess lil iktar minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1.   Ċertifikat ta' konfiska ġie trasmess lill-Istat(i) ta' eżekuzzjoni ieħor/oħra li ġejjin (Stat u awtorità):

2.   Ċertifikat ta' konfiska ġie trasmess lil aktar minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed għar-raġunijiet li ġejjin:

Fejn l-ordni ta' konfiska tikkonċerna beni speċifiċi:

Beni differenti koperti mill-ordni huma mifhuma li jinsabu fi Stati ta' eżekuzzjoni differenti

Il-konfiska ta' beni speċifiku tirrikjedi azzjoni f'aktar minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed

Fejn l-ordni ta' konfiska tikkonċerna ammont ta' flus:

Il-proprjetà kkonċernata ma ġietx iffriżata skont ir-Regolament (UE) 2018/1805

Il-valur stmat tal-proprjetà li tista' tiġi konfiskata fl-Istat emittenti u f'xi Stat ta' eżekuzzjoni probabbilment ma jkunx biżżejjed għall-konfiska tal-ammont sħiħ kopert mill-ordni.

Ħtiġijiet speċifiċi oħrajn:

3.   Valur tal-assi, jekk magħruf, f'kull Stat ta' eżekuzzjoni:

4.   Fejn l-konfiska tal-beni speċifiċi tirrikjedi azzjoni f'aktar minn Stat ta' eżekuzzjoni wieħed, deskrizzjoni tal-azzjoni li għandha tittieħed fl-Istat ta' eżekuzzjoni:

TAQSIMA H: Proċedimenti li jirriżultaw fl-ordni ta' konfiska

Jekk jogħġbok indika jekk il-persuna li kontriha nħarġet l-ordni ta' konfiska dehritx personalment fil-proċess li wassal għall-ordni ta' konfiska marbuta ma' kundanna finali:

1.

Iva, il-persuna dehret personalment waqt il-proċess.

2.

Le, il-persuna ma dehritx personalment waqt il-proċess.

3.

Le, f'konformità mar-regoli nazzjonali ta' proċedura ma saret l-ebda seduta ta' smigħ.

4.

Jekk immarkajt il-kaxxa taħt il-punt 2, jekk jogħġbok ikkonferma l-eżistenza ta' wieħed minn dawn li ġejjin:

4.1a. ☐

il-persuna kienet ikkonvokata personalment fi (jum/xahar/sena) … u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati tal-proċess li rriżulta fl-ordni ta' konfiska u kienet infurmata li tista' tingħata ordni ta' konfiska jekk hi ma tidhirx għall-proċess

JEW

4.1b. ☐

il-persuna ma kinitx ikkonvokata personalment iżda b'mezzi oħrajn fil-fatt irċeviet, l-informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati tal-proċess li wassal għall-ordni ta' konfiska, b'tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hi kienet konxja tal-proċess skedat, u kienet infurmata li tista' tingħata ordni ta' konfiska jekk hija ma tidhirx għall-proċess

JEW

4.2. ☐

konxja mill-proċess previst, il-persuna kienet tat mandat lil avukat, li jew kien inħatar mill-persuna kkonċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-proċess, u dik il-persuna fil-fatt ġiet difiża minn dak l-avukat fil-proċess

JEW

4.3.

il-persuna kienet innotifikata bl-ordni ta' konfiska fi (jum/xahar/sena) … u kienet infurmata espressament dwar id-dritt għal proċess ġdid jew appell, li fihom il-persuna kellha d-dritt li tipparteċipa u li ppermetta l-eżami mill-ġdid tal-merti tal-każ, inklużi provi ġodda, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel l-ordni ta' konfiska oriġinali, u

il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax l-ordni ta' konfiska

JEW

il-persuna ma talbitx proċess ġdid jew appell fl-iskadenzi applikabbli

5.

Jekk inti mmarkajt il-kaxxa taħt il-punti 4.1b, 4.2 jew 4.3, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata l-kondizzjoni rilevanti: …

TAQSIMA I: Miżuri alternattivi, inkluż sanzjonijiet ta' kustodja

1.   Jekk jogħġbok indika jekk l-Istat emittenti jippermettix lill-Istat ta' eżekuzzjoni li japplika miżuri alternattivi fejn mhux possibbli li tiġi infurzata l-ordni ta' ffriżar, totalment jew parzjalment:

Iva

Le

2.   Jekk iva, iddikjara liema miżuri jistgħu jiġu applikati:

Kustodja (perijodu massimu):

Servizz komunitarju (jew ekwivalenti) (perijodu massimu):

Miżuri oħra (deskrizzjoni):

TAQSIMA J: Id-deċiżjoni ta' restituzzjoni tal-proprjetà, jew ta' kumpens, lill-vittma

1.   Jekk jogħġbok indika, fejn rilevanti:

Awtorità emittenti jew awtorità kompetenti oħra tal-Istat emittenti ħarġet deċiżjoni ta' kumpens lill-vittma, jew ta' restituzzjoni lill-vittma, is-somma ta' flus li ġejja:

Awtorità emittenti jew awtorità kompetenti oħra ġudizzjarja tal-Istat emittenti ħarġet deċiżjoni ta' restituzzjoni tal-proprjetà li ġejja minbarra flus lill-vittma:

Proċedimenti għar-restituzzjoni tal-proprjetà, jew għall-kumpens, lill-vittma huma pendenti fl-Istat emittenti u r-riżultat ser jiġi kkomunikat lill-awtorità ta' eżekuzzjoni

2.   Id-dettalji tad-deċiżjoni ta' restituzzjoni tal-proprjetà, jew ta' kumpens, lill-vittma:

L-awtorità li ħarġet id-deċiżjoni (isem uffiċjali): …

Id-data tad-deċiżjoni: …

Id-data meta d-deċiżjoni saret finali: …

In-numru ta' referenza tad-deċiżjoni (jekk disponibbli): …

Deskrizzjoni tal-proprjetà li għandha tiġi restitwita: …

Isem il-vittma: …

Indirizz tal-vittma: …

L-awtorità emittenti għandha tiġi nnotifikata f'każ ta' trasferiment dirett lill-vittma.

TAQSIMA K: Dettalji tal-awtorità emittenti

Isem tal-awtorità: …

Isem il- persuna ta' kuntatt: …

Pożizzjoni (titolu/grad) …

Nru tal-fajl: …

Indirizz: …

Nru tat-telefon (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt): …

Nru tal-Fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt): …

Email: …

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità emittenti: …

Jekk differenti minn dawk ta' hawn fuq, id-dettalji ta' kuntatt tal-persuna(i) li wieħed għandu jinkuntattja għal informazzjoni addizzjonali jew biex isiru arranġamenti prattiċi għall-eżekuzzjoni tal-ordni jew għat-trasferiment tal-proprjetà: …

Isem/Titolu/Organizzazzjoni: …

Indirizz:

Email/Nru tat-Telefon -: …

Firma tal-awtorità emittenti u/jew tar-rappreżentant tagħha li tiċċertifika li l-kontenut taċ-ċertifikat ta' konfiska huwa preċiż u korrett: …

Isem: …

Pożizzjoni (titolu/grad): …

Data:

Timbru uffiċjali (jekk disponibbli): …

TAQSIMA L: Awtorità ċentrali

Fejn awtorità ċentrali ġiet mogħtija r-responsabbiltà għat-trasmissjoni amministrattiva u r-riċeviment ta' ċertifikati ta' konfiska fl-Istat emittenti, jekk jogħġbok indika:

Isem tal-awtorità ċentrali: …

Isem il-persuna ta' kuntatt:: …

Pożizzjoni (titolu/grad) …

Nru tal-fajl: …

Indirizz: …

Nru tat-Telefon (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt): …

Nru tal-Fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt): …

Email: …

TAQSIMA M: Dettalji tal-ħlas tal-Istat Emittenti

IBAN: …

BIC: …

Isem id-detentur tal-kont bankarju: …

TAQSIMA N: Annessi

Jekk jogħġbok indika kwalunkwe dokument mehmuż maċ-ċertifikat:


28.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/39


REGOLAMENT (UE) 2018/1806 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Novembru 2018

li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa

(kodifikazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament jenħtieġ li jiġi kkodifikat.

(2)

Dan ir-Regolament jipprovdi għal armonizzazzjoni sħiħa rigward il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa li jkollhom viża fil-pussess tagħhom biex jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri (imsemmija wkoll hawnhekk bħala l-“ħtieġa ta' viża”) u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa.

(3)

Id-deċiżjoni dwar il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għal, jew eżenti minn, il-ħtieġa ta' viża, jenħtieġ li tkun imsejsa fuq valutazzjoni meqjusa skont il-każ ta' diversi kriterji. Dik il-valutazzjoni jenħtieġ li ssir perjodikament u tista' twassal għal proposti leġislattivi għall-emendament tal-Anness I għal dan-ir-Regolament, li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri, u l-Anness II għal dan-ir-Regolament, li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri għal soġġorni ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum, minkejja l-possibilità li jsiru emendi għal pajjiżi speċifiċi lil dawk l-Annessi f'ċirkostanzi partikolari, pereżempju bħala riżultat ta' proċess ta' liberalizzazzjoni tal-viża jew bħala konsegwenza aħħarija tas-sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża (imsemmija wkoll hawnhekk bħala l-“eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża”).

(4)

Il-kompożizzjoni tal-listi ta' pajjiżi terzi fl-Annessi I u II jenħtieġ li jkun, u jenħtieġ li jibqa', konsistenti mal-kriterji stipulati f'dan ir-Regolament. Ir-referenzi għal pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom inbidlet is-sitwazzjoni fir-rigward ta' dawk il-kriterji, jenħtieġ li jkunu trasferiti minn Anness għall-ieħor.

(5)

Żviluppi fid-dritt internazzjonali li jġibu magħhom bidliet fl-istatus jew deskrizzjoni ta' ċerti Stati jew entitajiet jenħtieġ li jkunu riflessi fl-Annessi I u II.

(6)

Minħabba li l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (4) jeżenta ċ-ċittadini ta' l-Islanda, Liechtenstein u tan-Norveġja mill-ħtieġa tal-viża, dawk il-pajjiżi jenħtieġ li ma jkunux inklużi fil-lista fl-Anness II.

(7)

Minħabba li l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu ta' persuni (5), jippermetti moviment liberu mingħajr viżi għal ċittadini tal-Isvizzera u ta' l-Istati Membri, l-Isvizzera jenħtieġ li ma tkunx inkluża fil-lista fl-Anness II.

(8)

F'dak li jirrigwardja refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi), mingħajr preġudizzju għall-obbligi skond ftehim internazzjonali iffirmati mill-Istati Membri u partikolarment il-Ftehim Ewropew dwar l-Abolizzjoni tal-Viżi għar-Refuġjati tal-Kunsill tal-Ewropa, iffirmat fi Strasburgu fl-20 ta' April 1959, id-deċiżjoni rigward il-ħtieġa jew l-eżenzjoni tal-viża jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-pajjiż terz li fih dawk il-persuni jirrisjedu u li jkun ħareġ id-dokumenti tal-ivjaġġar. B'dana kollu, meqjusa d-differenzi fil-liġi nazzjonali applikabbli għal refuġjati rikonoxxuti u għall-persuni mingħajr stat (apolidi), l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk dawk il-kategoriji ta' persuni għandhomx ikunu eżenti, meta l-pajjiż terz li fih dawk il-persuni jkunu jirrisjedu u li joħroġ id-dokumenti għall-ivvjaġġar tagħhom ikun pajjiż terz li ċ-ċittadini tiegħu huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża.

(9)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jenħtieġ li tkun stabbilita eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal detenturi ta' permess tat-traffiku tal-fruntiera lokali.

(10)

Jenħtieġ li jkun possibbli għal Stati Membri biex jipprovdu għal eżenzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża għal detenturi ta' ċerti passaporti minbarra passaporti ordinarji.

(11)

F'każi speċifiċi meta regoli speċjali tal-viża huma ġġustifikati, jenħtieġ li jkun possibbli għal Stati Membri biex jeżentaw ċerti kategoriji ta' persuni mill-ħtieġa tal-viża jew li jimponuha fuqhom skont id-dritt internazzjonali pubbliku jew il-konswetudini.

(12)

Jenħtieġ li jkun possibbli għal Stati Membri li jeżentaw mill-ħtieġa tal-viża refuġjati rikonoxxuti, il-persuni kollha mingħajr stat (apolidi), kemm dawk koperti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus ta' Persuni Mingħajr Stat tat-28 ta' Settembru 1954 kif ukoll dawk barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' dik il-Konvenzjoni, u studenti tal-iskola li jivjaġġaw f'ħarġiet tal-iskola, fejn il-persuni ta' dawn il-kategoriji jkunu jirrisjedu f'pajjiż terz li hu elenkat fil-lista fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

(13)

L-arranġamenti li jirregolaw l-eżenzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża jenħtieġ li jirriflettu bis-sħiħ il-prattiki attwali. Ċerti Stati Membri jagħtu eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża lil ċittadini ta' pajjiżi terzi inklużi fil-lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li huma membri tal-forzi armati li jkunu qed jivjaġġaw fuq xogħol tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tan-Nord Atlantiku (NATO) jew tas-Sħubija għall-Paċi. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, dawk l-eżenzjonijiet, li huma bbażati fuq obbligi internazzjonali esterni għad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li madankollu jissemmew f'dan ir-Regolament.

(14)

Ir-reċiproċità sħiħa fir-rigward tal-viżi hi objettiv li l-Unjoni jenħtieġ li ssegwi b'mod proattiv fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi, u b'hekk tikkontribwixxi biex tittejjeb il-kredibbiltà u l-konsistenza tal-politika esterna tal-Unjoni.

(15)

Jenħtieġ li ssir disposizzjoni għal mekkaniżmu tal-Unjoni li jippermetti il-prinċipju ta' reċiproċità biex ikun implementat jekk wieħed mill-pajjiżi terzi inklużi fil-lista fl-Anness II jiddieċedi li jagħmel liċ-ċittadini ta' wieħed jew aktar Stati Membri suġġetti għall-ħtieġa tal-viża. Dak il-mekkaniżmu jeħtieġ li jipprovdi rispons mill-Unjoni bħala att ta' solidarjetà, jekk tali pajjiżi terz jimponi ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' għall-anqas Stat Membru wieħed.

(16)

Wara li jkunu rċevew notifika minn Stat Membru li pajjiż terz inkluż fil-lista fl-Anness II japplika l-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru, l-Istati Membri kollha jenħtieġ li jirreaġixxu b'mod kollettiv, u b'hekk jipprovdu rispons mill-Unjoni għal sitwazzjoni li taffettwa lill-Unjoni fl-intier tagħha u li tagħmel iċ-ċittadini tagħha soġġetti għal trattamenti differenti.

(17)

Sabiex jiġi żgurat l-involviment xieraq tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fit-tieni fażi tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità, minħabba n-natura politika partikolarment sensittiva tas-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini kollha ta' pajjiż terz inklużi fil-lista fl-Anness II u l-implikazzjonijiet orizzontali tagħha għall-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati ta' Schengen u l-Unjoni nnifisha, b'mod partikolari għar-relazzjonijiet esterni tagħhom u għall-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward ta' ċerti elementi tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità. L-għoti ta' tali setgħa lill-Kummissjoni jieħu kont tal-ħtieġa għal diskussjoni politika dwar il-politika tal-Unjoni rigward il-viżi fiż-żona Schengen. Dan jirrifletti wkoll il-ħtieġa li tiġi żgurata trasparenza suffiċjenti u ċertezza legali fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat, b'mod partikolari permezz tal-emenda temporanja korrispondenti tal-Anness II għal dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xoghol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (7). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(18)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovvdi mekkaniżmu għas-sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal pajjiż terz inkluż fil-lista fl-Anness II (“il-mekkaniżmu ta' sospensjoni”) f'sitwazzjoni ta' emerġenza, fejn risposta urġenti hija meħtieġa biex issolvi d-diffikultajiet li jkun qed jiffaċċja għall-anqas Stat Membru wieħed, u li jieħu l-impatt ġenerali tas-sitwazzjoni ta' emerġenza fuq l-Unjoni fl-intier tagħha inkunsiderazzjoni.

(19)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effiċjenti tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni u ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità, u b'mod partikolari sabiex ikun jista' jittieħed kont adegwat tal-fatturi rilevanti kollha u l-implikazzjonijiet possibbli tal-applikazzjoni ta' dawk. il-mekkaniżmi, is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li ikunu mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward tal-għażla tal-kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat li jenħtieġ li ikunu soġġetti għal sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità, u tad-durata korrispondenti ta' dik is-sospensjoni, kif ukoll fir-rigward tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Il-proċedura ta' eżami jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni ta' tali atti ta' implimentazzjoni.

(20)

Hu meħtieġ li jiġi evitat u miġġieled kwalunke abbuż li jirriżulta minn eżenżjoni mill-ħtieġa tal-viża għall-żjarat ta' soġġorn qasir għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz fejn dawn joħolqu theddida għall-ordni pubbliku (ordre public) u s-sigurtà interna tal-Istat Membru konċernat.

(21)

Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' sospensjoni jippermetti lill-Istati Membri li jinnotifikaw ċirkostanzi li jwasslu għal sospensjoni possibbli u li l-Kummissjoni tkun tista' tattiva l-mekkaniżmu ta' sospensjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess.

(22)

B'mod partikolari, jenħtieġ li l-użu tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni jkun iffaċilitat permezz ta' perijodi ta' referenza u dati ta' skadenza qosra, billi tkun permessa proċedura rapida u r-raġunijiet ta' sospensjoni possibli jkunu jinkludu tnaqqis fil-kooperazzjoni fir-riammissjoni kif ukoll żieda sostanzjali fir-riskji għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dak it-tnaqqis fil-kooperazzjoni jkopri żieda sostanzjali fir-rata ta' rifjut ta' applikazzjonijiet għar-riammissjoni, inkluż għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu għaddew fi transitu mill-pajjiż terz ikkonċernat, fejn ftehim ta' riammissjoni konkluż bejn l-Unjoni jew Stat Membru u dak il-pajjiż terz jipprovdi għal tali obbligu ta' riammissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll il-possibbiltà li tattiva l-mekkaniżmu ta' sospensjoni f'każ li l-pajjiż terz jonqos milli jikkoopera fir-riammissjoni, b'mod partikolari fejn ftehim ta' riammissjoni jkun ġie konkluż bejn il-pajjiż terz ikkonċernat u l-Unjoni.

(23)

Għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni, żieda sostanzjali tindika żieda li taqbeż il-limitu ta' 50 %. Tista' tindika wkoll żieda iktar baxxa jekk il-Kummissjoni kienet qieset dan applikabbli fil-każ partikolari notifikat mill-Istat Membru kkonċernat.

(24)

Għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni, rata baxxa ta' rikonoxximent tindika rata ta' rikonoxximent ta' applikazzjonijiet għal asil ta' madwar 3 jew 4 %. Tista' tindika wkoll rata ogħla ta' rikonoxximent jekk il-Kummissjoni kien dehrilha li dan huwa applikabbli fil-każ partikolari notifikat mill-Istat Membru kkonċernat.

(25)

Jenħtieġ li jiġi evitat u miġġieled kwalunkwe abbuż tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża fejn dan iwassal għal żieda fil-pressjoni migratorja, li tirriżulta minn, pereżempju, żieda f'applikazzjonijiet għal asil mingħajr bażi, u kif ukoll meta dan iwassal għal applikazzjonijiet mingħajr bażi għal permessi ta' residenza.

(26)

Bl-għan li jiġi żgurat li l-ħtiġijiet speċifiċi li ntużaw biex tiġi vvalutata kemm hi adatta l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża, mogħtija b'riżultat tal-konklużjoni b'suċċess ta' djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża, jibqgħu jkunu sodisfatti matul iż-żmien, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi kkonċernati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddedika attenzjoni partikolari lejn is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil- pajjiżi terzi kkonċernati.

(27)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta b'mod regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tal-inqas darba fis-sena, għal perijodu ta' seba' snin wara d-dħul fis-seħħ tal-liberalizzazzjoni tal-viża għal pajjiż terz partikolari, kif ukoll wara dan il-perijodu kull meta l-Kummissjoni tqis li dan ikun meħtieġ, jew fuq talba mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(28)

Qabel ma tieħu xi deċiżjoni biex tissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' pajjiż terz, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu in konsiderazzjoni s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'dak il-pajjiż terz u l-konsegwenzi possibbli ta' sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal dik is-sitwazzjoni.

(29)

Jenħtieġ li s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża permezz ta' att ta' implimentazzjoni tkopri ċerti kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat, b'referenza għat-tipi rilevanti ta' dokumenti tal-ivvjaġġar u, fejn ikun adatt, skont kriterji addizzjonali, bħalma huma persuni li jkunu qed jivvjaġġaw għall-ewwel darba lejn it-territorju tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l–att ta' implimentazzjoni jistabbilixxi l-kategoriji ta' ċittadini li għalihom jenħtieġ li tapplika s- sospensjoni, b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi nnotifikati minn Stat Membru wieħed jew minn diversi Stati Membri jew irrappurtati mill-Kummissjoni, u tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

(30)

Sabiex jiġi żgurat l-involviment xieraq tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni, minħabba n-natura politikament sensittiva ta' sospensjoni ta' eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini kollha ta' pajjiż terz inkluż fil-lista fl-Anness II għal dan ir-Regolament u l-implikazzjonijiet orizzontali tagħha għall-Istati Membri u l-Unjoni nnifisha, b'mod partikolari għar-relazzjonijiet esterni tagħhom u għall-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tas-sospensjoni temporanja tal--eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti,u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(31)

Bil-għan li jkun assigurat li s-sistema tal-viża tkun amministrata apertament u li l-persuni ikkonċernati jkunu nfurmati, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra il-miżuri li jiieħdu bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. Għall-istess raġunijiet, dik l-informazzjoni jenħtieġ li wkoll tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal- Unjoni Ewopeja.

(32)

Il-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul fit-territorju tal-Istati Membri jew il-ħruġ tal-viżi ma għandhomx jaffettwaw ir-regoli li jirregolaw ir-rikonoxximent tal-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar.

(33)

B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropeja, ir-rikors għal Regolament li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom jenħtieġ li jkollhom pussess ta' viżi meta jaqsmu l-fruntieri esterni, u dawk li ċ-ċittadini tagħhom li huma eżenti minn dik il-ħtieġa, huwa mezz meħtieġ u xieraq li jassigura li l-politika komuni tal-viża titħaddem b'effiċċjenza.

(34)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Komunità Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ 'tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 li joħolqu l-ħtieġa ta' deroga mill-politika komuni tal-viżi, filwaqt li titqies il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(35)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9), li jaqgħu fl-ambitu msemmi punt B tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (10).

(36)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (11), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punti B u C tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqrija flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (12).

(37)

Fir-rigward ta' Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Kommunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (13), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punti B u C tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqrija flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (14).

(38)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (15); għalhekk, ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(39)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (16); għalhekk, l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiddetermina l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għal, jew eżenti, mill-ħtieġa tal-viża, abbażi ta' valutazzjoni skont il-każ ta' diversi kriterji relatati, inter alia, mal-immigrazzjoni irregolari, il-politika pubblika u s-sigurtà, il-benefiċċji ekonomiċi, partikolarment f'termini ta' turiżmu u ta' kummerċ barrani u r-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi rilevanti, inklużi, partikolarment, konsiderazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll l-implikazzjonijiet ta' koerenza reġjonali u reċiproċità.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “viża” tfisser viża kif definita fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

Artikolu 3

1.   Iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet li joħorġu mill-Ftehim Ewropew dwar it-Tneħħija tal-Viżi għar-Refuġjati tal-Kunsill tal-Ewropa ffirmat fi Strasburgu fl-20 ta'April 1959, refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) għandhom ikun meħtieġa li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri jekk il-pajjiż terz fejn huma residenti u li ħarġilhom id-dokument ta' l-ivvjaġġar tagħhom huwa pajjiż terz elenkat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Ċittadini ta' pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II għandhom ikunu eżenti mill-ħtieġa stabbilita fl-Artikolu 3(1) għal soġġorni ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

2.   Il-persuni li ġejjin għandhom ukoll jiġu eżenti mill-ħtieġa tal-viża:

(a)

iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament li huma detenturi ta' permess tat-traffiku tal-fruntieri lokali maħruġa mill-Istati Membri skond ir-Regolament (KE) Nru 1936/2006 meta dawk id-detenturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom fil-kuntest tar-reġim tat-traffiku tal-fruntieri lokali;

(b)

studenti tal-iskola li huma ċittadini ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness I għal dan ir-Regolament, li joqogħdu fi Stat Membru li japplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/795/ĠAI (18) u li jkunu qed jivvjaġġaw fil-kuntest ta' ħarġa skolastika bħala membri ta' grupp ta' studenti tal-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;

(c)

refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) u persuni oħra li m'għandhomx iċ-ċittadinanza ta' kwalunkwe pajjiż, li joqogħdu fi Stat Membru u huma detenturi ta' dokument ta' l-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 5

Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ġodda li preċedentament kienu parti mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Annessi I u II għandhom ikunu suġġetti rispettivament għall-Artikoli 3 u 4 sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor permezz tal-proċedura stabbilita fid-dispożizzjoni relevanti tat-TFUE.

Artikolu 6

1.   Stat Membru jista' jipprovdi eċċezzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża previst fl-Artikolu 3 jew mill-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża kif previst fl-Artikolu 4, f'dak li jirrigwarda:

(a)

id-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' passaporti ta' servizz/passaporti uffiċjali jew ta' passaporti speċjali;

(b)

il-membri tal-ekwipaġġ ċivili ta' titjiriet bl-ajru u tat-tbaħħir fit-twettiq ta' dmirijiethom;

(c)

il-membri tal-ekwipaġġ ċivili tat-tbaħħir, meta jmorru fuq l-art, li jkollhom dokument ta' identità ta' baħħara maħruġ skont il-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol Nru 108 tat-13 ta' Mejju 1958 jew Nru 185 tas-19 ta' Ġunju 2003 jew il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali tad-9 ta' April 1965;

(d)

l-ekwipaġġ u l-membri tal-missjonijiet ta' emerġenza jew ta' salvataġġ fil-każ ta' diżastru jew inċident;

(e)

l-ekwipaġġ ċivili ta' vapuri li jbaħħru f'ibħra interni internazzjonali;

(f)

id-detenturi tad-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġin minn organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali li tagħhom huwa membru għall-anqas Stat Membru wieħed jew minn entitajiet oħra rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat bħala suġġetti tad-dritt internazzjonali, għall-uffiċjali ta' dawk l-organizzazzjonijiet jew entitajiet.

2.   Stat Membru jista' jeżenta mill-ħtieġa tal-viża kif previst fl-Artikolu 3:

(a)

student tal-iskola li jkollu ċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness I, li hu residenti f'pajjiż terz elenkat fl-Anness II jew fl-Iżvizzera u Liechtenstein u li jkun qed jivvjaġġa fil-kuntest ta' ħarġa skolastika bħala membru ta' grupp ta' studenti tal-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;

(b)

refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) jekk il-pajjiż terz fejn joqogħdu u li jkun ħareġ id-dokument ta' l-ivvjaġġar tagħhom ikun wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anneess II;

(c)

membri tal-forzi armati li jkunu qed jivvjaġġaw fuq xogħol tan-NATO jew tas-Sħubija għall-Paċi u detenturi ta' ordnijiet ta' identifikazzjoni u moviment previsti fil-Ftehim bejn il-Partijiet tat-Trattat tat-Tramuntana ta' l-Atlantiku dwar l-Istatus tal-forzi tagħhom tad-19 ta' Ġunju 1951;

(d)

mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Ftehim Ewropew dwar it-Tneħħija tal-Viżi għar-Refuġjati tal-Kunsill tal-Ewropa ffirmat fi Strasburgu fl-20 ta'April 1959, refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) u persuni oħra li m'għandhom ċittadinanza tal-ebda pajjiż li jirrisjedu fir-Renju Unit jew fl-Irlanda u li huma detenturi ta' dokument tal-ivvjaġġar maħruġ mir-Renju Unit jew l-Irlanda, li huwa rikonoxxut mill-Istat Membru kkonċernat.

3.   Stat Membru jista jipprovdi għal eċċezzjonijiet mill-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża kif previst fl-Artikolu 4 f'dak li jirrigwardja l-persuni li jwettqu attività bi ħlas matul is-soġġorn tagħhom.

Artikolu 7

Fejn pajjiż terz elenkat fl-Anness II jimponi ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' għall-anqas Stat Membru wieħed, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

fi żmien 30 jum mill-implimentazzjoni mill-pajjiż terz tal-ħtieġa tal-viża, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika b'dan lill-Parlamet Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub.

Dik in-notifika għandha:

(i)

tispeċifika d-data ta' implimentazzjoni tal-ħtieġa tal-viża u t-tipi ta' dokumenti tal-ivvjaġġar u viżi kkonċernati;

(ii)

tinkludi spjegazzjoni dettaljata tal-miżuri preliminari li l-Istat Membru kkonċernat ħa bil-ħsieb li jiżgura l-ivvjaġġar mingħajr viża mal-pajjiż terz ikkonċernat u għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha.

L-informazzjoni dwar dik in-notifika għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-informazzjoni dwar id-data tal-implimentazzjoni tal-ħtieġa tal-viża u t-tipi ta' dokumenti tal-ivvjaġġar u viżi kkonċernati.

Jekk il-pajjiż terz jiddeċiedi li jneħħi l-ħtieġa tal-viża qabel it-tmiem tal-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, in-notifika m'għandhiex issir jew inkella għandha tkun rtirata u l-informazzjoni m'għandhiex tiġi ppubblikata;

(b)

il-Kummissjoni għandha, immedjatament wara d-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a) u f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, tieħu passi mal-awtoritajiet tal-pajjiż terz kkonċernat, b'mod partikolari fl-oqsma politiċi, ekonomiċi u kummerċjali, sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid jew introdott l-ivvjaġġar mingħajr viża u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien b'dawk il-passi;

(c)

jekk fi żmien 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a) u minkejja l-passi kollha meħudin skont il-punt (b), il-pajjiż terz ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, l-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tissospendi l-eżenzjoni mil-ħtieġa tal-viża għal ċerti kategoriji ta' ċittadini ta' dak il-pajjiż terz. Meta Stat Membru jagħmel tali talba, għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha;

(d)

il-Kummissjoni għandha, meta tqis passi ulterjuri skont il-punt (e), (f) jew (h), tieħu kont tal-eżitu tal-miżuri meħudin mill-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jiġi żgurat vjaġġar mingħajr viża mal-pajjiż terz ikkonċernat, il-passi meħudin skont il-punt (b) u l-konsegwenzi tas-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-pajjiż terz ikkonċernat;

(e)

jekk il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a) u sussegwentement f'intervalli li ma jaqbżux sitt xhur f'perijodu totali li ma jistax jestendi lil hinn mid-data li fiha l-att delegat imsemmi fil-punt (f) jidħol fis-seħħ jew jiġi oġġezzjonat:

(i)

tadotta, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq inizjattiva tagħha stess, att ta' implimentazzjoni li jissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċerti kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jistabilixxi data, fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tiegħu, li fiha s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tieħu effett b'kont meħud tar-riżorsi disponibbli fil-konsulati tal-Istati Membri. Meta tadotta atti ta' implimentazzjoni sussegwenti, il-Kummissjoni tista' testendi l-perijodu ta' dik is-sospensjoni b'aktar perijodi ta' mhux aktar minn sitt xhur u tista' timmodifika l-kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat li għalihom l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża hija sospiża.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6, matul il-perijodi ta' sospensjoni l-kategoriji kollha ta' ċittadini tal-pajjiż terz imsemmi fl–att ta' implimentazzjoni għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri; jew

(ii)

tippreżenta lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 11(1) rapport li jevalwa s-sitwazzjoni u li jsemmi r-raġunijiet għaliex hija ddeċidiet li ma tissospendix l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.

F'dak ir-rapport għandhom jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, bħal dawk imsemmijin fil-punt (d). Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jista' jkollhom diskussjoni politika abbażi ta' dak ir-rapport;

(f)

jekk fi żmien 24 xahar mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt(a), il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 10 li jissospendi b'mod temporanju l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal perijodu ta' 12-il xahar għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż terz. L-att delegat għandu jistabilixxi data, fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tiegħu, li fiha s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tieħu effett, b'kont meħud tar-riżorsi disponibbli fil-konsulati tal-Istati Membri u għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ. Dik l-emenda għandha ssir billi ħdejn l-isem tal-pajjiż terz ikkonċernat tiddaħħal nota f'qiegħ il-paġna li tindika li l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża hija sospiża fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz u li tispeċifika l-perijodu ta' dik is-sospensjoni.

Mid-data meta s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat ikollha effett jew meta oġġezzjoni għall-att delegat tiġi espressa skont l-Artikolu 10(7), kwalunkwe att ta' implimentazzjoni adottat skont il-punt (e) ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz għandu jiskadi. Fejn il-Kummissjoni tkun ippreżentat proposta leġislattiva kif imsemmi fil-punt (h), il-perijodu ta' sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt għandu jiġi estiż b'sitt xhur. In-nota ta' qiegħ il-paġna li hemm referenza għaliha f'dak is-subparagrafu għandha tiġi emendata kif xieraq.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6, matul il-perijodi ta' dik is-sospensjoni ċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat mill-att delegat għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri;

(g)

kwalunkwe notifika sussegwenti magħmula minn Stat Membru ieħor skont il-punt (a) dwar l-istess pajjiż terz matul il-perijodu ta' applikazzjoni tal-miżuri adottati skont il-punt (e) jew (f) fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz għandha tiġi amalgamata fil-proċeduri li għaddejjin mingħajr ma jkunu estiżi l-iskadenzi jew il-perijodi stipulati f'dawk il-punti;

(h)

jekk fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fil-punt (f), il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dan ir-Regolament sabiex ir-referenza għall-pajjiż terz tiġi trasferita mill-Anness II għall-Anness I;

(i)

il-proċeduri msemmijin fil-punti(e), (f) u (h) m'għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Kummissjoni li tippreżenta fi kwalunkwe ħin proposta leġislattiva biex temenda dan ir-Regolament sabiex tiġi trasferita r-referenza għall-pajjiż terz ikkonċernat mill-Anness II għall-Anness I;

(j)

fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ineħħi l-ħtieġa tal-viża, l-Istat Membru kkonċernat għandu minnufih jinnotifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'dan. In-notifika għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Kwalunkwe att ta' implimentazzjoni jew delegat adottat skont il-punt (e) jew (f) dwar il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jiskadi sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt. Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ikun introduċa ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' żewġ Stati Membri jew aktar, l-att ta' implimentazzjoni jew delegat li jikkonċerna lil dak il-pajjiż terz għandu jiskadi sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni tan-notifika dwar l-aħħar Stat Membru kkonċernat li ċ-ċittadini tiegħu kienu soġġetti għall-ħtieġa tal-viża minn dak il-pajjiż terz. In-nota ta' qiegħ il-paġna msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt (f) għandha titħassar meta jiskadi l-att delegat ikkonċernat. L-informazzjoni dwar dik l-iskadenza għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ineħħi l-ħtieġa tal-viża mingħajr ma l-Istat Membru kkonċernat jinnotifikah skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, il-Kummissjoni għandha fuq inizjattiva tagħha stess tipproċedi mingħajr dewmien bil-pubblikazzjoni msemmija f'dak is-subparagrafu u t-tieni subparagrafu ta' dan il-punt għandu japplika.

Artikolu 8

1.   B'deroga mill-Artikolu 4, l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness II għandha tiġi sospiża temporanjament, abbażi ta' data rilevanti u oġġettiva, f'konformità ma' dan l-Artikolu.

2.   Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni jekk jiġi kkonfrontat, fuq perijodu ta' xahrejn, meta mqabbel mal- istess perijodu fis-sena preċedenti jew mal-aħħar xahrejn qabel l-implimentazzjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness II, b'waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

żieda sostanzjali fl-għadd ta' ċittadini ta' dak il-pajjiż terz li jiġu rrifjutati milli jidħlu jew li jiġu skoperti li jkunu qed joqogħdu fit-territorju tal-Istat Membru mingħajr id-dritt għal dan;

(b)

żieda sostanzjali fl-għadd ta' applikazzjonijiet għal asil miċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż terz li għalih ir-rata ta' rikonoxximent hija baxxa;

(c)

tnaqqis fil-kooperazzjoni fir-riammissjoni ma' dak il-pajjiż terz, issostanzjat minn data adegwata, b'mod partikolari żieda sostanzjali fir-rata ta' rifjut ta' applikazzjonijiet għar-riammissjoni ppreżentati mill-Istat Membru lil dak il- pajjiż terz għaċ-ċittadini tiegħu stess jew, fejn ftehim ta' riammissjoni konkluż bejn l-Unjoni jew dak l-Istat Membru u dak il-pajjiż terz jipprovdi għal dan, għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu għaddew bi transitu minn dak il-pajjiż terz;

(d)

żieda fir-riskju jew theddida imminenti għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tal-Istati Membri, b'mod partikolari żieda sostanzjali ta' reati kriminali serji, relatati ma' ċittadini ta' dak il-pajjiż terz, sostanzjata minn informazzjoni u data oġġettiva, konkreta u rilevanti pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.

In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha ssemmi r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata u għandha tinkludi data u statistika rilevanti kif ukoll spjegazzjoni dettaljata tal-miżuri preliminari li jkun ħa l-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jirrimedja s-sitwazzjoni. Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat jista' jispeċifika l-kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat li għandhom ikunu koperti b'att ta' implimentazzjoni taħt il-punt (a) tal-paragrafu 6, filwaqt li jindika r-raġunijiet dettaljati għal dan. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih dwar tali notifika.

3.   Fejn il-Kummissjoni, b'kont meħud tad-data, rapporti u statistika rilevanti, ikollha informazzjoni konkreta u affidabbli li ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-paragrafu 2 ikunu qed jokkorru fi Stat Membru jew aktar, jew li l-pajjiż terz ma jkunx qed jikkoopera fir-riammissjoni, b'mod partikolari fejn ftehim ta' riammissjoni jkun ġie konkluż bejn dak il-pajjiż terz u l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih bl-analiżi tagħha, u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.

Għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu, in-nuqqas ta' kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni tista' tikkonsisti, perezempju:

f'li jiġi rifjutat il-proċessar ta', jew ma' jiġux ipproċessati, applikazzjonijiet ta' riammissjoni fiż-żmien dovut,

f'li ma jinħarġux id-dokumenti tal-ivvjaġġar fiż-żmien dovut għall-finijiet ta' ritorn fi żmien l-iskadenzi speċifikati fil-ftehim ta' riammissjoni jew ma jiġux aċċettati dokumenti tal-ivvjaġġar Ewropej maħruġa wara t-tmiem tal-iskadenzi speċifikati fil-ftehim ta' riammissjoni, jew

f'li jiġi terminat jew sospiż il-ftehim ta' riammissjoni,

4.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-konformità kontinwa mal-ħtiġijiet speċifiċi, li huma bbażati fuq l-Artikolu 1 u li ntużaw biex jiġi vvalutat kemm hu xieraq l-għoti tal-liberalizzazzjoni tal-viża, mill-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom saru eżenti mill-ħtieġa tal-viża meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Istati Membri bħala riżultat tal-konklużjoni b'suċċess ta' djalogu dwar liberalizzazzjoni tal-viża li jkun sar bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mill-inqas darba kull sena, għal perijodu ta' seba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-liberalizzazzjoni tal-viża għal dak il-pajjiż terz, kif ukoll wara dan il-perijodu kull meta l-Kummissjoni tqis li dan ikun meħtieġ, jew fuq talba mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Ir-rapport għandu jiffoka fuq il-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tqis li, abbażi ta' informazzjoni konkreta u affidabbli, ma għadhomx jikkonformaw ma' ċerti ħtiġijiet.

Għandu japplika l-paragrafu 6 fejn rapport tal-Kummissjoni juri li wieħed jew aktar mill-ħtiġijiet speċifiċi ma għadhomx jiġu sodisfatti fir-rigward ta' pajjiż terz partikolari.

5.   Il-Kummissjoni għandha teżamina kull notifika magħmula skont il-paragrafu 2, filwaqt li tikkunsidra dan li ġej:

(a)

jekk teżistix xi waħda miċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 2;

(b)

l-għadd ta' Stati Membri affettwati minn xi waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2;

(c)

l-impatt ġenerali taċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tas-sitwazzjoni migratorja fl-Unjoni kif tkun tidher mid-data pprovduta mill-Istati Membri jew disponibbli lill-Kummissjoni;

(d)

ir-rapporti mħejjija mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil jew l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija oħra tal-Unjoni jew xi organizzazzjoni internazzjonali kompetenti fil-materji koperti minn dan ir-Regolament, jekk iċ-ċirkostanzi jirrikjedu dan fil-każ speċifiku;

(e)

l-informazzjoni li l-Istat Membru kkonċernat jista' jkun ta fin-notifika tiegħu b'rabta ma' miżuri possibbli taħt il-punt (a) tal-paragrafu 6;

(f)

il-kwistjoni ġenerali tal-ordni pubblika u s-sigurtà interna, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-eżami tagħha.

6.   Fejn, abbażi tal-analiżi msemmija fil-paragrafu 3, tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 4, jew tal-eżami msemmi fil-paragrafu 5, u b'kont meħud tal-konsegwenzi ta' sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-pajjiż terz ikkonċernat, filwaqt li taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dak il-pajjiż terz biex jinstabu soluzzjonijiet alternattivi fit-tul, il-Kummissjoni tiddeċiedi li hija meħtieġa azzjoni, jew fejn maġġoranza sempliċi ta' Stati Membri jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-eżistenza taċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-paragrafu 2, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat għal perijodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni għandha tapplika għal ċerti kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat, skont it-tipi rilevanti ta' dokumenti tal-ivvjaġġar u, fejn ikun xieraq, skont kriterji addizzjonali. Meta tiddetermina għal liema kategoriji s-sospensjoni għandha tapplika, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, tinkludi kategoriji li jkunu wiesgħa biżżejjed sabiex jikkontribwixxu b'mod effiċjenti biex iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 f'kull każ speċifiku jiġu indirizzati, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att ta' implimentazzjoni fi żmien xahar minn meta:

(i)

tkun irċeviet in-notifika msemmija fil-paragrafu 2;

(ii)

tkun saret konxja tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;

(iii)

tkun ippreżentat ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 4; jew

(iv)

tkun irċeviet in-notifika minn maġġoranza sempliċi ta' Stati Membri bl-eżistenza taċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-paragrafu 2.

Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). Huwa għandu jistabilixxi d-data li fiha għandha ssir effettiva s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża.

Matul il-perijodu ta' sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi djalogu msaħħaħ mal-pajjiż terz ikkonċernat bil-għan li jiġu rrimedjati ċ-ċirkostanzi inkwistjoni.

(b)

Fejn iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu jippersistu, il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma jiskadi l-perijodu ta' disa' xhur imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, att delegat skont l-Artikolu 10, li jissospendi temporanjament l-applikazzjoni tal-Anness II għal perijodu ta' 18-il xahar għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat. L-att delegat għandu jsir effettiv mid-data ta' skadenza tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu u għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ. Dik l-emenda għandha ssir billi tiddaħħal nota ta' qiegħ il-paġna ħdejn l-isem tal-pajjiż terz inkwistjoni, li tindika li l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża hija sospiża fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz u li tispeċifika l-perijodu ta' dik is-sospensjoni.

Fejn il-Kummissjoni tkun ippreżentat proposta leġiżlattiva skont il-paragrafu 7, il-perijodu ta' sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża previst fl-att delegat għandu jiġi estiż b'sitt xhur. In-nota ta' qiegħ il-paġna għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6, matul il-perijodu ta' sospensjoni, iċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernati għandhom ikunu obbligati li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

Stat Membru li, skont l-Artikolu 6, jipprovdi għal eżenzjonijiet ġodda mill-ħtieġa tal-viża għal kategorija ta' ċittadini tal- pajjiż terz kopert mill-att li jissospendi l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandu jikkomunika dawk il-miżuri skont l-Artikolu 12.

7.   Qabel tmiem il-perijodu ta' validità tal-att delegat adottat skont il-punt (b) tal-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jista' jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament sabiex ir-referenza għall-pajjiż terz ikkonċernat tiġi trasferita mill- Anness II għall-Anness I.

8.   Fejn il-Kummissjoni tkun ippreżentat proposta leġiżlattiva skont il-paragrafu 7 hija tista' testendi l-validità tal-att ta' implimetazzjoni adottat skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu b'perijodu li ma jaqbiżx 12-il xahar. Id-deċiżjoni biex tiġi estiża l-validità tal-att ta' implimetazzjoni għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 9

1.   Sal-10 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-effettività tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità previst fl-Artikolu 7 u għandha, jekk meħtieġ, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu fuq kwalunkwe proposta bħal din permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

2.   Sad-29 ta' Marzu 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l- effettività tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni previst fl-Artikolu 8 u għandha, jekk meħtieġ, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu fuq tali proposta permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Artikolu 10

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 7 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mid-9 ta' Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8(6) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-28 ta' Marzu 2017. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

4.   Id-delega tas-setgħa msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 7 u fil-punt (b) tal-Artikolu 8(6) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

5.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

6.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

7.   Att delegat adottat skont il-punt (f) tal-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien erba' xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

8.   Att delegat adottat skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill “fi żmien” xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw.

Artikolu 11

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn il-Kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu jkun applikabbli t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 12

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni l-miżuri li jieħdu skont l-Artikolu 6, fi żmien ħames ġranet ta' xogħol mill-adozzjoni ta' dawk il-miżuri.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-miżuri ikkommunikati skont il-paragrafu 1 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal skopijiet ta' informazzjoni.

Artikolu 13

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-kompetenza tal-Istati Membri f'dak li jirrigwardja r-rikonoxximent ta' Stati u unitajiet territorjali u l-passaporti, id-dokumenti tal-ivjaġġar u tal-identità maħruġa mill-awtoritajiet tagħhom.

Artikolu 14

Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 huwa mħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqaraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Novembru 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. EDTSTADLER


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Ottubru 2018 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2018.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2011 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn din il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).

(3)  Ara l-Anness III.

(4)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(5)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

(6)  Regolament (KE ) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen (ĠU L 405, 30.12.2006, p. 1).

(7)  ĠU L 123, 12.5.2016, p.1.

(8)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(9)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(10)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(11)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(12)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(13)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(14)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(15)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(16)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(17)  Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(18)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta adottata mill-Kunsill abbażi ta' l-Artikolu K.3.2.b tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea rigward faċilitajiet ta' l-ivvjaġġar għal tfal ta' l-iskola minn pajjiżi terzi li joqogħdu fi Stat Membru (ĠU L 327, 19.12.1994, p. 1).


ANNESS I

LISTA TA' PAJJIŻI TERZI LI Ċ-ĊITTADINI TAGĦHOM GĦANDHOM IKOLLHOM VIŻA FIL-PUSSESS TAGĦHOM META JAQSMU L-FRUNTIERI ESTERNI TAL-ISTATI MEMBRI

1.   STATI

l-Afganistan

l-Armenja

l-Angola

l-Ażerbajġan

il-Bangladesh

il-Burkina Faso

il-Bahrain

il-Burundi

il-Benin

il-Bolivja

il-Bhutan

il-Botswana

il-Belarussja

il-Beliże

ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

il-Kongo

il-Kosta tal-Avorju

il-Kamerun

iċ-Ċina

Kuba

Cape Verde

il-Djibouti

ir-Repubblika Domenicana

l-Alġerija

l-Ekwador

l-Eġittu

Eritrea

Eswatini

l-Etjopja

il-Fiġi

il-Gabon

il-Ghana

il-Gambja

il-Guinea

il-Guinea Ekwatorjali

il-Guinea-Bissau

il-Guyana

il-Haïti

l-Indoneżja

l-Indja

l-Iraq

l-Iran

il-Ġamajka

il-Ġordan

il-Kenja

il-Kirġiżstan

il-Kambodja

Comoros

il-Korea ta' Fuq

il-Kuwajt

il-Każakistan

il-Laos

il-Libanu

is-Sri Lanka

il-Liberja

il-Lesoto

il-Libja

il-Marokk

Madagascar

il-Mali

il-Myanmar/Burma

il-Mongolja

il-Mauritania

il-Maldivi

il-Malawi

il-Możambique

in-Namibja

in-Niġer

in-Niġerja

in-Nepal

l-Oman

Papua New Guinea

il-Filippini

il-Pakistan

il-Qatar

ir-Russja

ir-Rwanda

l-Arabja Sawdija

is-Sudan

Sierra Leone

is-Senegal

is-Somalja

is-Suriname

is-Sudan t'Isfel

São Tomé u Príncipe

is-Sirja

iċ-Chad

it-Togo

it-Tajlandja

it-Taġikistan

it-Turkmenistan

it-Tuneżija

it-Turkija

it-Tanzanija

l-Uganda

l-Użbekistan

il-Vjetnam

il-Jemen

l-Afrika t'Isfel

iż-Żambja

iż-Żimbabwe

2.   L-ENTITAJIET U L-AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX RIKONOXXUTI BĦALA STATI MINN TAL-ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED

il-Kosovo kif definita mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999

l-Awtorità Palestinjana


ANNESS II

LISTA TA' PAJJIŻI TERZI LI Ċ-ĊITTADINI TAGĦHOM HUMA EŻENTI MILL-ĦTIEĠA LI JKOLLHOM VIZA FIL-PUSSESS TAGĦHOM META JAQSMU L-FRUNTIERI ESTERNI TAL-ISTATI MEMBRI GĦAL SOĠĠORNI TA' MHUX AKTAR MINN 90 JUM FI KWALUNKWE PERJODU TA' 180 JUM

1.   STATI

l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (1)

l-Andorra

l-Emirati Għarab Magħquda (2)

Antigua u Barbuda

l-Albanija (1)

l-Arġentina

l-Awstralja

il-Bożnija-Ħerzegovina (1)

Barbados

il-Brunei

il-Brażil

il-Baħamas

il-Kanada

iċ-Ċili

Kolombja

il-Costa Rica

Dominica (2)

il-Mikroneżja (2)

Grenada (2)

il-Georġja (3)

il-Gwatemala

il-Honduras

Iżrael

il-Ġappun

Kiribati (2)

Saint Kitts u Nevis

il-Korea t'Isfel

Saint Luċia (2)

Monaco

Moldova (4)

il-Montenegro (5)

il-Gżejjer Marshall (6)

Mauritius

il-Messiku

il-Malasja

in-Nikaragwa

Nauru (6)

New Zealand

il-Panama

il-Perù (6)

Palau (6)

il-Paragwaj

is-Serbja (esklużi d-detenturi ta' passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Koordinazzjoni Serb (bil-lingwa Serba: Koordinaciona uprava)) (5)

il-Gżejjer Solomon

Seychelles

Singapore

San Marino

El Salvador

Timor-Leste (6)

Tonga (6)

Trinidad u Tobago

Tuvalu (6)

l-Ukrajna (7)

l-Istati Uniti

l-Urugwaj

is-Santa Sede

Saint Vincent u l-Grenadini (6)

Il-Venezwela

Vanuatu (6)

Samoa

2.   IR-REĠJUNI AMMINISTRATTIVI SPEĊJALI TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

Hong Kong SAR (8)

Il-Macao SAR (9)

3.   ĊITTADINI BRITTANNIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U TAL-IRLANDA TA' FUQ GĦALL-FINIJIET TAL-LIĠI TAL-UNJONI

Ċittadini Britanniċi (barra mill-pajjiż)

Ċittadini Brittaniċi tat-territorji barra l-pajjiż (BOTC)

Ċittadini Britanniċi barra l-pajjiż (BOC)

Persuni Britanniċi protetti (BPP)

Soġġetti Brittaniċi (BS)

4.   ENTITAJIET U AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX RIKONOXXUTI BĦALA STATI MINN TAL-ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED

It-Tajwan (10)


(1)  L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika biss għad-detenturi ta' passaporti biometriċi.

(2)  L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.

(3)  L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika biss għad-detenturi ta' passaporti biometriċ maħruġa mill-Georġja skont l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).

(4)  L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tkun limitata għad-detenturi tal-passaporti biometriċi maħruġa mill-Moldova skont l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).

(5)  L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika biss għad-detenturi ta' passaporti biometriċi.

(6)  L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.

(7)  L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika biss għad-detenturi ta' passaporti biometriċ maħruġa mill-Ukrajna skont l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).

(8)  L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża a għandha tapplika biss għad-detenturi ta' passaport “Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong”.

(9)  L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża għandha tapplika biss għad-detenturi ta' passaport “Região Administrativa Especial de Macau”.

(10)  L-eżenzjoni mill-ħtieġa ta' viża għandha tapplika biss għad-detenturi tal-passaporti maħruġa mit-Tajwan li jinkludu numru tal-karta ta' identità.


ANNESS III

IR-REGOLAMENT IMĦASSAR FLIMKIEN MA' LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001

(ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1)

 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2414/2001

(ĠU L 327, 12.12.2001, p. 1)

 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 453/2003

(ĠU L 69, 13.3.2003, p. 10)

 

Att ta' Adeżjoni tal-2003, Anness II, punt 18(B)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851/2005

(ĠU L 141, 4.6.2005, p. 3)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1)

Il-ħdax inċiż biss tal-Artikolu 1(1) fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 539/2001, u l-punt 11(B)(3) tal-Anness

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006

(ĠU L 405, 30.12.2006, p. 23)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1244/2009

(ĠU L 336, 18.12.2009, p. 1)

 

Regolament (UE) Nru 1091/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 329, 14.12.2010, p. 1)

 

Regolament (UE) Nru 1211/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 339, 22.12.2010, p. 6)

 

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013

(ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1)

Ir-raba' inċiż biss tal-Artikolu 1(1)(k), u l-punt 13(B)(2) tal-Anness

Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1)

L-Artikolu 4 biss

Regolament (UE) Nru 1289/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 347, 20.12.2013, p. 74)

 

Regolament (UE) Nru 259/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 105, 8.4.2014, p. 9)

 

Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67)

 

Regolament (UE) 2017/371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 61, 8.3.2017, p. 1)

 

Regolament (UE) 2017/372 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 61, 8.3.2017, p. 7)

 

Regolament (UE) 2017/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 133, 22.5.2017, p. 1)

 


ANNESS IV

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 539/2001

Dan ir-Regolament

Artikolu -1

Artikolu 1

Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(1)

Artikolu 1(1), it-tieni subpargrafu

Artikolu 3(2)

Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1)

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, kliem ta' introduzzjoni

Artikolu 4(2), il-kliem ta' introduzzjoni

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 4(2)(a)

Artikolu 1(2), it-tieni subpargarfu, it-tieni inċiż

Artikolu 4(2)(b)

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 4(2)(c)

Artikolu 1(3)

Artikolu 5

Artikolu 1(4)

Artikolu 7

Artikolu 1a(1) u (2)

Artikolu 8(1) u (2)

Artikolu 1a (2a)

Artikolu 8(3)

Artikolu 1a (2b)

Artikolu 8(4)

Artikolu 1a (3)

Artikolu 8(5)

Artikolu 1a (4)

Artikolu 8(6)

Artikolu 1a (5)

Artikolu 8(7)

Artikolu 1a (6)

Artikolu 8(8)

Artikolu 1b

Artikolu 9

Artikolu 1c

Artikolu 9(2)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 4a

Artikolu 11

Artikolu 4b (1) u (2)

Artikolu 10 (1) u (2)

Artikolu 4b (2a)

Artikolu 10(3)

Artikolu 4b (3)

Artikolu 10(4)

Artikolu 4b (3a)

Artikolu 10(5)

Artikolu 4b (4)

Artikolu 10(6)

Artikolu 4b (5)

Artikolu 10(7)

Artikolu 4b (6)

Artikolu 10(8)

Artikolu 5

Artikolu 12

Artikolu 6

Artikolu 13

Artikolu 7

Artikolu 14

Artikolu 8

Artikolu 15

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness IV


28.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/59


REGOLAMENT (UE) 2018/1807 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Novembru 2018

dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropa

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija qed taċċellera. It-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni m'għadhiex qasam speċifiku, iżda l-pedament tas-sistemi u s-soċjetajiet ekonomiċi moderni u innovattivi kollha. Id-data elettronika tinsab fiċ-ċentru ta' dawk is-sistemi u tista' tiġġenera valur kbir meta tiġi analizzata jew ikkombinata ma' servizzi u prodotti. Fl-istess ħin, l-iżvilupp rapidu tal-ekonomija tad-data u teknoloġiji emerġenti bħall-Intelliġenza Artifiċjali, il-prodotti u s-servizzi relatati mal-Internet tal-Oġġetti, is-sistemi awtonomi, u l-5G qed iqajmu kwistjonijiet legali ġodda fir-rigward ta' kwistjonijiet dwar l-aċċess għad-data, l-użu mill-ġdid tad-data, ir-responsabbiltà, l-etika u s-solidarjetà. Jjenħtieġ li tiġi kkunsidrata ħidma dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà, b'mod partikolari permezz ta' implimentazzjoni ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u prattiki tajbin oħra, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet, id-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet li jittieħdu mingħajr interazzjoni umana matul il-katina tal-valur kollha tal-ipproċessar tad-data. Tali ħidma tista' wkoll tinkludi mekkaniżmi adatti għad-determinazzjoni tar-responsabbiltà, għat-trasferimenti tar-responsabbiltà fost servizzi li jikkooperaw, għall-assigurazzjoni u għall-awditjar.

(2)

Il-ktajjen tal-valur tad-data huma mibnija fuq attivitajiet differenti tad-data: il-ħolqien u l-ġbir tad-data; l-aggregazzjoni u l-organizzazzjoni tad-data; l-ipproċessar tad-data; l-analiżi, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tad-data; l-użu u l-użu mill-ġdid tad-data. Il-funzjonament effikaċi u effiċjenti tal-ipproċessar tad-data huwa element fundamentali fi kwalunkwe katina tal-valur tad-data. Madankollu, il-funzjonament effikaċi u effiċjenti tal-ipproċessar tad-data u l-iżvilupp tal-ekonomija tad-data fl-Unjoni jiġu mxekkla, b'mod partikolari, minn żewġ tipi ta' ostakli għall-mobbiltà tad-data u għas-suq intern: ir-rekwiżiti tal-lokalizzazzjoni tad-data stabbiliti mill-Istati Membri u l-prattiċi ta' intrappolament tal-klijentela fis-settur privat.

(3)

Il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-provvista ta' servizzi skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) japplikaw għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data. Madankollu, il-provvista ta' dawn is-servizzi tiġi mfixkla jew xi kultant tiġi mwaqqfa minn ċerti rekwiżiti nazzjonali, reġjonali jew lokali biex id-data tiġi lokalizzata f'territorju partikolari.

(4)

Tali ostakoli għall-moviment liberu ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data u għad-dritt ta' stabbiliment ta' fornituri tas-servizz joriġinaw minn rekwiżiti fil-liġijiet tal-Istati Membri biex id-data tiġi lokalizzata f'żona jew territorju ġeografiku partikolari għall-fini tal-ipproċessar tad-data. Regoli jew prattiki amministrattivi oħra għandhom effett ekwivalenti billi jimponu rekwiżiti partikolari li jagħmluha iktar diffiċli li d-data tiġi pproċessata 'l barra minn żona jew territorju ġeografiku fl-Unjoni, bħal rekwiżiti biex jintużaw faċilitajiet teknoloġiċi li huma ċċertifikati jew approvati fi Stat Membru partikolari. L-inċertezza legali fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-lokalizzazzjoni tad-data leġittimi u illeġittimi tkompli tillimita l-għażliet disponibbli għall-parteċipanti fis-suq u għas-settur pubbliku rigward il-lokalità tal-ipproċessar tad-data. Dan ir-Regolament bl-ebda mod ma jillimita l-libertà tan-negozji li jikkonkludu kuntratti li jispeċifikaw fejn għandha tkun lokalizzata d-data. Dan ir-Regolament għandu biss l-għan li jissalvagwardja dik l-libertà billi jiżgura li l-lokalizzazzjoni miftiehma tista' tkun tinsab fi kwalunkwe post fl-Unjoni.

(5)

Fl-istess waqt, il-mobbiltà tad-data fl-Unjoni tixxekkel ukoll minn restrizzjonijiet privati: kwistjonijiet legali, kuntrattwali u tekniċi li jfixklu jew jipprevjenu lill-utenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data milli jittrasferixxu d-data tagħhom minn fornitur ta' servizz għal ieħor jew lura għas-sistemi tal-informazzjoni teknoloġika (IT) tagħhom, b'mod partikolari meta jintemm il-kuntratt tagħhom ma' fornitur tas-servizzi.

(6)

Dawk l-ostakli kkombinati wasslu għal nuqqas ta' kompetizzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi ta' “cloud” fl-Unjoni, għal diversi kwistjonijiet ta' intrappolament tal-klijentela, u għal nuqqas serju ta' mobbiltà tad-data. Bl-istess mod, il-politiki ta' lokalizzazzjoni tad-data dgħajfu l-kapaċità tal-kumpaniji ta' riċerka u żvilupp li jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn impriżi, universitajiet u organizzazzjonijiet tar-riċerka oħrajn bl-għan li jixprunaw l-innovazzjoni.

(7)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u minħabba l-ħtieġa għal kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fl-Unjoni, sett uniku ta' regolamenti għall-parteċipanti kollha fis-suq huwa element ewlieni għall-funzjonament tas-suq intern. Sabiex jitneħħew ostakli għall-kummerċ u distorsjonijiet fil-kompetizzjoni li jirriżultaw minn diverġenzi bejn il-liġijiet nazzjonali u biex jiġi evitat l-iżvilupp ta' ostakli oħra potenzjali għall-kummerċ u distorsjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni, huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli uniformi applikabbli fl-Istati Membri kollha.

(8)

Il-qafas legali dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, u dwar ir-rispett tal-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali fil-komunikazzjonijiet elettroniċi u b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttivi (UE) 2016/680 (4) u 2002/58/KE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mhumiex affettwati minn dan ir-Regolament.

(9)

L-espansjoni tal-Internet tal-Oġġetti, l-intelliġenza artifiċjali u t-tagħlim awtomatizzat, jirrappreżentaw sorsi ewlenin ta' data mhux personali, pereżempju b'riżultat tal-użu tagħhom fi proċessi awtomatizzati ta'produzzjoni industrijali. Eżempji speċifiċi ta' data mhux personali jinkludu settijiet ta' data aggregati u anonimizzati li jintużaw għall-analitika tal-big data, data dwar il-biedja ta' preċiżjoni li tista' tgħin biex jiġi immonitorjat u ottimizzat l-użu tal-pestiċidi u tal-ilma, jew id-data dwar il-ħtiġijiet ta' manutenzjoni tal-magni industrijali. Jenħtieġ li jekk l-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li data anonimizzata tinbidel f'data personali, tali data tiġi trattata bħala data personali, u jenħtieġ għalhekk li jkun japplika r-Regolament (UE) 2016/679.

(10)

Taħt ir-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri la jistgħu jirrestrinġu u lanqas jipprojbixxu l-moviment liberu ta' data personali fl-Unjoni għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni ta' persuni naturali fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-istess prinċipju tal-moviment liberu fl-Unjoni għal data mhux personali ħlief fejn restrizzjoni jew projbizzjoni tkun ġustifikata minn raġunijiet tas-sigurtà pubblika. Ir-Regolament (UE) 2016/679 u dan ir-Regolament jipprovdu sett koerenti ta' regoli li jikkonċernaw il-moviment liberu ta' tipi differenti ta' data. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jimponix obbligu li t-tipi differenti ta' data jinħażnu b'mod separat.

(11)

Sabiex jinħoloq qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni u l-pedamenti għall-iżvilupp tal-ekonomija tad-data u għat-titjib tal-kompetittività fl-industrija tal-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas legali ċar, komprensiv u prevedibbli għall-ipproċessar tad-data li mhijiex data personali fis-suq intern. Approċċ ibbażat fuq il-prinċipji li jipprevedi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll awtoregolamentazzjoni huwa suppost li jiżgura li l-qafas ikun flessibbli biżżejjed biex ikun jista' jqis il-ħtiġijiet dejjem jevolvu tal-utenti, tal-fornituri u tal-awtoritajiet nazzjonali fl-Unjoni. Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' trikkib ma' mekkaniżmi eżistenti, u b'hekk jiġu evitati piżijiet ogħla kemm għall-Istati Membri kif ukoll għan-negozji, jenħtieġ li ma jiġux stabbiliti regoli tekniċi dettaljati.

(12)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax l-ipproċessar tad-data safejn dan jitwettaq bħala parti minn attività li ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. B'mod partikolari, wieħed għandu jiftakar li, f'konformità mal-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”), is-sigurtà nazzjonali tibqa' r-responsabbiltà unika ta' kull Stat Membru.

(13)

Il-moviment liberu tad-data fl-Unjoni se jkollu rwol importanti biex ikun hemm tkabbir u innovazzjoni mmexxija mid-data. L-istess bħan-negozji u l-konsumaturi, l-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi tal-Istati Membri li huma regolati mil-liġi pubblika huma mistennija li jibbenefikaw minn aktar libertà tal-għażla fir-rigward ta' fornituri ta' servizzi mmexxija mid-data, minn prezzijiet aktar kompetittivi u minn forniment aktar effiċjenti ta' servizzi liċ-ċittadini. Minħabba l-ammonti kbar ta' data li l-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi regolati mil-liġi pubblika jimmaniġġjaw, huwa ta' importanza kbira li huma jagħtu eżempju billi jużaw servizzi ta' pproċessar tad-data u li huma jżommu lura milli jagħmlu kwalunkwe restrizzjoni tal-lokalizzazzjoni tad-data meta dawn jużaw is-servizzi tal-ipproċessar tad-data. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi regolati mil-liġi pubblika għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament. F'dan ir-rigward, il-prinċipju tal-moviment liberu tad-data mhux personali previst minn dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll għal prattiki amministrattivi ġenerali u konsistenti u għal rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data oħra fil-qasam tal-akkwist pubbliku, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(14)

Bħal fil-każ tad-Direttiva 2014/24/UE, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-organizzazzjoni interna tal-Istati Membri u li jallokaw, fost l-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi regolati mil-liġi pubblika setgħat u responsabbiltajiet għall-ipproċessar ta' data mingħajr rimunerazzjoni kuntrattwali ta' partijiet privati, kif ukoll il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jipprovdu għall-implimentazzjoni ta' dawk is-setgħat u responsabbiltajiet. Filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi u korpi regolati mil-liġi pubblika huma mħeġġa jikkunsidraw il-benefiċċji ekonomiċi u benefiċċji oħrajn tal-esternalizzazzjoni lil fornituri esterni tas-servizzi, huma jista' jkollhom raġunijiet leġittimi biex ikun hemm l-għażla ta' awtoforniment ta' servizzi jew internalizzazzjoni. Konsegwentement, l-ebda element minn dan ir-Regolament ma jobbliga lill-Istati Membri biex jikkuntrattaw jew jesternalizzaw il-forniment ta' servizzi li huma jixtiequ jipprovdu huma nfushom jew li jorganizzawhom b'mezzi oħra li mhumiex kuntratti pubbliċi.

(15)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jipprovdu servizzi tal-ipproċessar tad-data lil utenti li jgħixu jew li għandhom stabbiliment fl-Unjoni, inklużi dawk li jipprovdu servizzi tal-ipproċessar tad-data fl-Unjoni mingħajr stabbiliment fl-Unjoni. Dan ir-Regolament għalhekk jenħtieġ li ma japplikax għal servizzi tal-ipproċessar tad-data li jsir barra mill-Unjoni u għar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data relatati ma' tali data.

(16)

Dan ir-Regolament ma jistabbilixxix regoli dwar id-determinazzjoni tad-dritt applikabbli fi kwistjonijiet kummerċjali u għalhekk huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). B'mod partikolari, sa fejn il-liġi applikabbli għal kuntratt ma tkunx intgħażlet skont dak ir-Regolament, kuntratt għall-forniment ta' servizzi huwa, fil-prinċipju, regolat mil-liġi tal-pajjiż tar-residenza abitwali tal-fornitur tas-servizz.

(17)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data fl-aktar sens wiesa', fejn jiġbor fih l-użu tat-tipi kollha ta' sistemi tal-IT, jekk ikunux jinsabu fil-bini tal-utent jew esternalizzati għal fornitur ta' servizz. Jenħtieġ li jkopri l-ipproċessar tad-data ta' livelli differenti ta' intensità, mill-ħżin tad-data (Infrastruttura bħala Servizz (IaaS)) għall-ipproċessar tad-data fuq pjattaformi (Pjattaforma bħala Servizz (PaaS)) jew f'applikazzjonijiet (Softwer bħala Servizz (SaaS)).

(18)

Ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data jirrappreżentaw ostaklu ċar għall-għoti mingħajr ħlas ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data fl-Unjoni u għas-suq intern. Għalhekk, dawn jenħtieġ li jiġu pprojbiti sakemm ma jkunux ġustifikati għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika, kif definit bid-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari fis-sens tal-Artikolu 52 tat-TFUE, u jissodisfaw il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. Sabiex jagħtu effett lill-prinċipju tal-moviment liberu transfruntier ta' data mhux personali, biex jiżguraw it-tneħħija rapida ta' rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data eżistenti u biex għal raġunijiet operazzjonali jippermettu l-ipproċessar tad-data f'diversi lokalitajiet fl-Unjoni kollha, u peress li dan ir-Regolament jipprovdi miżuri biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tad-data għal skopijiet ta' kontroll regolatorju, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvokaw is-sigurta' pubblika biss bħala ġustifikazzjoni għal rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data.

(19)

Il-kunċett ta' “sigurtà pubblika” fis-sens tal-Artikolu 52 tat-TFUE u kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, ikopri kemm is-sigurtà interna kif ukoll dik esterna ta' Stat Membru, kif ukoll kwistjonijiet ta' sikurezza pubblika, sabiex, b'mod partikolari, jiffaċilita l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali. Dan jassumi l-eżistenza ta' theddida ġenwina u serja biżżejjed li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà, bħal theddida għall-funzjonament ta' istituzzjonijiet u servizzi pubbliċi essenzjali u s-sopravivenza tal-popolazzjoni, kif ukoll ir-riskju ta' disturb serju fir-relazzjonijiet barranin jew għall-koeżistenza paċifika tan-nazzjonijiet, jew riskju għall-interessi militari. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data li huma ġustifikati għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika jenħtieġ li jkunu xierqa għall-kisba tal-objettiv segwit, u jenħtieġ li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(20)

Sabiex jiżguraw l-applikazzjoni effikaċi tal-prinċipju tal-moviment liberu transfruntier ta' data mhux personali, u biex jipprevjenu l-emerġenza ta' ostakli ġodda għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni kwalunkwe abbozz ta' att li jintroduċi rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data ġdid jew li jimmodifika rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data eżistenti. Dawk l-abbozzi ta' atti jenħtieġ li jiġu sottomessi u vvalutati skont id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(21)

Barra minn hekk, sabiex jitneħħew ostakli potenzjali eżistenti, waqt perjodu tranżizzjonali ta' 24 xahar mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu rieżami tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti ta' natura ġenerali li jistabbilixxu r-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data u jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe tali rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jikkunsidraw konformi ma' dan ir-Regolament, flimklien ma' ġustifikazzjoni għaliha. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Kummissjoni teżamina l-konformità ta' kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jifdal. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tagħmel kummenti, fejn xieraq, lill-Istat Membru inkwistjoni. Tali kummenti jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni biex jiġi emendat jew imħassar ir-rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data.

(22)

L-obbligi li jiġu kkomunikati r-rekwiżiti eżistenti ta' lokalizzazzjoni tad-data u abbozzi ta' atti lill-Kummissjoni stabbiliti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għar-rekwiżiti regolatorji ta' lokalizzazzjoni tad-data u għal abbozzi ta' atti ta' natura ġenerali, iżda mhux għal deċiżjonijiet indirizzati lil persuna fiżika jew ġuridika speċifika.

(23)

Sabiex jiżguraw it-trasparenza tar-rekwiżiti ta' lokalizzazjoni tad-data fl-Istati Membri stabbiliti f'liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta' natura ġenerali għal persuni fiżiċi u ġuridiċi, bħal fornituri tas-servizzi u utenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, l-Istati Membri jenħtieġ li jippubblikaw l-informazzjoni dwar tali rekwiżiti fuq punt nazzjonali uniku ta' informazzjoni online, u jaġġornaw reġolarment dik l-informazzjoni. Alternattivament, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar tali rekwiżiti lil punt ta' informazzjoni ċentrali stabbilit taħt att tal-Unjoni ieħor. Sabiex jinformaw kif xieraq lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi dwar ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data fl-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-indirizzi ta' tali punti uniċi ta' informazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika din l-informazzjoni fuq is-sit web tagħha stess, flimkien ma' lista konsolidata aġġornata regolarment tar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data kollha fis-seħħ fl-Istati Membri, inkluża informazzjoni fil-qosor dwar dawk ir-rekwiżiti.

(24)

Ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data spiss joriġinaw minn nuqqas ta' fiduċja fl-ipproċessar transfruntier tad-data, li jirriżulta minn perċezzjonijiet ta' nuqqas ta' disponibbiltà ta' data għall-iskopijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bħall-ispezzjoni u l-verifika għal kontroll regolatorju jew superviżorju. Tali nuqqas ta' fiduċja ma jistax jingħeleb biss permezz tan-nullità ta' termini kuntrattwali li jipprojbixxu aċċess legali għad-data mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet uffiċjali tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistipula b'mod ċar li huwa ma jaffettwax is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti biex jitolbu jew jiksbu aċċess għal data skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, u li l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jiġu irrifjutati l-aċċess għad-data fuq il-bażi li d-data tiġi pproċessata fi Stat Membru ieħor. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu rekwiżiti funzjonali biex jappoġġjaw l-aċċess għad-data, bħal pereżempju jirrikjedu li d-deskrizzjonijiet tas-sistema jinżammu fl-Istat Membru kkonċernat.

(25)

Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma soġġetti għal obbligazzjonijiet biex jipprovdu data lill-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonformaw ma' tali obbligazzjonijiet billi jagħtu u jiggarantixxu aċċess elettroniku effikaċi u f'waqtu għad-data lill-awtoritajiet kompetenti, irrispettivament mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tiġi pproċessata d-data. Tali aċċess jista' jiġi żgurat permezz ta' termini u kundizzjonijiet konkreti f'kuntratti bejn il-persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għall-obbligazzjoni li tagħti l-aċċess u l-fornitur tas-servizz.

(26)

Fejn persuna fiżika jew ġuridika tkun soġġetta għal xi obbligu li tipprovdi data u tonqos milli tikkonforma ma' dak l-obbligu, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun tista' tfittex għajnuna minn awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra. F'tali każijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jużaw strumenti speċifiċi ta' kooperazzjoni fil-ligi tal-Unjoni jew taħt ftehimiet internazzjonali, skont is-suġġett fil-każ partikolari, pereżempju, fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija, tal-ġustizzja kriminali jew ċivili jew fi kwistjonijiet amministrattivi rispettivament, id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI (9), id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità (11), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 (12), id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (13) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (14). Fin-nuqqas ta' tali mekkaniżmi ta' kooperazzjoni speċifiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw bejniethom bl-għan li jipprovdu aċċess għad-data mitluba, permezz ta' punti uniċi ta' kuntatt deżinjati.

(27)

Fejn talba għall-għajnuna timplika li jinkiseb aċċess għal kwalunkwe fond ta' persuna fiżika jew ġuridika, inkluż għal kwalunkwe tagħmir u mezzi tal-ipproċessar tad-data, mill-awtorità li ssirilha t-talba, dan l-aċċess irid ikun skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi proċedurali nazzjonali, inkluż kwalunkwe rekwiżit biex tinkiseb awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel.

(28)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jippermettix lill-utenti jippruvaw jevadu l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali. Għalhekk dan jenħtieġ li jipprevedi l-impożizzjoni, mill-Istati Membri, ta' penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-utenti li jimpedixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jaċċessaw id-data tagħhom li tkun meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti taħt il-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali. F'każijiet urġenti, fejn utent jabbuża mid-dritt tiegħu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jimponu miżuri provviżorji strettament proporzjonati. Kwalunkwe miżura provviżorja li tirrikjedi r-rilokalizzazzjoni tad-data għal aktar minn 180 jum wara r-rilokalizzazzjoni tkun tiddevja mill-prinċipju tal-moviment liberu tad-data għal perjodu sinifikanti u, għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni għall-eżami tal-kompatibbiltà tagħha mal-liġi tal-Unjoni.

(29)

Il-kapaċità ta' trasferiment mingħajr xkiel ta' data hija fattur ewlieni fil-faċilitazzjoni tal-għażla għall-utent u ta' kompetizzjoni effikaċi fis-swieq għal servizzi tal-ipproċessar tad-data. Id-diffikultajiet reali jew perċepiti għat-trasferiment transfruntiera tad-data wkoll jimminaw il-kunfidenza tal-utenti professjonali meta jaċċettaw offerti transfruntiera u, għalhekk, il-kunfidenza tagħhom fis-suq intern. Filwaqt li l-konsumaturi individwali jibbenefikaw mil-liġi eżistenti tal-Unjoni, il-kapaċità li jibdlu l-fornituri ta' servizzi ma tiġix iffaċilitata għall-dawk l-utenti li jkunu jaġixxu fil-kors tal-attivitajiet ta' negozju jew professjonali tagħhom. Rekwiżiti tekniċi konsistenti madwar l-Unjoni, kemm jekk jikkonċernaw armonizzazzjoni teknika, rikonoxximent reċiproku jew armonizzazzjoni volontarja wkoll jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' suq intern kompetittiv għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data.

(30)

Sabiex jisfruttaw b'mod sħiħ l-ambjent kompetittiv, l-utenti professjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati u b'mod faċli jqabblu l-komponenti individwali tad-diversi servizzi tal-ipproċessar tad-data offruti fis-suq intern, inkluż skont it-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali tat-trasferiment tad-data mat-terminazzjoni ta' kuntratt. Sabiex jallinjaw mal-potenzjal tal-innovazzjoni tas-suq u biex iqisu l-esperjenza u l-għarfien espert tal-fornituri u tal-utenti professjonali ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, l-informazzjoni dettaljata u r-rekwiżiti operazzjonali għat-trasferiment tad-data jenħtieġ li jiġu ddefiniti minn parteċipanti fis-suq permezz tal-awtoregolamentazzjoni, imħeġġa, iffaċilitata u mmonitorjata mill-Kummissjoni, fil-forma ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni, li jistgħu jinkludu mudelli ta' klawsoli u kundizzjonijiet kuntrattwali.

(31)

Sabiex ikunu aktar effikaċi u jagħmlu aktar faċli l-bdil bejn fornituri ta' servizzi u t-trasferiment ta' data, jenħtieġ li tali kodiċijiet ta' kondotta jkunu komprensivi u jkopru minn tal-inqas aspetti ewlenin li huma importanti matul il-proċess tat-trasferiment tad-data, bħall-proċessi użati għal, u l-lokalità ta', back-ups tad-data; il-formats u l-appoġġi disponibbli tad-data; il-konfigurazzjoni meħtieġa tal-IT u l-bandwidth minima tan-netwerk; il-ħin meħtieġ qabel ma jibda l-proċess tat-trasferiment u l-ħin li matulu d-data ser tibqa' disponibbli għat-trasferiment u l-garanziji biex tiġi aċċessata d-data fil-każ tal-falliment tal-fornitur tas-servizzi. Il-kodiċijiet ta' kondotta jenħtieġ ukoll li jagħmluha ċara li l-intrappolament tal-klijentela mhijiex prattika kummerċjali aċċettabbli, jenħtieġ li huma jipprovdu teknoloġiji li jkabbru l-fiduċja, u jenħtieġ li jkunu aġġornati regolarment biex iżommu l-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u start-ups, utenti u l-fornituri tas-servizzi ta' “cloud” jiġu kkonsultati fil-proċess. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-iżvilupp, kif ukoll l-effikaċja tal-implimentazzjoni, ta' tali kodiċijiet ta' kondotta.

(32)

Fejn awtorità kompetenti fi Stat Membru titlob l-għajnuna minn Stat Membru ieħor biex tikseb aċċess għad-data skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li din tippreżenta, permezz ta' punt uniku ta' kuntatt deżinjat, talba ġustifikata kif xieraq lill-punt uniku ta' kuntatt deżinjat ta' dan tal-aħħar, li għandha tinkludi spjegazzjoni bil-miktub tar-raġunijiet u tal-bażijiet legali għaliex qiegħda titlob aċċess għad-data. Il-punt uniku ta' kuntatt deżinjat mill-Istat Membru li l-għajnuna tiegħu hija mitluba jenħtieġ li jiffaċilita t-trażmissjoni tat-talba lill-awtorità kompetenti rilevanti fl-Istat Membri li ssirlu t-talba. Sabiex tiżgura kooperazzjoni effikaċi, jenħtieġ li l-awtorità li tintbagħtilha talba, tagħti mingħajr dewmien żejjed għajnuna bħala risposta għal talba partikolari jew tagħti informazzjoni dwar diffikultajiet misjuba fl-adempiment ma' tali talba, jew tagħti r-raġunijiet tagħha għaliex tirrifjutaha.

(33)

It-tisħiħ tal-fiduċja fis-sigurtà tal-ipproċessar transfruntier tad-data jenħtieġ li jnaqqas il-propensità tal-parteċipanti fis-suq u tas-settur pubbliku biex jużaw il-lokalizzazzjoni tad-data bħala indikatur għas-sigurtà tad-data. Jenħtieġ li jtejjeb ukoll iċ-ċertezza legali għal kumpaniji fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta' sigurtà applikabbli meta jesternalizzaw l-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data tagħhom lil fornituri ta' servizzi, inklużi dawk fi Stati Membri oħra.

(34)

Kwalunkwe rekwiżit ta' sigurtà relatat mal-ipproċessar tad-data li jiġi applikat b'mod ġustifikat u proporzjonat abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni fl-Istat Membru ta' residenza jew tal-istabbiliment tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li d-data tagħhom hija kkonċernata jenħtieġ li jkompli japplika għall-ipproċessar ta' dik id-data fi Stat Membru ieħor. Dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jenħtieġ li jkunu jistgħu jissodisfaw tali rekwiżiti jew huma stess jew permezz ta' klawsoli kuntrattwali fil-kuntratti mal-fornituri tas-servizzi.

(35)

Ir-rekwiżiti ta' sigurtà stabbiliti fil-livell nazzjonali jenħtieġ li jkunu neċessarji u proporzjonati għar-riskji għas-sigurtà tal-ipproċessar tad-data fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi nazzjonali li fiha jkunu stabbiliti dawn ir-rekwiżiti.

(36)

Id-Direttiva 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) tipprevedi miżuri legali biex jagħtu spinta lil-livell ġeneral taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. Servizzi tal-ipproċessar tad-data jikkostitwixxu wieħed mis-servizzi diġitali koperti minn dik id-Direttiva. Skont dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi diġitali jidentifikaw u jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa u proporzjonati sabiex jimmaniġġjaw ir-riskji għas-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li jużaw. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jiggarantixxu livell xieraq ta' sigurtà tan-netwerks għar-riskju ppreżentat, u jenħtieġ li jikkunsidraw is-sigurtà tas-sistemi u tal-faċilitajiet; l-ittrattar ta' inċidenti; il-ġestjoni tal-kontinwità tal-attività; il-monitoraġġ; il-verifika u l-ittestjar; u l-konformità mal-istandards internazzjonali. Dawn il-miżuri għandhom jiġu speċifikati aktar mill-Kummissjoni fl-atti ta' implimentazzjoni taħt dik id-Direttiva.

(37)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari bl-għan li tiddetermina l-ħtieġa għal modifikazzjonijiet fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi jew tas-suq. Dak ir-rapport jenħtieġ li b'mod partikolari jevalwa dan ir-Regolament, speċjalment l-applikazzjoni tiegħu għas-settijiet ta' data li jkunu magħmula minn data personali u mhux personali, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-eċċezzjoni tas-sigurtà pubblika. Qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika wkoll linji gwida informattivi, dwar kif għandhom jiġu ġestiti s-settijiet ta' data li jkunu magħmula minn data personali u mhux personali, sabiex il-kumpaniji, inklużi l-SMEs, jifhmu aħjar l-interazzjoni bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2016/679, u biex tiġi żgurata l-konformità maż-żewġ Regolamenti.

(38)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li jiġi interpretat u applikat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji, inklużi d-drittijiet għall-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u l-libertà ta' intrapriża.

(39)

Ladarba l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiżgura l-moviment liberu ta' data għajr ta' data personali fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-moviment liberu ta' data li mhijiex data personali fl-Unjoni billi jistabbilixxi regoli relatati mar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data, id-disponibbiltà tad-data għall-awtoritajiet kompetenti u t-trasferiment tad-data għal utenti professjonali.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' data elettronika li mhijiex data personali fl-Unjoni, li:

(a)

jiġi pprovdut bħala servizz lill-utenti li jirrisjedu jew li jkollhom stabbiliment fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk il-fornitur tas-servizz ikunx stabbilit fl-Unjoni jew le; jew

(b)

isir minn persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha stabbiliment fl-Unjoni għall-ħtiġijiet tagħha stess.

2.   F'każ ta' sett ta' data magħmul minn data personali u mhux personali, dan ir-Regolament japplika għall-parti mis-sett ta' data li tikkonċerna d-data mhux personali. Fejn id-data personali u d-data mhux personali f'sett ta' data jkunu marbuta intrinsikament, dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679.

3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal attività li ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-organizzazzjoni interna ta' Stati Membri u li jallokaw, fost l-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi regolati mil-liġi pubblika, definiti fil-punt 4 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE, setgħat u responsabbiltajiet għall-ipproċessar ta' data mingħajr remunerazzjoni kuntrattwali ta' partijiet privati, kif ukoll għal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' Stati Membri li jipprovdu għall-implimentazzjoni ta' dawk is-setgħat u responsabbiltajiet.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“data” tfisser data li mhijiex data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679;

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet li jitwettqu fuq data jew fuq settijiet ta' data f'format elettroniku, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, l-adattament jew it-tibdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, id-divulgazzjoni bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew il-kombinament, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

(3)

“abbozz ta' att” tfisser test abbozzat bil-għan li jkun ppromulgat bħala liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta' natura ġenerali, fejn it-test ikun fl-istadju ta' tħejjija li fih ikunu għadhom jistgħu jsiru emendi sostantivi;

(4)

“fornitur tas-servizzi” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizzi tal-ipproċessar tad-data;

(5)

“rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data” tfisser kwalunkwe obbligu, projbizzjoni, kundizzjoni, limitu jew rekwiżit ieħor previsti fil-liġijiet, fir-regolamenti jew fid-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru jew li jirriżultaw mill-prattiki amministrattivi ġenerali u konsistenti fi Stat Membru u f'korpi regolati mil-liġi pubblika, inkluż fil-qasam tal-akkwist pubbliku, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/24/UE, li jimponu l-ipproċessar ta' data fit-territorju ta' Stat Membru partikolari jew li jxekklu l-ipproċessar ta' data fi kwalunkwe Stat Membru ieħor;

(6)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità ta' Stat Membru jew kwalunkwe entità oħra awtorizzata mil-liġi nazzjonali biex twettaq funzjoni pubblika jew biex teżerċita awtorità uffiċjali, li għandha s-setgħa li tikseb aċċess għal data pproċessata minn persuna fiżika jew ġuridika biex twettaq id-dmirijiet uffiċjali tagħha, kif previst fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali;

(7)

“utent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtorità pubblika jew korp regolat mil-liġi pubblika, li tuża jew li titlob servizz ta' pproċessar tad-data;

(8)

“utent professjonali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtorità pubblika jew korp regolat mil-liġi pubblika, li tuża jew li titlob servizz ta' pproċessar tad-data għal skopijiet relatati mal-kummerċ, negozju, sengħa, professjoni jew kompitu tagħha.

Artikolu 4

Moviment liberu ta' data fl-Unjoni

1.   Ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data għandhom jiġu projbiti, sakemm ma jkunux ġustifikati għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika f'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità.

L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 u għar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data stabbiliti abbażi tal-liġi eżistenti tal-Unjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni kwalunkwe abbozz ta' att li jintroduċi rekwiżit ġdid ta' lokalizzazzjoni tad-data jew li jagħmel tibdil f'rekwiżit eżistenti ta' lokalizzazzjoni tad-data skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva (UE) 2015/1535.

3.   Sat-30 ta' Mejju 2021, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitħassar kwalunkwe rekwiżit eżistenti ta' lokalizzazzjoni tad-data, li jkun stabbilit f'xi liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta' natura ġenerali, u li ma jikkonformax mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Sat-30 ta' Mejju 2021, jekk Stat Membru jqis li miżura eżistenti li fiha rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data hija konformi mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għalhekk tista' tibqa' fis-seħħ, huwa għandu jikkomunika dik il-miżura lill-Kummissjoni, flimkien ma' ġustifikazzjoni għaliex għandha tinżamm fis-seħħ. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha, fi żmien perjodu ta' sitt xhur mid-data meta tirċievi tali komunikazzjoni, teżamina l-konformità ta' dik il-miżura mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandha, fejn xieraq, tibgħat kummenti lill-Istat Membru inkwistjoni, inkluż, fejn meħtieġ, li tirrakkomanda l-emendar jew it-tħassir tal-miżura.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dettalji ta' kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jkun stabbilit f'xi liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta' natura ġenerali u applikabbli fit-territorju tagħhom disponibbli għall-pubbliku permezz ta' punt nazzjonali uniku ta' informazzjoni online li huma għandhom iżommu aġġornat, jew jipprovdu dettalji aġġornati ta' kwalunkwe tali rekwiżit ta' lokalizzazzjoni lil punt ċentrali ta' informazzjoni stabbilit taħt att ieħor tal-Unjoni.

5.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-indirizz tal-punt uniku tagħhom ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-link jew links għal tali punt jew punti fuq is-sit web tagħha, flimkien ma' lista konsolidata, regolarment aġġornata, tar-rekwiżiti kollha ta' lokalizzazzjoni tad-data, imsemmijin fil-paragrafu 4, inkluża informazzjoni fil-qosor dwar dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 5

Disponibbiltà tad-data għall-awtoritajiet kompetenti

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti biex jitolbu jew jiksbu aċċess għal data biex iwettqu d-dmirijiet uffiċjali tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali. L-aċċess għad-data mill-awtoritajiet kompetenti ma jistax jiġi rrifjutat fuq il-bażi li d-data tiġi pproċessata fi Stat Membru ieħor.

2.   Fejn, wara li tkun talbet aċċess għal data ta' utent, awtorità kompetenti ma tiksibx aċċess għal data u jekk ma jkun jeżisti l-ebda mekkaniżmu ta' kooperazzjoni speċifiku taħt il-liġi tal-Unjoni jew ftehimiet internazzjonali sabiex id-data tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti, dik l-awtorità kompetenti tista' titlob l-għajnuna minn awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7.

3.   Fejn talba għall-għajnuna timplika li jinkiseb aċċess għal kwalunkwe fond ta' persuna fiżika jew ġuridika, inkluż għal kwalunkwe tagħmir u mezzi tal-ipproċessar tad-data, mill-awtorità li ssirilha t-talba, dan l-aċċess għandu jkun skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi proċedurali tal-Istat Membru.

4.   L-Istati Membri jistgħu jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għal nuqqas ta' konformità mal-obbligu li tiġi pprovduta data, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali.

F'każ ta' abbuż ta' drittijiet minn utent speċifiku, Stat Membru jista', fejn dan ikun ġustifikat mill-urġenza li tiġi aċċessata d-data u filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-partijiet ikkonċernati, jimponi miżuri interim strettament proporzjonali fuq dak l-utent. F'każ li miżura interim timponi rilokalizzazzjoni ta' data għal perjodu li huwa itwal minn 180 jum wara r-rilokalizzazzjoni, din għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni matul dak il-perjodu ta' 180 jum. Il-Kummissjoni għandha, fl-iqsar żmien possibbli, teżamina l-miżura u l-kompatibbiltà tagħha mal-liġi tal-Unjoni, u fejn xieraq, tieħu l-miżuri meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tiskambja informazzjoni mal-punti uniċi ta' kuntatt tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 7 dwar l-esperjenza miksuba f'dan ir-rigward.

Artikolu 6

Trasferiment tad-data

1.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji fil-livell tal-Unjoni (“kodiċi ta' kondotta”), sabiex tikkontribwixxi għal ekonomija tad-data kompetittiva, ibbażata fuq il-prinċipji tat-trasparenza u tal-interoperabbiltà u li tqis l-istandards miftuħa li jkopru, inter alia, l-aspetti li ġejjin:

(a)

l-aħjar prattiki li jiffaċilitaw il-bdil tal-fornituri tas-servizzi u t-trasferiment ta' data bl-użu ta' formati strutturati, komunement użati u f'format li jinqara minn magna, inklużi formati ta' standards miftuħa fejn ikun meħtieġ jew mitlub mill-fornitur tas-servizz li jirċievi d-data;

(b)

rekwiżiti minimi ta' informazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-utenti professjonali, qabel ma jiġi konkluż kuntratt għall-ipproċessar tad-data, jingħataw informazzjoni ddettaljata, ċara u trasparenti biżżejjed fir-rigward tal-proċessi, ir-rekwiżiti tekniċi, il-perjodi ta' żmien u t-tariffi li japplikaw fil-każ li utent professjonali jixtieq jibdel għal fornitur ieħor jew jittrasferixxi d-data lura għas-sistemi tal-IT tiegħu stess;

(c)

approċċi għal skemi ta' ċertifikazzjoni li jiffaċilitaw it-tqabbil ta' prodotti u servizzi tal-ipproċessar tad-data għal utenti professjonali, filwaqt li jitqiesu normi nazzjonali jew internazzjonali stabbiliti, li jiffaċilitaw il-kompatibilità ta' dawk il-prodotti u s-servizzi. Tali approċċi jistgħu jinkludu, inter alia, il-ġestjoni tal-kwalità, il-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni, il-ġestjoni tal-kontinwità tan-negozju u l-ġestjoni ambjentali.

(d)

pjanijiet direzzjonali ta' komunikazzjoni li jkollhom approċċ multidixxiplinarju biex jissensibilizzaw dwar il-kodiċi ta' kondotta fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti.

2.   II-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kodiċijiet ta' kondotta jiġu żviluppati f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi assoċjazzjonijiet ta' SMEs u start-ups, utenti u fornituri tas-servizzi ta' “cloud”.

3.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi biex jiffinalizzaw l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta sad-29 ta' Novembru 2019 u biex jimplimentawhom b'mod effettiv sad-29 ta' Mejju 2020.

Artikolu 7

Proċedura għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.   Kull Stat Membru għandu jiddeżinja punt uniku ta' kuntatt li għandu jikkomunika mal-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-punti uniċi ta' kuntatt deżinjati u kwalunkwe bidla sussegwenti li tista' ssirilhom.

2.   Fejn awtorità kompetenti fi Stat Membru wieħed titlob l-għajnuna minn Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 5(2), biex tikseb aċċess għal data, hija għandha tissottometti talba motivata kif xieraq lill-punt uniku ta' kuntatt deżinjat ta' dan tal-aħħar. It-talba għandha tinkludi spjegazzjoni bil-miktub tar-raġunijiet u tal-bażijiet legali għaliex qiegħda tfittex aċċess għad-data.

3.   Il-punt uniku ta' kuntatt għandu jidentifika l-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru tiegħu u jibgħat it-talba riċevuta skont il-paragrafu 2 lil dik l-awtorità kompetenti.

4.   L-awtorità kompetenti relevanti hekk mitluba għandha, mingħajr dewmien żejjed u f'perjodu ta' żmien proporzjonat għall-urġenza tat-talba, tipprovdi risposta li fiha tikkomunika d-data mitluba, jew tinforma lill-awtorità kompetenti li għamlet it-talba li hija ma tqisx li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għat-talba ta' għajnuna taħt dan ir-Regolament.

5.   Kwalunkwe informazzjoni skambjata fil-kuntest ta' għajnuna mitluba u mogħtija taħt il-Artikolu 5(2) għandha tintuża biss fir-rigward tal-materja li għaliha tkun intalbet.

6.   Il-punti uniċi ta' kuntatt għandhom jagħtu informazzjoni ġenerali lill-utenti dwar dan ir-Regolament, inkluża dik dwar il-kodiċijiet ta' kondotta.

Artikolu 8

Evalwazzjoni u linji gwida

1.   Mhux iktar tard mid-29 ta' Novembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li jevalwa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(a)

l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari għal settijiet ta' data magħmula minn data personali u mhux personali fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq li jistgħu jespandu l-possibilitajiet għal data deanonimizzata;

(b)

l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Artikolu 4(1), u b'mod partikolari l-eċċezzjoni tas-sigurtà pubblika; u

(c)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni effikaċi tal-kodiċijiet ta' kondotta u l-provvista effettiva ta' informazzjoni mill-fornituri tas-servizzi.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Sad-29 ta' Mejju 2019 il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida informattiva dwar l-interazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tas-settijiet ta' data magħmula minn data personali u mhux personali.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Novembru 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. EDTSTADLER


(1)  ĠU C 227, 28.6.2018, p. 78.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2018.

(3)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(4)  Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(5)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(6)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(7)  Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(8)  Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(9)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89).

(10)  Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1).

(11)  Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità, CETS Nru 185.

(12)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1).

(13)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(14)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

(15)  Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).


DIRETTIVI

28.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/69


DIRETTIVA (UE) 2018/1808 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Novembru 2018

li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbiddlu

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-aħħar emenda sostantiva għad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (4), sussegwentement ikkodifikata mid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), saret fl-2007 bl-adozzjoni tad-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Minn dakinhar 'l hawn, is-suq tas-servizzi tal-media awdjoviżiva evolva b'mod sinifikanti u mgħaġġel minħabba l-konverġenza kontinwa bejn is-servizzi tat-televiżjoni u tal-internet. L-iżviluppi teknoloġiċi ippermettew tipi ġodda ta' servizzi u esperjenzi ġodda għall-utenti. It-tendenzi tat-telespettaturi, b'mod partikolari dawk tal-ġenerazzjonijiet ta' żgħażagħ, inbiddlu b'mod sinifikanti. Filwaqt li l-iskrin ewlieni tat-TV jibqa' apparat importanti għall-kondiviżjoni ta' esperjenzi awdjoviżivi, bosta telespettaturi mxew għal apparati portabbli oħra biex jaraw kontenut awdjoviżiv.

Il-kontenut tradizzjonali tat-TV għadu jammonta għal sehem kbir tal-ħin medju li fih it-telespettaturi jaraw it-TV kuljum. Madankollu, tipi ġodda ta' kontenut, bħal videos qosra jew kontenut iġġenerat mill-utenti, kisbu importanza dejjem ikbar u parteċipanti ġodda, inkluż fornituri tas-servizzi ta' video-on-demand u ta' pjattaformi ta' video-sharing, issa huma stabbiliti sew. Din il-konverġenza tal-media teħtieġ qafas ġuridiku aġġornat sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi fis-suq u biex jinkisbu bilanċ bejn l-aċċess għas-servizzi tal-kontenut online, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività.

(2)

Fis-6 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni intitolata “Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa” li fiha ħabbret reviżjoni tad-Direttiva 2010/13/UE.

(3)

Id-Direttiva 2010/13/UE jenħtieġ li tibqa' applikabbli biss għal dawk is-servizzi li l-fini ewlieni tagħhom huwa l-forniment ta' programmi sabiex jipprovdu informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni. Jenħtieġ li r-rekwiżit tal-fini ewlieni jitqies ukoll li ġie ssodisfat jekk is-servizz ikollu kontenut u forma awdjoviżivi li huma separabbli mill-attività ewlenija tal-fornitur tas-servizzi, bħal partijiet indipendenti ta' gazzetti online li juru programmi awdjoviżivi jew videos iġġenerati mill-utenti fejn dawk il-partijiet jistgħu jitqiesu separabbli mill-attività ewlenija tagħhom. Jenħtieġ li servizz jitqies li huwa sempliċiment komplement inseparabbli mill-attività ewlenija minħabba r-rabtiet bejn l-offerta awdjoviżiva u l-attività ewlenija, bħal aħbarijiet mogħtija f'forma miktuba. Bħala tali, il-kanali, jew kwalunkwe servizz awdjoviżiv ieħor taħt ir-responsabbiltà editorjali ta' fornitur, fihom infushom jistgħu jikkostitwixxu servizzi tal-media awdjoviżiva, anke jekk huma offruti fuq pjattaforma ta' video-sharing li hija kkaratterizzata min-nuqqas ta' responsabbiltà editorjali. F'każijiet bħal dawn, ikun f'idejn il-fornituri b'responsabbiltà editorjali li jikkonformaw mad-Direttiva 2010/13/UE.

(4)

Is-servizzi ta' pjattaforma ta' video-sharing jipprovdu kontenut awdjoviżiv li kulma jmur qed isir aktar aċċessibbli mill-pubbliku ġenerali, b'mod partikolari miż-żgħażagħ. Dan huwa minnu wkoll fir-rigward tas-servizzi tal-media soċjali, li saru mezzi importanti għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni, divertiment u edukazzjoni, inkluż billi jipprovdu aċċess għal programmi u videos iġġenerati mill-utenti. Dawk is-servizzi tal-media soċjali jeħtieġu li jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE peress li jikkompetu għall-istess udjenzi u dħul bħas-servizzi tal-media awdjoviżiva. Barra minn hekk, huma għandhom ukoll impatt konsiderevoli minħabba li jiffaċilitaw il-possibbiltà għall-utenti li jifformaw u jinfluwenzaw l-opinjonijiet ta' utenti oħra. Għalhekk, sabiex il-minorenni jiġu protetti minn kontenut ta' ħsara u ċ-ċittadini kollha jiġu protetti minn inċitament għall-mibegħda, il-vjolenza u t-terroriżmu, jenħtieġ li dawn is-servizzi jkunu koperti mid-Direttiva 2010/13/UE sa fejn dawn jissodisfaw id-definizzjoni ta' servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing.

(5)

Filwaqt li l-għan tad-Direttiva 2010/13/UE mhuwiex li tirregola s-servizzi tal-media soċjali bħala tali, servizz tal-media soċjali jenħtieġ li jkun kopert jekk il-forniment ta' programmi u videos iġġenerati mill-utenti jikkostitwixxi funzjonalità essenzjali ta' dak is-servizz. Il-forniment ta' programmi u ta' videos iġġenerati mill-utenti jista' jitqies li jikkostitwixxi funzjonalità essenzjali tas-servizz tal-media soċjali jekk il-kontenut awdjoviżiv mhuwiex biss anċillari għall-attivitajiet ta' dak is-servizz tal-media soċjali jew ma jikkostitwixxix parti żgħira tal-attivitajiet ta' dak is-servizz tal-media soċjali. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza, l-effikaċja u l-konsistenza tal-implimentazzjoni, jenħtieġ li, fejn meħtieġ, il-Kummissjoni toħroġ linji gwida, wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Kuntatt, dwar l-applikazzjoni prattika tal-kriterju ta' funzjonalità essenzjali tad-definizzjoni ta' “servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing”. Jenħtieġ li dawk il-linji gwida jiġu abbozzati bir-rispett dovut għall-objettivi ta' interess pubbliku ġenerali li għandu jinkiseb mill-miżuri li għandhom jittieħdu mill-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing u d-dritt tal-libertà ta' espressjoni.

(6)

Meta taqsima separabbli tas-servizz tikkostitwixxi servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing għall-finijiet tad-Direttiva 2010/13/UE, jenħtieġ li dik it-taqsima biss tkun koperta minn dik id-Direttiva, u biss fir-rigward ta' programmi u videos iġġenerati mill-utenti. Filmati inkorporati f'kontenut editorjali ta' verżjonijiet elettroniċi ta' gazzetti u rivisti u immaġnijiet animati bħal GIFs jenħtieġ li ma jkunux koperti mid-Direttiva 2010/13/UE. Id-definizzjoni ta' servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing jenħtieġ li ma tkoprix attivitajiet li mhumiex ekonomiċi, bħall-forniment ta' kontenut awdjoviżiv fuq siti web privati u komunitajiet ta' interess mhux kummerċjali.

(7)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2010/13/UE, huwa kruċjali li l-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu rekords aġġornati tal- fornituri tas-servizzi tal-media u tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u li b'mod regolari jikkondividu dawk ir-rekords mal-awtoritajiet jew korpi regolatorji indipendenti kompetenti tagħhom u mal-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk ir-rekords jinkludu informazzjoni dwar il-kriterji li fuqhom hija bbażata l-ġurisdizzjoni.

(8)

L-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni jeħtieġ valutazzjoni tas-sitwazzjonijiet fattwali kontra l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE. Il-valutazzjoni ta' sitwazzjonijiet fattwali bħal dawn tista' twassal għal riżultati konfliġġenti. Fl-applikazzjoni tal-proċeduri ta' kooperazzjoni previsti f'dik id-Direttiva, huwa importanti li l-Kummissjoni tkun tista' tibbaża s-sejbiet tagħha fuq fatti affidabbli. Għalhekk jenħtieġ li l-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (ERGA) jkollu s-setgħa li jipprovdi opinjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni fuq it-talba tal-Kummissjoni. Fejn il-Kummissjoni, meta tapplika dawk il-proċeduri ta' kooperazzjoni, tiddeċiedi li tikkonsulta lill-ERGA, jenħtieġ li tinforma lill-Kumitat ta' Kuntatt, inkluż dwar notifiki li jaslu mingħand Stati Membri skont dawk il-proċeduri ta' kooperazzjoni u dwar l-opinjoni tal-ERGA.

(9)

Il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għal-limitazzjoni tal-libertà biex jingħataw u jiġu rċevuti servizzi tal-media awdjoviżiva jenħtieġ li jkunu l-istess kemm għal servizzi lineari kif ukoll għal servizzi mhux lineari.

(10)

Skont il-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti”), huwa possibbli li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantiti skont it-Trattat tista' tiġi ristretta għal raġunijiet imperattivi fl-interess pubbliku ġenerali, bħalma huma li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, dment li tali restrizzjonijiet ikunu ġustifikati, proporzjonati u neċessarji. Għalhekk, jenħtieġ li Stat Membru jkun jista' jieħu ċerti miżuri biex jiżgura r-rispett għar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur li ma jaqgħux fl-oqsma ikkoordinati mid-Direttiva 2010/13/UE. Il-miżuri meħuda minn Stat Membru biex jinforza s-sistema nazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tal-konsumaturi, inkluż fir-rigward ta' reklamar dwar il-logħob tal-azzard, jeħtieġ li jkunu ġustifikati, proporzjonati għall-għan li jrid jintlaħaq, u neċessarji kif meħtieġ skont il-każistika tal-Qorti. Fi kwalunkwe każ, Stat Membru li jirċievi m'għandu jieħu l-ebda miżura li tipprevjeni r-ritrażmissjoni, fit-territorju tiegħu, ta' xandiriet televiżivi li ġejjin minn Stat Membru ieħor.

(11)

Meta Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni li fornitur tas-servizzi tal-media jkun stabbilixxa ruħu fl-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni sabiex jevita r-regoli aktar stretti fl-oqsma koordinati mid-Direttiva 2010/13/UE, li jkunu applikabbli għal dak il-fornitur li kieku kien stabbilit fl-Istat Membru notifikanti, jenħtieġ li jippreżenta evidenza kredibbli u sostanzjata b'mod debitu għal dak il-għan. Tali evidenza jenħtieġ li tiddeskrivi sett ta' fatti li jikkorroboraw li jippermettu li tali ċirkomvenzjoni tkun stabbilita raġonevolment.

(12)

Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Regolamentazzjoni Aħjar għal Riżultati Aħjar – Aġenda tal-UE, il-Kummissjoni enfasizzat li, waqt li tqis is-soluzzjonijiet ta' politika, hija ser tqis kemm mezzi regolatorji kif ukoll dawk mhux regolatorji, immudellati fuq il-Komunità ta' prattika u l-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar. Għadd ta' kodiċijiet ta' kondotta stabbiliti fl-oqsma koordinati mid-Direttiva 2010/13/UE taw prova li huma mfasslin tajjeb, f'konformità mal-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar. L-eżistenza ta' protezzjoni leġislattiva tqieset bħala fattur ta' suċċess importanti fil-promozzjoni tal-konformità mal-kodiċi awtoregolatorju jew koregolatorju. Huwa importanti bl-istess mod li tali kodiċijiet jistabbilixxu miri u objettivi speċifiċi li jippermettu l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-objettivi mmirati mill-kodiċijiet ta' kondotta. Jenħtieġ li l-kodiċijiet ta' kondotta jipprevedu wkoll infurzar effettiv. Dawn il-prinċipji jenħtieġ li jkunu segwiti mill-kodiċijiet awtoregolatorji u koregolatorji adottati fl-oqsma kkoordinati mid-Direttiva 2010/13/UE.

(13)

L-esperjenza uriet li kemm l-istrumenti awtoregolatorji kif ukoll dawk koregolatorji, implimentati skont it-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri, jista' jkollhom rwol importanti fit-twassil ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi. Il-miżuri mmirati lejn il-kisba ta' objettivi ta' interess pubbliku ġenerali fis-settur tas-servizzi tal-media awdjoviżiva emerġenti jkunu aktar effettivi jekk jittieħdu bl-appoġġ attiv tal-fornituri tas-servizzi nfushom.

(14)

Għalhekk l-awtoregolamentazzjoni tikkostitwixxi tip ta' inizjattiva volontarja li tippermetti lill-operaturi ekonomiċi, lis-sħab soċjali, lill-organizzazzjonijiet u lill-assoċjazzjonijiet nongovernattivi jadottaw linji gwida komuni bejniethom u għalihom. Huma responsabbli għall-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-konformità ma' dawk il-linji gwida. Jenħtieġ li l-Istati Membri, skont it-tradizzjonijiet legali differenti tagħhom, jirrikonoxxu r-rwol li l-awtoregolamentazzjoni effettiva tista' taqdi bħala komplement għall-mekkaniżmi leġislattivi, ġudizzjarji u amministrattivi fis-seħħ u l-kontribut utli tagħha għall-kisba tal-għanijiet tad-Direttiva 2010/13/UE. Madankollu, filwaqt li l-awtoregolamentazzjoni tista' tkun metodu komplementari għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/13/UE, jenħtieġ li ma tikkostitwixxix sostitut għall-obbligi tal-leġislatur nazzjonali. Il-koregolamentazzjoni tagħti, fis-sura minima tagħha, ħolqa legali bejn l-awtoregolamentazzjoni u l-leġislatur nazzjonali skont it-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri. Fil-koregolamentazzjoni, ir-rwol regolatorju huwa maqsum bejn il-partijiet ikkonċernati u l-gvern jew l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali. Ir-rwol tal-awtoritajiet pubbliċi rilevanti jinkludi r-rikonoxximent tal-iskema koregolatorja, il-verifika tal-proċessi tagħha u l-finanzjament tal-iskema. Jenħtieġ li l-koregolamentazzjoni tippermetti l-possibbiltà għal intervent mill-Istat f'każ li l-objettivi tagħha ma jintlaħqux. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi formali tal-Istati Membri fir-rigward tat-traspożizzjoni, id-Direttiva 2010/13/UE tinkoraġġixxi l-użu tal- awtoregolamentazzjoni u koregolamentazzjoni. Jenħtieġ li dan la jobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu sistemi awtoregolatorji jew koregolatorji, jew it-tnejn, u lanqas ifixkel jew jipperikola inizjattivi koregolatorji attwali li diġà hemm fis-seħħ fl-Istati Membri u li qegħdin jiffunzjonaw b'mod effettiv.

(15)

It-trasparenza tas-sjieda tal-media hija direttament marbuta mal-libertà tal-espressjoni, element fundamentali ta' sistemi demokratiċi. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta' fornituri tas-servizzi tal-media, fejn tali sjieda tirriżulta fil-kontroll jew l-eżerċizzju ta' influwenza sinifikanti fuq il-kontenut tas-servizzi pprovduti, tippermetti lill-utenti jagħmlu ġudizzju infurmat dwar tali kontenut. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeterminaw jekk u sa liema punt l-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta' fornitur tas-servizzi tal-media għandha tkun aċċessibbli għal utenti, sakemm l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali kkonċernati hija rispettata u li miżuri bħal dawn huma meħtieġa u proporzjonati.

(16)

Minħabba n-natura speċifika tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, speċjalment l-impatt ta' dawk is-servizzi fuq il-mod kif il-persuni jiffurmaw opinjonijiet, l-utenti għandhom interess leġittimu li jkunu jafu min hu responsabbli għall-kontenut ta' dawk is-servizzi. Sabiex tissaħħaħ il-libertà tal-espressjoni, u, b'estensjoni, biex jiġi promoss il-pluraliżmu tal-media u jiġu evitati konflitti ta' interess, huwa importanti għall-Istati Membri li jiżguraw li l-utenti jkollhom aċċess faċli u dirett f'kull ħin għall-informazzjoni dwar il-fornituri tas-servizzi tal-media. Huwa f'idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi, b'mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni li tista' tingħata dwar l-istruttura tas-sjieda u sidien benefiċjarji.

(17)

Sabiex jiġu żgurati l-koerenza u ċ-ċertezza legali għan-negozji u għall-awtoritajiet tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-kunċett ta' “inċitament għal vjolenza jew mibegħda”, ikun mifhum skont it-tifsira tad-definizzjoni fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI (7).

(18)

Meta titqies l-evoluzzjoni tal-mezzi li permezz tagħhom jixxerred il-kontenut permezz ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, huwa importanti li l-pubbliku ġenerali jiġi protett mill-inċitament għat-terroriżmu. Għalhekk id-Direttiva 2010/13/UE jenħtieġ li tiżgura li s-servizzi tal-media awdjoviżiva ma jkunx fihom provokazzjoni pubblika biex jitwettaq reat terroristiku. Sabiex jiġu żgurati l-koerenza u ċ-ċertezza legali lin-negozji u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-kunċett ta' “provokazzjoni pubbliku biex jitwettaq reat terroristiku” jiġi mifhum skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(19)

Sabiex it-telespettaturi, inkluż il-ġenituri u l-minorenni, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li ser jiġi segwit, huwa neċessarju li l-fornituri tas-servizzi tal-media jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Dak jista' jsir, pereżempju, permezz ta' sistema ta' deskritturi tal-kontenut, twissija akustika, simbolu viżiv jew kwalunkwe mezz ieħor, li jiddeskrivi n-natura tal-kontenut.

(20)

Il-miżuri adatti għall-protezzjoni tal-minorenni applikabbli għas-servizzi tax-xandir televiżiv jenħtieġ li japplikaw ukoll għal servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand. Dak għandu jżid il-livell ta' protezzjoni. L-approċċ ta' armonizzazzjoni minima jippermetti li l-Istati Membri jiżviluppaw livell ogħla ta' protezzjoni għal kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. L-aktar kontenut ta' ħsara, li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali ta' minorenni, iżda li mhux bilfors jikkostitwixxi reat kriminali, għandu jkun soġġett għall-miżuri l-aktar stretti bħall-kriptaġġ u kontrolli effettivi tal-ġenituri, mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta' miżuri aktar stretti mill-Istati Membri.

(21)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jirrikonoxxi li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom. L-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' protezzjoni tat-tfal mill-fornituri tas-servizzi tal-media jwassal inevitabbilment għall-ipproċessar ta' data personali ta' minorenni. Minħabba li tali mekkaniżmi għandhom l-għan li jipproteġu t-tfal, id-data personali ta' minorenni pproċessata fil-qafas ta' miżuri tekniċi tal-protezzjoni tat-tfal jenħtieġ li ma tintużax għal finijiet kummerċjali.

(22)

L-iżgurar tal-aċċessibbiltà ta' kontenut awdjoviżiv huwa rekwiżit essenzjali fil-kuntest tal-impenji meħuda taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà. Fil-kuntest tad-Direttiva 2010/13/UE, jenħtieġ li t-terminu “persuni b'diżabbiltà” jiġi interpretat fid-dawl tan-natura tas-servizzi koperti minn dik id-Direttiva, li huma s-servizzi tal-media awdjoviżiva. Id-dritt tal-persuni b'insuffiċjenza u tal-anzjani li jipparteċipaw u jiġu integrati fil-ħajja soċjali u kulturali tal-Unjoni huwa marbut mal-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva aċċessibbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri, mingħajr dewmien żejjed, jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ifittxu b'mod attiv li jagħmlu kontenut aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà, b'mod partikolari dawk b'insuffiċjenza fil-vista jew fis-smigħ. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jenħtieġ li jiġu ssodisfati permezz ta' proċess progressiv u kontinwu, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet prattiċi u inevitabbli li jistgħu jipprevjenu aċċessibbiltà sħiħa, bħal programmi jew avvenimenti mxandra f'ħin reali. Sabiex jitkejjel il-progress li jkunu wettqu l-fornituri tas-servizzi tal-media biex jagħmlu s-servizzi tagħhom progressivament aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà tal-vista jew tas-smigħ, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu lill-fornituri tas-servizzi tal-media stabbiliti fit-territorju tagħhom biex jinfurmawhom fuq bażi regolari.

(23)

Il-mezz biex tinkiseb l-aċċessibbiltà tas-servizzi tal-media awdjoviżiva skont id-Direttiva 2010/13/UE jenħtieġ li jinkludu, iżda jeħtieġ li ma jkunux limitati għal-lingwaġġ tas-sinjali, is-sottotitoli għat-torox u għal dawk b'diffikultajiet tas-smigħ, sottotitoli mitkellma, u deskrizzjoni awdjo. Madankollu, dik id-Direttiva ma tkoprix karatteristiċi jew servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva, u lanqas ma tkopri l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tal-gwidi elettroniċi tal-programmi (EPGs). Għalhekk, dik id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni li għandha l-għan li tarmonizza l-aċċessibbiltà ta' servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva, bħal siti web, applikazzjonijiet online u EPGs, jew il-forniment ta' informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà u f'formati aċċessibbli.

(24)

F'xi każijiet, jista' ma jkunx possibbli li tingħata informazzjoni ta' emerġenza b'mod li jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà. Madankollu, tali każijiet eċċezzjonali jenħtieġ li ma jipprevenux informazzjoni ta' emerġenza milli ssir pubblika permezz ta' servizzi tal-media awdjoviżiva.

(25)

Id-Direttiva 2010/13/UE hija mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-Istati Membri li jimponu obbligi biex tiġi żgurata l-prominenza xierqa ta' kontenut ta' interess ġenerali definit skont objettivi ta' interess ġenerali definiti, bħall-pluraliżmu tal-media, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali. Dawn l-obbligi jenħtieġ li jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar mill-Istati Membri f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu regoli dwar il-prominenza xierqa, dawn għandhom jimponu biss obbligi proporzjonati fuq l-impriżi, fl-interess ta' kunsiderazzjonijiet leġittimi ta' politika pubblika.

(26)

Sabiex tiġi protetta r-responsabbiltà editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-media u tal-katina tal-valur awdjoviżiva, huwa essenzjali li tiġi ggarantita l-integrità tal-programmi u s-servizzi tal-media awdjoviżiva fornuti mill-fornituri tas-servizzi tal-media. Jenħtieġ li l-programmi u s-servizzi tal-media awdjoviżiva ma jiġux trażmessi f'forma mqassra, mibdula jew interrotti, jew sovrapposti għal finijiet kummerċjali, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-fornituri tas-servizzi tal-media. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li s-sovrapposti mibdija jew awtorizzati biss minn dak li jirċievi s-servizz għal użu privat, bħalma huma s-sovrapposti li jirriżultaw minn servizzi għal komunikazzjonijiet individwali, ma jkunux jirrikjedu l-kunsens tal-fornitur ta' servizzi tal-media. Jenħtieġ li ma jiġux koperti l-elementi tal-kontroll ta' kwalunkwe interfaċċa tal-utent meħtieġa għat-tħaddim tal-apparat jew għan-navigazzjoni tal-programm, bħall-buttuni tal-volum, funzjonijiet tat-tiftix, menus tan-navigazzjoni jew listi tal-kanali. Is-sovrapposti leġittimi bħal informazzjoni ta' twissija, informazzjoni ta' interess tal-pubbliku ġenerali, sottotitoli jew komunikazzjonijiet kummerċjali forniti mill-fornitur tas-servizz tal-media wkoll jenħtieġu li ma jiġux koperti. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), anke tekniki ta' kompressjoni li jnaqqsu d-daqs ta' fajl tad-data u tekniki oħra li jadattaw servizz għall-mezz ta' distribuzzjoni, bħar-riżoluzzjoni u l-kodifikazzjoni, mingħajr ma jimmodifikaw il-kontenut, jenħtieġ li ma jkunux koperti.

Jenħtieġ li miżuri għall-protezzjoni tal-integrità ta' programmi u ta' servizzi tal-media awdjoviżiva jiġu imposti fejn jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar mill-Istati Membri f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Tali miżuri jenħtieġ li jimponu obbligi proporzjonati fuq l-impriżi fl-interess ta' konsiderazzjonijiet leġittimi ta' politika pubblika.

(27)

Bl-eċċezzjoni tal-isponsorizzazzjoni u l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali, il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xarbiet alkoħoliċi f'servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand jenħtieġ li jikkonformaw mal-kriterji applikabbli għar-reklamar televiżiv u għat-telebejgħ għal xarbiet alkoħoliċi kif stipulat fid-Direttiva 2010/13/UE. Il-kriterji aktar dettaljati applikabbli għal reklamar televiżiv u għal telebejgħ għal xarbiet alkoħoliċi huma limitati għal spots ta' reklami, li min-natura tagħhom huma separati mill-programm, u għalhekk jeskludi komunikazzjonijiet kummerċjali oħra li huma marbutin mal-programm jew huma parti integrali mill-programm, bħala sponsorizzazzjoni u inklużjoni ta' prodotti kummerċjali. Konsegwentement, dawk il-kriterji jenħtieġ li ma japplikawx għal sponsorizzazzjoni u inklużjoni ta' prodotti kummerċjali f'servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand.

(28)

Ċerti linji gwida nutrizzjonali rikonoxxuti b'mod wiesa' jeżistu fil-livell nazzjonali u dak internazzjonali, bħall-mudell ta' profili nutrittivi tal-Uffiċċju Reġjonali tal- Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għall-Ewropa, sabiex tinħoloq differenza bejn l-ikel abbażi tal-kompożizzjoni nutrizzjonali tiegħu fil-kuntest tal-irreklamar tal-ikel għat-tfal fuq it-televiżjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jiżguraw li l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni, inkluż permezz ta' kodiċi ta' kondotta, jintużaw biex jitnaqqas effettivament l-esponiment tat-tfal għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel u x-xorb li fihom ħafna melħ, zokkor, xaħam, xaħmijiet saturati jew aċidi xaħmin trans jew inkella li ma jissodisfawx dawk il-linji gwida nutrizzjonali nazzjonali jew internazzjonali.

(29)

Bl-istess mod, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji jintużaw biex inaqqsu effettivament l-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. Ċerti sistemi awtoregolatorji jew koregolatorji jeżistu fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni sabiex ix-xorb alkoħoliku jiġi kkummerċjalizzat b'mod responsabbli, inkluż fil-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi. Dawk is-sistemi jeħtieġ li jiġu mħeġġa aktar, b'mod partikolari dawk li għandhom l-għan li jiżguraw li messaġġi dwar xorb responsabbli jakkumpanjaw komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku.

(30)

Huwa importanti li l-minorenni jiġu protetti b'mod effettiv mill-esponiment għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar il-promozzjoni tal-logħob tal-azzard. F'dan il-kuntest, bosta sistemi awtoregolatorji jew koregolatorji jeżistu fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali għall-promozzjoni ta' logħob tal-azzard responsabbli, inkluż fil-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi.

(31)

Sabiex jitneħħew l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' servizzi transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-effikaċja tal-miżuri awtoregolatorji u koregolatorji li, b'mod partikolari, għandhom l-għan li jipproteġu l-konsumaturi jew is-saħħa pubblika.

(32)

Is-suq għax-xandir tat-televiżjoni evolva u għalhekk hemm il-ħtieġa għal aktar flessibbiltà fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, b'mod partikolari għal regoli kwantitattivi għal servizzi tal-media awdjoviżiva lineari u l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali. Il-ħolqien ta' servizzi ġodda, inklużi dawk mingħajr reklamar, wassal għal għażla akbar għat-telespettaturi, li faċilment jistgħu jaqilbu għal offerti alternattivi.

(33)

Il-liberalizzazzjoni tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ma ġabitx magħha l-użu mistenni ta' din il-forma ta' komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva. B'mod partikolari, il-projbizzjoni ġenerali tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali, għalkemm b'xi eċċezzjonijiet, ma ħolqotx ċertezza legali għall-fornituri tas-servizzi tal-media. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali jenħtieġ għalhekk li titħalla fis-servizzi kollha tas-servizzi tal-media awdjoviżiva u servizzi ta' pjattaforma ta' video-sharing, soġġetta għal eċċezzjonijiet.

(34)

L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali jenħtieġ li ma tkunx permessa fl-aħbarijiet u fi programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar l-affarijiet tal-konsumaturi, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi għat-tfal. B'mod partikolari, l-evidenza uriet li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u r-riklami integrati jistgħu jaffettwaw l-imġiba tat-tfal peress li t-tfal spiss mhumiex kapaċi jagħrfu l-kontenut kummerċjali. Għalhekk hemm bżonn li tibqa' tiġi pprojbita l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali fil-programmi għat-tfal. Il-programmi għall-affarijiet tal-konsumaturi huma programmi li joffru pariri lit-telespettaturi jew li jinkludu analiżi dwar ix-xiri ta' prodotti u servizzi. Il-permess għall-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali fi programmi bħal dawn jista' jwassal biex id-distinzjoni bejn ir-reklamar u l-kontenut editorjali ma tkunx ċara għat-telespettaturi li jista' jkun li jistennew analiżi ġenwina u onesta tal-prodotti jew tas-servizzi f'tali programmi.

(35)

Il-fornituri tas-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand jenħtieġ li jippromwovu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej billi jiżguraw li l-katalgi tagħhom jinkludu sehem minimu ta' xogħlijiet Ewropej u li dawk jingħataw biżżejjed prominenza. It-tikkettar ta' metadata ta' kontenut awdjoviżiv li jikkwalifika bħala xogħol Ewropew jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ sabiex din il-metadata tkun disponibbli għal fornituri ta' servizzi tal-media. Il-prominenza tinvolvi l-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għal xogħlijiet bħal dawn. Il-prominenza tista' tiġi żgurata permezz ta' diversi mezzi bħal taqsima ddedikata għax-xogħlijiet Ewropej li tkun aċċessibbli mill-homepage tas-servizzi, il-possibbiltà ta' tfittxija għal xogħlijiet Ewropej bl-għodda ta' tiftix disponibbli bħala parti minn dak is-servizz, l-użu ta' xogħlijiet Ewropej f'kampanji ta' dak is-servizz jew perċentwal minimu ta' xogħlijiet Ewropej promossi mill-katalgu ta' dak is-servizz, pereżempju billi jintużaw banners jew għodod simili.

(36)

Sabiex jiġu żgurati livelli adegwati ta' investiment f'xogħlijiet Ewropej, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jimponu obbligi finanzjarji fuq il-fornituri tas-servizzi tal-media stabbiliti fit-territorju tagħhom. Dawk l-obbligi jistgħu jieħdu l-għamla ta' kontribuzzjonijiet diretti għall-produzzjoni u l-akkwist ta' drittijiet f'xogħlijiet Ewropej. L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll imposti pagabbli f'fond, fuq il-bażi tad-dħul iġġenerat mis-servizzi tal-media awdjoviżiva li huma pprovduti fit-territorju tagħhom u mmirati lejh. Din id-Direttiva tiċċara li, minħabba r-rabta diretta bejn l-obbligi finanzjarji u l-politiki kulturali differenti tal-Istati Membri, Stat Membru jitħalla wkoll jimponi tali obbligi finanzjarji fuq il-fornituri tas-servizz tal-media stabbiliti fi Stat Membru ieħor li jimmiraw it-territorju tiegħu. F'dak il-każ, jenħtieġ li l-obbligi finanzjarji jiġu imposti biss fuq id-dħul iġġenerat mill-udjenza fl-Istat Membru fil-mira. Jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi tal-media li huma meħtieġa jikkontribwixxu għal skemi ta' finanzjament ta' filmati fi Stat Membru fil-mira jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod nondiskriminatorju, anke fin-nuqqas ta' stabbiliment f'dak l-Istat Membru, mill-għajnuna disponibbli taħt l-iskemi rispettivi ta' finanzjament ta' filmati għal fornituri ta' servizzi tal-media.

(37)

Ix-xandara llum il-ġurnata qed jinvestu f'xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej minn fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand. Għalhekk, jekk Stat Membru fil-mira jagħżel li jimponi obbligu finanzjarju fuq xandar li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor, il-kontribuzzjonijiet diretti għall-produzzjoni u l-akkwist ta' drittijiet f'xogħlijiet Ewropej, b'mod partikolari l-koproduzzjonijiet, magħmula minn dak ix-xandar, jenħtieġ li jitqiesu, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipju tal-proporzjonalità. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jistabbilixxu, f'konformità mal-politika kulturali tagħhom u soġġett għall-kompatibbiltà ma' regoli ta' għajnuna tal-Istat, il-livell ta' kontribuzzjonijiet finanzjarja pagabbli mill-fornituri tas-servizz tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

(38)

Meta Stat Membru jivvaluta skont il-każ jekk servizz tal-media awdjoviżiva on-demand stabbilit fi Stat Membru ieħor ikunx qiegħed jimmira lejn udjenzi fit-territorju tiegħu, huwa jenħtieġ li jirreferi għal indikaturi bħar-reklamar jew promozzjonijiet oħra li jimmiraw speċifikament lejn il-konsumaturi fit-territorju tiegħu, il-lingwa ewlenija tas-servizz jew l-eżistenza ta' kontenut jew komunikazzjonijiet kummerċjali li jimmiraw speċifikament lejn l-udjenza fl-Istat Membru li jirċievi.

(39)

Meta Stati Membru jimponi kontribuzzjonijiet finanzjarji fuq fornituri tas-servizzi tal-media, jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet bħal dawn ifittxu li jiksbu promozzjoni adegwata ta' xogħlijiet Ewropej filwaqt li jevitaw ir-riskju ta' impożizzjoni doppja għall-fornituri tas-servizzi tal-media. B'dan il-mod, jekk l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur tas-servizzi tal-media jimponi tali kontribuzzjoni finanzjarja, jenħtieġ li dan jikkunsidra kull kontribuzzjoni finanzjarja imposta mill-Istati Membri fil-mira.

(40)

Sabiex jiġi żgurat li l-obbligi dwar il-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej ma jdgħajfux l-iżvilupp tas-suq u sabiex ikun permess id-dħul ta' parteċipanti ġodda fis-suq, jenħtieġ li l-fornituri mingħajr preżenza sinifikanti fis-suq ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti bħal dawn. Dan huwa l-każ b'mod partikolari għall-fornituri bi dħul baxx jew udjenza żgħira. Udjenza żgħira tista' tiġi ddeterminata, pereżempju, abbażi ta' ħin ta' xandir jew bejgħ, skont in-natura tas-servizz, filwaqt li biex jiġi ddeterminat id-dħul baxx jenħtieġ li jiġu kkunsidrati d-daqsijiet differenti ta' swieq awdjoviżivi fl-Istati Membri. Jista' wkoll ma jkunx xieraq li dawn ir-rekwiżiti jiġu imposti f'każijiet fejn, minħabba n-natura jew is-suġġett tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, dawn ikunu imprattikabbli jew mhux ġustifikati.

(41)

Huwa importanti li x-xandara jkollhom aktar flessibbiltà u jkunu jistgħu jiddeċiedu meta jagħmlu r-reklamar sabiex jimmassimizzaw id-domanda ta' dawk li jirreklamaw u l-fluss tat-telespettaturi. Huwa neċessarju wkoll, madankollu, li jinżamm livell suffiċjenti ta' protezzjoni tal-konsumatur f'dak ir-rigward peress li tali flessibilità tista' tesponi lit-telespettaturi għal ammont eċċessiv ta' reklamar matul il-ħin bl-aktar telespettaturi. Għalhekk jenħtieġ li japplikaw limiti speċifiċi fil-perijodu mis-06.00 sas-18.00 u mis-18.00 sa 24.00.

(42)

Il-frames newtrali jisseparaw il-kontenut editorjali mir-reklamar televiżiv jew mill-ispots ta' telebejgħ, kif ukoll jisseparaw l-ispots individwali. Dawn jippermettu li t-telespettatur jiddistingwi b'mod ċar meta jintemm tip wieħed ta' kontenut awdjoviżiv u meta jibda ieħor. Huwa neċessarju li jiġi ċċarat li l-frames newtrali huma esklużi mil-limitu kwantitattiv stabbilit għar-reklamar televiżiv. Dan sabiex jiġi żgurat li l-ħin li jintuża fil-frames newtrali ma jkollux impatt fuq il-ħin li jintuża għar-reklamar u li d-dħul iġġenerat mir-reklamar ma jkunx affettwat b'mod negattiv.

(43)

Il-ħin ta' trażmissjoni allokat għal avviżi magħmula mix-xandar b'rabta mal-programmi tiegħu stess u prodotti anċillari derivati direttament minn dawk il-programmi,, jew għal avviżi ta' servizz pubbliku u appelli għall-karità mxandra mingħajr ħlas, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż li saru mit-trażmissjoni ta' tali appelli, jenħtieġ li ma jiġix inkluż fl-ammonti massimi ta' ħin ta' trażmissjoni li jistgħu jiġu allokati għar-reklamar televiżiv jew għat-telebejgħ. Barra minn hekk, bosta xandara huma parti minn gruppi akbar ta' xandara u jagħmlu avviżi mhux biss b'konnessjoni mal-programmi tagħhom stess u prodotti anċillari derivati direttament minn dawk il-programmi, iżda wkoll b'rabta ma' programmi u servizzi tal-media awdjoviżiva minn entitajiet oħra li jappartjenu għall-istess grupp ta' xandara. Il-ħin ta' trażmissjoni allokat għal tali avviżi jenħtieġ ukoll li ma jiġix inkluż fl-ammonti massimi ta' ħin ta' trażmissjoni li jistgħu jiġu allokati għar-reklamar televiżiv jew għat-telebejgħ.

(44)

Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing koperti mid-Direttiva 2010/13/UE jipprovdu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont it-tifsira tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Dawn il-fornituri huma konsegwentement soġġetti għar-regoli dwar is-suq intern stabbiliti f'dik id-Direttiva, jekk huma stabbiliti fi Stat Membru. Huwa xieraq li jkun żgurat li l-istess regoli japplikaw ukoll għall-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing li mhumiex stabbiliti fi Stat Membru bil-għan li tiġi salvagwardata l-effikaċja tal-miżuri għall-protezzjoni tal-minorenni u l-pubbliku ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE u li jkunu żgurati, kemm jista' jkun, kondizzjonijiet ekwi, sakemm dawk il-fornituri jkollhom jew impriża prinċipali jew impriża sussidjarja li tkun stabbilita fi Stat Membru, jew fejn dawk il-fornituri jkunu parti minn grupp u impriża oħra ta' dak il-grupp tkun stabbilita fi Stat Membru. Għalhekk,, jenħtieġ li d-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE jkunu bbażati fuq prinċipji u jenħtieġ li jiżguraw li ma jkunx possibbli għal impriża li teskludi lilha nfisha mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva billi toħloq struttura ta' grupp li jkun fih saffi multipli ta' impriżi stabbiliti fl-Unjoni jew 'il barra minnha. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun infurmata dwar il-fornituri taħt il-ġurisdizzjoni ta' kull Stat Membru skont ir-regoli dwar l-istabbiliment stabbiliti fid-Direttivi 2000/31/KE u 2010/13/UE.

(45)

Hemm sfidi ġodda, b'mod partikolari b'rabta mal-pjattaformi ta' video-sharing, li fuqhom l-utenti, b'mod partikolari dawk minorenni, qegħdin jikkunsmaw dejjem aktar kontenut awdjoviżiv. F'dan il-kuntest, il-kontenut ta' ħsara u d-diskors ta' mibegħda pprovdut fuq servizzi ta' pjattaformi ta' video-sharing qegħdin iqajmu dejjem aktar tħassib. Sabiex il-minorenni u l-pubbliku inġenerali jiġu protetti minn tali kontenut, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli proporzjonati dwar dawk il-kwistjonijiet.

(46)

Il-komunikazzjonijiet kummerċjali fuq servizzi ta' pjattaformi ta' video-sharing huma diġà regolati mid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), li tipprojbixxi prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumaturi, inkluż prattiki qarrieqa u aggressivi li jsiru f'servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni.

Fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali dwar it-tabakk u prodotti relatati fi pjattaformi ta' video-sharing, il-projbizzjonijiet eżistenti previsti fid-Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), kif ukoll il-projbizzjonijiet applikabbli għall-komunikazzjonijiet kummerċjali dwar is-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri ta' rikarika skont id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), jiżguraw li l-konsumaturi huma protetti biżżejjed mit-tabakk u prodotti relatati. Peress li l-utenti jiddependu dejjem aktar fuq servizzi ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jaċċessaw kontenut awdjoviżiv, huwa neċessarju li jiġi żgurat livell suffiċjenti ta' protezzjoni tal-konsumatur permezz tal-allinjament tar-regoli dwar il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, sal-punt xieraq, fost il-fornituri kollha. Huwa għalhekk importanti li l-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi fuq pjattaformi ta' video-sharing ikunu identifikati b'mod ċar u jirrispettaw sett ta' rekwiżiti kwalitattivi minimi.

(47)

Sehem sinifikanti tal-kontenut ipprovdut fuq servizzi ta' pjattaformi ta' video-sharing ma jaqax taħt ir-responsabbiltà editorjali tal-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing. Madankollu, dawk il-fornituri tipikament jiddeterminaw l-organizzazzjoni tal-kontenut, jiġifieri programmi, videos iġġenerati mill-utenti u komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-fornituri jkunu meħtieġa jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu l-minorenni mill-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom. Jenħtieġ li jkunu meħtieġa wkoll jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu lill-pubbliku ġenerali mill-kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda diretta kontra grupp jew membru ta' grupp għal kwalunkwe raġuni msemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), jew li t-tixrid tiegħu jikkostitwixxi reat kriminali skont il-liġi tal-Unjoni.

(48)

Fid-dawl tan-natura tal-involviment tal-fornituri mal-kontenut ipprovdut fuq servizzi ta' pjattaformi ta' video-sharing, jenħtieġ li l-miżuri xierqa biex jiġu protetti l-minorenni u l-pubbliku ġenerali għandhom jirrelataw mal-organizzazzjoni tal-kontenut u mhux mal-kontenut bħala tali. Ir-rekwiżiti f'dan ir-rigward kif stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE għalhekk għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31/KE, li tipprevedi eżenzjoni mir-responsabbiltà għal informazzjoni illegali trażmessa, jew maħżuna awtomatikament, immedjatament jew temporanjament, jew maħżuna minn ċerti fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Meta jkunu qed jiġu provduti servizzi koperti mill-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31/KE, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta' dik id-Direttiva, li jipprekludi li jiġu imposti fuq dawk il-fornituri obbligi ġenerali għall-monitoraġġ ta' tali informazzjoni u għal tiftix b'mod attiv ta' fatti jew ta' ċirkostanzi li jindikaw attività illegali, mingħajr madankollu ma jirrigwarda l-monitoraġġ tal-obbligi f'każijiet speċifiċi u, b'mod partikolari, mingħajr ma jaffettwa l-ordnijiet minn awtoritajiet nazzjonali skont il-liġi nazzjonali.

(49)

Huwa xieraq li kemm jista' jkun jiġu involuti l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing meta jkunu qegħdin jiġu implimentati l-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont id-Direttiva 2010/13/UE. Jenħtieġ għalhekk li l-koregolamentazzjoni tkun imħeġġa. Għandu jibqa' possibbli wkoll li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti fuq bażi volontarja skont il-liġi tal-Unjoni, b'rispett għal-libertà ta' espressjoni u informazzjoni u l-pluraliżmu tal-media.

(50)

Id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għal proċess ġust quddiem il-qorti huma drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 47 tal-Karta. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/13/UE ma għandhomx, għalhekk, jiġu interpretati b'mod li jipprevjeni lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' aċċess għas-sistema ġudizzjarja.

(51)

Meta jittieħdu l-miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-minorenni minn kontenut ta' ħsara u għall-protezzjoni tal-pubbliku ġenerali minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza, għall-mibegħda u għat-terroriżmu skont id-Direttiva 2010/13/UE, jenħtieġ li d-drittijiet fundamentali applikabbli, kif stabbiliti fil-Karta, jiġu bbilanċjati bir-reqqa. Dan jikkonċerna b'mod partikolari, skont ma jkun il-każ, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni ta' data personali, il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, il-libertà tat-twettiq ta' negozju, il-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni u d-drittijiet tat-tfal.

(52)

Il-Kumitat ta' Kuntatt għandu l-għan li jiffaċilita implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2010/13/UE u jenħtieġ li jiġi kkonsultat b'mod regolari dwar kwalunkwe problema prattika li tirriżulta mill-applikazzjoni tagħha. Il-ħidma tal-Kumitat ta' Kuntatt m'għandhiex tkun limitata għal kwistjonijiet ta' politika awdjoviżiva eżistenti, iżda għandha tkopri wkoll l-iżviluppi rilevanti li jinħolqu f'dan is-settur. Dan huwa magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri. Meta jaħtru r-rappreżentanti tagħhom, l-Istati Membri huma mħeġġa jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kompożizzjoni tal-Kumitat ta' Kuntatt.

(53)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jew il-korpi nazzjonali tagħhom huma legalment distinti mill-gvern. Madankollu, jenħtieġ li dan ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jeżerċitaw superviżjoni f'konformità mal-liġi kostituzzjonali nazzjonali tagħhom. Jenħtieġ li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jitqiesu li jkunu kisbu l-livell meħtieġ ta' indipendenza jekk dawk l-awtoritajiet jew il-korpi, inkluż dawk li huma kostitwiti bħala awtoritajiet jew korpi pubbliċi, huma funzjonalment u effettivament indipendenti mill-gvernijiet rispettivi tagħhom u minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. Dak jitqies li huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet meħuda minn awtorità jew korp regolatorju nazzjonali. Jenħtieġ li r-rekwiżit ta' indipendenza jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu awtoritajiet regolatorji li jissorveljaw setturi differenti, bħas-settur awdjoviżiv u dak tat-telekomunikazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħat ta' infurzar u r-riżorsi meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom, f'termini ta' persunal, għarfien espert u mezzi finanzjarji. L-attivitajiet tal-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji stabbiliti skont id-Direttiva 2010/13/UE jenħtieġ li jiżguraw ir-rispett lejn l-għanijiet tal-pluraliżmu tal-media, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta.

(54)

Peress li wieħed mill-għanijiet tas-servizzi tal-media awdjoviżiva huwa li sservi l-interessi tal-individwi u li tifforma l-opinjoni pubblika, huwa essenzjali li tali servizzi jkunu jistgħu jinfurmaw lill-individwi u lis-soċjetà kompletament kemm jista' jkun u bl-ogħla livell ta' varjetà. Dak l-għan jista' jinkiseb biss jekk id-deċiżjonijiet editorjali jibqgħu ħielsa minn kwalunkwe ndħil jew influwenza statali mill-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali li tmur lil hinn mis-sempliċi implimentazzjoni tal-liġi u li ma sservix bħala salvagwardja ta' dritt protett legalment li għandu jkun protett irrispettivament minn opinjoni partikolari.

(55)

Għandu jkun hemm mekkaniżmi ta' appell effettivi fil-livell nazzjonali. Il-korp ta' appell rilevanti jenħtieġ li jkun indipendenti mill-partijiet involuti. Dan il-korp jista' jkun qorti. Jenħtieġ li din il-proċedura ta' appell tkun mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni tal-kompetenzi fis-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.

(56)

Bl-għan li tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju awdjoviżiv tal-Unjoni madwar l-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni stabbiliet l-ERGA bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2014 (15). Ir-rwol tal-ERGA huwa li jipprovdi parir espert tekniku lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tad-Direttiva 2010/13/UE fl-Istati Membri kollha u biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali, u bejn l-awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni.

(57)

L-ERGA kkontribwixxa b'mod pożittiv għall-prattika regolatorja konsistenti u ta parir ta' livell għoli lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni. Dan jitlob ir-rikonoxximent formali u t-tisħiħ tar-rwol tiegħu fid-Direttiva 2010/13/UE. Jenħtieġ għalhekk li l-ERGA jiġi stabbilit permezz ta' dik id-Direttiva.

(58)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun libera li tikkonsulta lill-ERGA dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-media awdjoviżiva u mal-pjattaformi ta' video-sharing. Jenħtieġ li l-ERGA jassisti lill-Kummissjoni billi jipprovdi kompetenza esperta u pariri tekniċi u billi jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki, inkluż dwar kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-ERGA fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni konverġenti tagħha. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-ERGA jipprovdi opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-ġurisdizzjoni, dwar miżuri li jidderogaw mil-libertà ta' riċezzjoni u dwar miżuri li jindirizzaw iċ-ċirkomvenzjoni tal-ġurisdizzjoni. Jenħtieġ li ERGA jkun ukoll kapaċi jipprovdi pariri tekniċi dwar kwalunkwe kwistjoni regolatorja relatata mal-qafas tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, inkluż fil-qasam tad-diskors ta' mibegħda u tal-protezzjoni tal-minorenni, kif ukoll dwar il-kontenut ta' komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal ikel b'ħafna xaħam, melħ jew sodju u zokkor.

(59)

“Litteriżmu fil-media” jirreferi għal ħiliet, għarfien u intendiment li jippermettu liċ-ċittadini jużaw il-media b'mod effettiv u sikur. Sabiex iċ-ċittadini jkun jista' jkollhom aċċess għall-informazzjoni u biex jużaw, jivvalutaw b'mod kritiku u joħolqu kontenut tal-media b'mod responsabbli u sikur, jeħtieġ li jkollhom ħiliet avvanzati tal-litteriżmu fil-media. Il-litteriżmu fil-media jenħtieġ li ma jkunx limitat għat-tagħlim dwar l-għodod u t-teknoloġiji, iżda jenħtieġ li jkollu l-għan li jgħammar liċ-ċittadini bil-ħiliet ta' riflessjoni kritika meħtieġa biex jeżerċitaw il-kapaċità ta' ġudizzju, janalizzaw realtajiet kumplessi u jagħrfu d-differenza bejn opinjoni u fatti. Għalhekk huwa neċessarju li kemm il-fornituri tas-servizzi tal-media u l-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing, f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, jippromwovu l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media fit-taqsimiet kollha tas-soċjetà, għaċ-ċittadini ta' kull età, u għall-media kollha u li l-progress f'dan ir-rigward jiġi segwit mill-qrib.

(60)

Id-Direttiva 2010/13/UE hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jirrispettaw u jipproteġu d-dinjità tal-bniedem. Tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta. B'mod partikolari, id-Direttiva 2010/13/UE tfittex li tiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni, il-libertà ta' impriża, id-dritt għal reviżjoni ġudizzjarja u li tippromwovi l-applikazzjoni tad-drittijiet tat-tfal minquxa fil-Karta.

(61)

Kwalunkwe miżura meħuda mill-Istati Membri taħt id-Direttiva 2010/13/UE għandha tirrispetta l-libertà ta' espressjoni u informazzjoni u l-pluraliżmu tal-media, kif ukoll tad-diversità kulturali u lingwistika skont il-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali.

(62)

Id-dritt ta' aċċess għal programmi tal-aħbarijiet politiċi huwa kruċjali biex tiġi salvagwardata l-libertà fundamentali li wieħed jirċievi l-informazzjoni u biex jiġi żgurat li l-interessi tat-telespettaturi fl-Unjoni jitħarsu bis-sħiħ u b'mod xieraq. Minħabba l-importanza dejjem akbar tas-servizzi tal-media awdjoviżiva għas-soċjetajiet u d-demokrazija, jenħtieġ li x-xandiriet ta' aħbarijiet politiċi, sa l-aktar li jkun possibbli, u mingħajr preġudizzju għar-regoli tad-drittijiet tal-awtur, ikunu disponibbli b'mod transkonfinali fl-Unjoni.

(63)

Id-Direttiva 2010/13/UE ma tikkonċernax regoli ta' dritt internazzjonali privat, b'mod partikolari regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni tal-qrati kif ukoll il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali u mhux kuntrattwali.

(64)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (16), l-Istati Membri impenjaw rwieħhom li, f'każijiet ġustifikati, jehmżu man-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom dokument wieħed, jew aktar, li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata.

(68)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2010/13/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2010/13/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

“servizz tal-media awdjoviżiva” tfisser:

(i)

servizz kif definit mill-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn l-għan ewlieni tas-servizz jew taqsima separabbli tiegħu huwa ddedikat għall-forniment ta' programmi, taħt ir-responsabbiltà editorjali ta' fornitur ta' servizz tal-media, lill-pubbliku ġenerali, sabiex jipprovdi informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni, permezz ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE; tali servizz tal-media awdjoviżiva huwa jew xandira bit-televiżjoni kif definit fil-punt (e) ta' dan il-paragrafu jew servizz tal-media awdjoviżiva on-demand kif definit fil-punt (g) ta' dan il-paragrafu;

(ii)

komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva;”;

(b)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(aa)

“servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing” tfisser servizz kif definit mill-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn l-għan ewlieni tas-servizz jew ta' taqsima separabbli tiegħu jew funzjonalità essenzjali tas-servizz huwa ddedikat għall-forniment ta' programmi, videos iġġenerati mill-utenti, jew it-tnejn, lill-pubbliku ġenerali, li għalihom il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing ma għandux responsabbiltà editorjali, sabiex jipprovdi informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni, permezz ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE u li l-organizzazzjoni tiegħu hija ddeterminata mill-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing, inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi, b'mod partikolari permezz ta' wiri, tagging u sekwenzjar.”;

(c)

il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

“programm” tfisser sett ta' immaġnijiet li jiċċaqalqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxu element individwali, irrispettivament mit-tul tiegħu, fi skeda jew katalgu stabbilit minn fornitur tas-servizzi tal-media, inkluż films prinċipali, videos qosra, avvenimenti sportivi, kummiedji sitwazzjonali (sitcoms), dokumentarji, programmi għat-tfal u drammi oriġinali;”;

(d)

jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(ba)

“video ġġenerat mill-utent” tfisser sett ta' immaġnijiet li jiċċaqalqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxu element individwali, irrispettivament mit-tul tiegħu, li huwa maħluq minn utent u mtella' fuq pjattaforma ta' video-sharing minn dak l-utent jew kwalunkwe utent ieħor;

(bb)

“deċiżjoni editorjali” tfisser deċiżjoni li tittieħed fuq bażi regolari għall-fini tal-eżerċitar tar-responsabbiltà editorjali u marbuta mat-tħaddim ta' kuljum tas-servizz tal-media awdjoviżiva;”;

(e)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(da)

“fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing;”;

(f)

il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(h)

“komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva” tfisser immaġnijiet bil-ħoss jew mingħajru li huma ddisinjati biex jippromwovu, direttament jew indirettament, il-prodotti, is-servizzi jew ix-xbieha ta' persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed twettaq attività ekonomika; tali immaġnijiet jakkumpanjaw, jew huma inklużi fi, programm jew f'video ġġenerat mill-utent bi ħlas jew għal remunerazzjoni simili jew għal finijiet ta' promozzjoni tagħhom stess. Forom ta' komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva jinkludu, fost l-oħrajn, reklamar televiżiv, sponsorizzazzjoni, telebejgħ u inklużjoni ta' prodotti kummerċjali;”;

(g)

il-punt (k) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(k)

“sponsorizzazzjoni” tfisser kwalunkwe kontribut magħmul minn impriżi pubbliċi jew privati jew persuni fiżiċi li mhumiex involuti fil-provvista ta' servizzi tal-media awdjoviżiva jew servizzi tal-pjattaformi ta' video-sharing jew fil-produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi għall-finanzjament tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, tas-servizzi tal-pjattaformi ta' video-sharing, tal-videos maħluqa mill-utenti jew tal-programmi bil-ħsieb li jippromwovu l-isem, it-trademark, l-immaġni, l-attivitajiet jew il-prodotti tagħhom;”;

(h)

il-punt (m) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(m)

“inklużjoni ta' prodotti kummerċjali” tfisser kwalunkwe forma ta' komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva li tikkonsisti fl-inklużjoni ta', jew referenza għal, prodott, servizz jew it-trademark tagħhom sabiex dan jidher fi programm jew video maħluq mill-utenti, bi ħlas jew għal remunerazzjoni simili;”;

(2)

it-titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b'dan li ġej:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI GĦAS-SERVIZZI TAL-MEDIA AWDJOVIŻIVA”;

(3)

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

jekk fornitur tas-servizzi tal-media għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fi Stat Membru wieħed iżda d-deċiżjonijiet editorjali dwar is-servizz tal-media awdjoviżiva jittieħdu fi Stat Membru ieħor, il-fornitur tas-servizzi tal-media għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru fejn topera parti sinifikanti mill-forza tax-xogħol involuta fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-media awdjoviżiva relatat mal-programm. Jekk parti sinifikanti tal-forza tax-xogħol involuta fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-media awdjoviżiva relatat ma' programm topera f'kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, il-fornitur tas-servizzi tal-media għandu jitqies li jkun stabbilit fl-Istat Membru fejn għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu. Jekk parti sinifikanti mill-forza tax-xogħol involuta fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-media awdjoviżiva relatat ma' programm ma tkun topera fl-ebda wieħed minn dawk l-Istati Membri, il-fornitur tas-servizzi tal-media għandu jitqies li jkun stabbilit fl-Istat Membru fejn l-ewwel beda l-attivitajiet tiegħu skont is-sistema tal-liġi ta' dak l-Istat Membru, sakemm huwa jżomm rabta stabbli u effettiva mal-ekonomija ta' dak l-Istat Membru;”;

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“5a.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-media jinformaw lill-awtoritajiet jew lill-korpi regolatorji nazzjonali kompetenti dwar kwalunkwe bidla li tista' taffettwa id-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4.

5b.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu lista aġġornata tal-fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u jindikaw fuq liema mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 hija bbażata l-ġurisdizzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dik il-lista, inkluż kwalunkwe aġġornament tagħha, lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali listi jsiru disponibbli f'bażi tad-data ċentralizzata. Fil-każ ta' inkonsistenzi bejn il-listi, il-Kummissjoni għandha tikkuntattja lill-Istati Membri kkonċernati sabiex tinstab soluzzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkollhom aċċess għal din il-bażi tad-data. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni fil-bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku.

5c.   Meta, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 3 jew 4, l-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux dwar liema Stat Membru għandu l-ġurisdizzjoni, huma għandhom iressqu l-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (ERGA) biex jagħti opinjoni dwar il-kwistjoni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 30b(3). L-ERGA għandu jagħti tali opinjoni fi żmien 15-il jum ta' ħidma minn meta tiġi ppreżentata t-talba tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat ta' Kuntatt stabbilit mill-Artikolu 29 infurmat kif xieraq.

Meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 3(2) jew (3), jew l-Artikolu 4(5), hija għandha tiddeċiedi wkoll liema Stat Membru għandu l-ġurisdizzjoni.”;

(4)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-libertà tar-riċezzjoni u ma għandhomx jirrestrinġu t-trażmissjonijiet mill-ġdid fit-territorju tagħhom ta' servizzi tal-media awdjoviżiva minn Stati Membri oħra għal raġunijiet li jaqgħu taħt l-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva.

2.   Stat Membru jista' proviżorjament jidderoga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fejn servizz tal-media awdjoviżiva pprovdut minn fornitur ta' servizz tal-media taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor manifestament, serjament u gravement jikser il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) jew l-Artikolu 6a(1) jew jippreġudika jew jippreżenta riskju ta' preġudizzju serju u gravi għas-saħħa pubblika.

Id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

matul it-12-il xahar preċedenti, il-fornitur ta' servizzi tal-media jkun mill-inqas f'żewġ okkażjonijiet preċedenti diġà aġixxa darba jew aktar kif deskritt fl-ewwel subparagrafu;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-fornitur tas-servizzi tal-media, lill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq dak il-fornitur u lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-allegat ksur u dwar il-miżuri proporzjonati li biħsiebu jadotta jekk jerġa' jseħħ kwalunkwe ksur bħal dan;

(c)

l-Istat Membru kkonċernat ikun irrispetta d-dritt tad-difiża tal-fornitur tas-servizzi tal-media u, b'mod partikolari, ikun ta lil dak il-fornitur l-opportunità biex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar l-allegat ksur; u

(d)

il-konsultazzjonijiet mal-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq il-fornitur tas-servizz tal-media u l-Kummissjoni ma wasslux għal riżoluzzjoni bonarja fi żmien xahar minn meta l-Kummissjoni rċeviet in-notifika msemmija fil-punt (b).

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika tal-miżuri meħuda mill-Istat Membru kkonċernat u wara li l-ERGA jkun intalab jagħti opinjoni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 30b(3), il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat ta' Kuntatt infurmat kif xieraq. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li dawk il-miżuri mhumiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, hija għandha tirrikjedi li l-Istat Membru jtemm il-miżuri inkwistjoni b'urġenza.

3.   Stat Membru jista' proviżorjament jidderoga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu meta servizz tal-media awdjoviżiva pprovdut minn fornitur ta' servizz tal-media taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor manifestament, serjament u gravement jikser il-punt (b) tal-Artikolu 6(1) jew jippreġudika jew jippreżenta riskju ta' preġudizzju serju u gravi għas-sigurtà pubblika, inkluż is-salvagwardja tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali.

Id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

matul it-12-il xahar preċedenti l-aġir imsemmi fl-ewwel subparagrafu seħħ mill-inqas f'okkażjoni preċedenti waħda;

u

(b)

l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-fornitur tas-servizzi tal-media, lill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq dak il-fornitur u lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-allegat ksur u dwar il-miżuri li biħsiebu jadotta jekk jerġa' jseħħ kwalunkwe ksur allegat bħal dan.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrispetta d-drittijiet ta' difiża tal-fornitur tas-servizz tal-media kkonċernat u, b'mod partikolari, jagħti lil dak il-fornitur l-opportunità li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar l-allegat ksur.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika tal-miżuri meħuda minn Stat Membru kkonċernat u wara li tkun talbet lill-ERGA biex jagħti opinjoni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 30b(3), il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat ta' Kuntatt infurmat kif xieraq. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li dawk il-miżuri mhumiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, hija għandha tirrikjedi li l-Istat Membru jtemm il-miżuri inkwistjoni b'urġenza.

4.   Il-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe proċedura, rimedju jew sanzjoni għall-ksur inkwistjoni fl-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq il-fornitur tas-servizzi tal-media kkonċernat.

5.   L-Istati Membri jistgħu, f'każijiet urġenti, sa mhux aktar tard minn xahar wara l-allegat ksur, jidderogaw mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3. Fejn dan ikun il-każ, il-miżuri meħuda għandhom jiġu nnotifikati fl-iqsar żmien possibbli lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li l-fornitur ta' servizzi jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, b'indikazzjoni tar-raġunijiet li għalihom l-Istat Membru jikkunsidra li hemm urġenza. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-kompatibbiltà tal-miżuri notifikati mal-liġi tal-Unjoni fl-iqsar żmien possibbli. Fejn tikkonkludi li l-miżuri mhumiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi lill-Istat Membru inkwistjoni jtemm dawk il-miżuri b'mod urġenti.

6.   Jekk il-Kummissjoni ma jkollhiex l-informazzjoni meħtieġa biex tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 2 jew 3, hija għandha, fi żmien xahar minn meta tasal in-notifika, titlob lill-Istati Membru kkonċernat l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tasal għal dik id-deċiżjoni. Il-limitu ta' żmien li fih il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni għandu jiġi sospiż sakemm dak l-Istat Membru ma jkunx ipprovda tali informazzjoni meħtieġa. Fi kwalunkwe każ, is-sospensjoni tal-limitu ta' żmien m'għandiex idum iktar minn xahar.

7.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom regolarment jikkondividu l-esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar il-proċedura stabbilita f'dan l-artikolu fil-qafas tal-Kumitat ta' Kuntatt u l-ERGA.”;

(5)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jirrikjedu lill-fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jikkonformaw ma' regoli aktar dettaljati jew aktar stretti fl-oqsma koordinati minn din id-Direttiva, dment li tali regoli jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

2.   Fejn Stat Membru:

(a)

ikun eżerċita l-libertà tiegħu taħt il-paragrafu 1 li jadotta regoli ta' interess pubbliku ġenerali aktar dettaljati jew aktar stretti, u

(b)

jivvaluta li fornitur tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor jipprovdi servizz tal-media awdjoviżiva li huwa kompletament jew fil-biċċa l-kbira tiegħu dirett lejn it-territorju tiegħu,

huwa jista' jitlob lill-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni biex jindirizza kwalunkwe problema identifikata fir-rigward ta' dan il-paragrafu. Iż-żewġ Stati Membri għandhom jikkooperaw b'mod sinċier u rapidu bil-ħsieb li jiksbu soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn li huma.

Meta jirċievi talba sostanzjata skont l-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni għandu jitlob lill-fornitur tas-servizzi tal-media biex jikkonforma mar-regoli tal-interess pubbliku ġenerali inkwistjoni. L-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni għandu jinforma regolarment lill-Istat Membru li jagħmel talba dwar il-passi meħuda biex jiġu indirizzati dawk il-problemi identifikati. Fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, l-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni għandu jinforma lill-Istat Membru li jagħmel it-talba u l-Kummissjoni dwar ir-riżultati miksuba u jispjega r-raġunijiet fejn ma tkunx instabet soluzzjoni.

Kull wieħed mill-Istati Membri jista' jistieden lill-Kumitat ta' Kuntatt biex jeżamina l-każ fi kwalunkwe ħin.

3.   L-Istat Membru kkonċernat jista' jadotta miżuri xierqa kontra l-fornitur tas-servizz tal-media kkonċernat fejn:

(a)

jivvaluta li r-riżultati miksuba permezz tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2 mhumiex sodisfaċenti; u

(b)

ikun ippreżenta evidenza li turi li l-fornitur tas-servizzi tal-media inkwistjoni stabbilixxa ruħu fl-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni sabiex jevita r-regoli aktar stretti, fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva, li jkunu applikabbli għalih li kieku kien stabbilit fl- Istat Membru kkonċernat; tali evidenza għandha tippermetti li din iċ-ċirkomvenzjoni tkun stabbilita b'mod raġonevoli, mingħajr il-ħtieġa li tiġi ppruvata l-intenzjoni tal-fornitur tas-servizz tal-media li jevita dawk ir-regoli stretti.

Tali miżuri għandhom ikunu oġġettivament meħtieġa, applikati b'mod nondiskriminatorju u proporzjonati mal-objettivi li huma jfittxu li jwettqu.

4.   Stat Membru jista' biss jieħu miżuri skont il-paragrafu 3 meta l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

huwa jkun innotifika lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur tas-servizzi tal-media dwar l-intenzjoni tiegħu li jieħu tali miżuri filwaqt li jissostanzja r-raġunijiet li fuqhom jibbaża l-valutazzjoni tiegħu;

(b)

huwa jkun irrispetta d-drittijiet tad-difiża tal-fornitur tas-servizzi tal-media kkonċernat u, b'mod partikolari, ikun ta lil dak il-fornitur tas-servizzi tal-media l-opportunità biex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar l-allegata ċirkomvenzjoni u l-miżuri li l-Istat Membru notifikanti biħsiebu jieħu; u

(c)

il-Kummissjoni tkun iddeċidiet, wara li tkun talbet lill-ERGA jagħti opinjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 30b(3), li l-miżuri huma kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, u b'mod partikolari li l-valutazzjonijiet magħmula mill-Istat Membru li qed jieħu l-miżuri skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom bażi korretta; il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat ta' Kuntatt infurmat kif xieraq.

5.   Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li mhumiex, hija għandha tirrikjedi lill-Istat Membru kkonċernat biex iżomm lura milli jieħu l-miżuri maħsuba.

Jekk il-Kummissjoni ma jkollhiex l-informazzjoni meħtieġa biex tieħu d-deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu, hija għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika, titlob lill-Istat Membru kkonċernat, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tasal għal dik id-deċiżjoni. It-terminu ta' żmien li fih il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni għandu jiġi sospiż sakemm dak l-Istat Membru ma jkunx ipprovda tali informazzjoni meħtieġa. Fi kwalunkwe każ, is-sospensjoni tal-limitu ta' żmien stipulat ma għandux idum iktar minn xahar.

6.   L-Istati Membri għandhom, b'mezzi xierqa, jiżguraw, fil-qafas tal-liġi nazzjonali tagħhom, li l-fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw b'mod effikaċi ma' din id-Direttiva.

7.   Id-Direttiva 2000/31/KE għandha tapplika dment li ma ġiex previst mod ieħor f'din id-Direttiva. Fil-każ ta' konflitt bejn id-Direttiva 2000/31/KE u din id-Direttiva, din id-Direttiva għandha tipprevali, dment li ma ġiex previst mod ieħor f'din id-Direttiva.”;

(6)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 4a

1.   L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta' koregolamentazzjoni u t-trawwim ta' awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta adottati fil-livell nazzjonali fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva sal-limitu permess mis-sistemi legali tagħhom. Dawn il-kodiċijiet għandhom:

(a)

ikunu tali li jkunu aċċettati b'mod ġenerali mill-partijiet ikkonċernati ewlenin fl-Istati Membri kkonċernati;

(b)

jistabbilixxu l-objettivi tagħhom b'mod ċar u mingħajr ambigwità;

(c)

jipprevedu monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-ksib tal-objettivi mmirati; u

(d)

jipprevedu għal infurzar effikaċi inkluż sanzjonijiet effikaċi u proporzjonati.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jrawmu l-awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni mfassla minn fornituri tas-servizzi tal-media, fornituri tas-servizzi ta' pjattaforma ta' video-sharing jew organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, f'kooperazzjoni, kif meħtieġ, ma' setturi oħra bħas-settur tal- industrija, tal-kummerċ, ta' assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet professjonali u tal-konsumaturi. Dawk il-kodiċijiet għandhom ikunu tali li jiġu aċċettati b'mod ġenerali mill-partijiet ikkonċernati ewlenin fil-livell tal-Unjoni u għandhom jikkonformaw mal-punti (b) sa (d) tal-paragrafu 1. Il-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kodiċijiet ta' kondotta nazzjonali.

F'kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni, fejn xieraq, f'konformità mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità.

Il-firmatarji tal-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni għandhom jippreżentaw l-abbozzi ta' dawk il-kodiċijiet u l-emendi għalihom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat ta' Kuntatt dwar dak l-abbozz ta' kodiċijiet jew l-emendi għalihom.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tista' tirriklamahom kif xieraq.

3.   L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jirrikjedu lil fornituri ta' servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jikkonformaw ma' regoli aktar dettaljati jew aktar stretti f'konformità ma' din id-Direttiva u mal-liġi tal-Unjoni, inkluż fejn l-awtoritajiet regolatorji jew il-korpi indipendenti nazzjonali tagħhom jikkonkludu li xi kodiċi ta' kondotta jew partijiet minnu taw prova li mhumiex effettivi biżżejjed. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw tali regoli lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.”;

(7)

It-titolu tal-Kapitolu III huwa sostitwit b'dan li ġej:

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI TAL-MEDIA AWDJOVIŻIVA”;

(8)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li fornitur ta' servizz tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu għandu jagħmel aċċessibbli faċilment, direttament u b'mod permanenti lir-riċevituri ta' servizz tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ismu;

(b)

l-indirizz ġeografiku li fih huwa stabbilit;

(c)

id-dettalji, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika jew is-sit web tiegħu, li jippermettulu li jiġi kkuntattjat malajr b'mod dirett u effikaċi;

(d)

l-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuqu u l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji kompetenti jew il-korpi superviżorji kompetenti.

2.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġislattivi li jipprevedu li, minbarra l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jagħtu aċċess għal informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda tagħhom, inkluż is-sidien benefiċjarji. Tali miżuri għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali kkonċernati, bħall-ħajja privata u tal-familja tas-sidien benefiċjarji. Tali miżuri għandhom ikunu neċessarji u proporzjonati u għandhom jippruvaw jiksbu objettiv ta' interess ġenerali.”;

(9)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jirrispettaw u jħarsu d-dinjità umana, l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mezzi xierqa li s-servizzi tal-media awdjoviżiva pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jinkludu l-ebda:

(a)

inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' grupp abbażi ta' kwalunkwe waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta;

(b)

provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku kif stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2017/541.

2.   Il-miżuri meħuda għall-finijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu neċessarji u proporzjonati u għandhom jirrispettaw id-drittijiet u josservaw il-prinċipji mniżżla fil-Karta.”;

(10)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 6a

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li s-servizzi tal-media awdjoviżiva provduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni jkunu disponibbli biss b'tali mod li jkun żgurat li l-minorenni normalment ma jarawhomx jew ma jisimgħuhomx. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-għażla tal-ħin tax-xandira, l-għodod li jivverifikaw l-età jew miżuri tekniċi oħra. Huma għandhom ikunu proporzjonati għall-ħsara potenzjali tal-programm.

L-aktar kontenut ta' ħsara, bħal vjolenza u pornografija bla ħlas, għandhom ikunu soġġetti għall-aktar miżuri stretti.

2.   Data personali ta' minuri miġbura jew iġġenerata b'mod ieħor mill-fornituri tas-servizzi tal-media skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet kummerċjali, bħall-kummerċjalizzazzjoni diretta, it-tfassil ta' profili u r-reklamar immirat skont l-imġiba.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-media jipprovdu biżżejjed informazzjoni lit-telespettaturi dwar kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Għal dan il-għan, il-fornituri tas-servizzi tal-media għandhom jużaw sistema li tiddeskrivi n-natura potenzjalment ta' ħsara tal-kontenut tas-servizzi tal-media awdjoviżiva.

Għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-koregolamentazzjoni kif previst fl-Artikolu 4a(1).

4.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi tal-media biex jagħmlu skambju tal-aħjar prattiki dwar kodiċijiet ta' kondotta koregolatorji. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jrawmu l-awtoregolamentazzjoni, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, permezz tal-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 4a(2).”;

(11)

L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, mingħajr dewmien żejjed, li s-servizzi pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom isiru kontinwament u progressivament aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà permezz ta' miżuri proporzjonati.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-media jirrappurtaw fuq bażi regolari lill-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Sad-19 ta' Diċembru 2022 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-fornituri ta' servizzi tal-media biex jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni għall-aċċessibbiltà biex kontinwament u progressivament irendu s-servizzi tagħhom aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà. Kwalunkwe pjan ta' azzjoni bħal dan għandu jkun ikkomunikat lill-awtoritajiet jew lill-korpi regolatorji nazzjonali.

4.   Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt online uniku, li huwa faċilment aċċessibbli, inkluż minn persuni b'diżabbiltà, u disponibbli b'mod pubbliku, fejn tingħata informazzjoni u fejn jaslu lmenti fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni ta' aċċessibbiltà msemmija f'dan l-Artikolu.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni ta' emerġenza, inkluż komunikazzjonijiet u tħabbir pubbliku f'sitwazzjonijiet ta' diżastri naturali, li ssir disponibbli għall-pubbliku permezz ta' servizzi tal-media awdjoviżiva, tingħata b'mod li huwa aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà.”;

(12)

Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 7a

L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jiżguraw il-prominenza xierqa ta' servizzi tal-media awdjoviżiva ta' interess ġenerali.

Artikolu 7b

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw li s-servizzi tal-media awdjoviżiva pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-media ma jkunux, mingħajr il-kunsens espliċitu ta' dawk il-fornituri, sovrapposti għal skopijiet kummerċjali jew modifikati.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw id-dettalji regolatorji, inkluż eċċezzjonijiet, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda s-salvagwardja tal-interessi leġittimi tal-utenti filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi tal-fornituri ta' servizzi tal-media li oriġinarjament ipprovdew is-servizzi tal-media awdjoviżiva.”;

(13)

L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għandhom ikunu faċilment rikonoxxibbli bħala tali; għandha tiġi pprojbita l-komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva bil-moħbi;

(b)

il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma għandhomx jużaw tekniki subliminali;

(c)

il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma għandhomx:

(i)

jippreġudikaw ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem;

(ii)

jinkludu jew jippromwovu kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, nazzjonalità, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali;

(iii)

jinkoraġġixxu mġiba ta' ħsara għas-saħħa jew għas-sigurtà;

(iv)

jinkoraġġixxu mġiba li hija ta' ħsara kbira għall-ħarsien tal-ambjent;

(d)

il-forom kollha ta' komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal sigaretti u prodotti oħra tat-tabakk, kif ukoll ta' sigaretti elettroniċi u kontenituri ta' rikarika għandhom jiġu pprojbiti;

(e)

il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku ma għandhomx ikunu mmirati speċifikament lejn il-minorenni u ma għandhomx jinkoraġġixxu konsum mhux moderat ta' tali xorb;

(f)

il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal prodotti mediċinali u trattament mediku disponibbli biss b'riċetta tat-tabib fl-Istat Membru li l-fornitur ta' servizzi tal-media jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu għandhom ikunu pprojbiti;

(g)

il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma għandhomx jikkaġunaw detriment fiżiku, mentali jew morali lill-minorenni; għalhekk huma ma għandhomx iħajru direttament lill-minorenni sabiex jixtru jew jikru prodott jew servizz billi jisfruttaw in-nuqqas ta' esperjenza jew il-kredulità tagħhom, jinkoraġġuhom direttament sabiex jipperswadu lill-ġenituri tagħhom jew lil persuni oħra biex jixtru l-prodotti jew is-servizzi rriklamati, jisfruttaw il-fiduċja speċjali li l-minorenni għandhom fil-ġenituri, l-għalliema jew persuni oħra, jew juru mingħajr raġuni lill-minorenni f'sitwazzjonijiet perikolużi.

2.   Il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku f'servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand, bl-eċċezzjoni tal-isponsorizzazzjoni u l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali, għandhom jikkonformaw mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 22.

3.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu tal-koregolamentazzjoni u jrawmu l-awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta kif previst fl-Artikolu 4a(1) fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa għal xorb alkoħoliku. Dawk il-kodiċijiet għandhom jimmiraw li jnaqqsu b'mod effikaċi l-esponiment tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku.

4.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu tal-koregolamentazzjoni u t-trawwim tal-awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta kif previst fl-Artikolu 4a(1) fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa, li jakkumpanjaw programmi għat-tfal jew huma inklużi fihom, għal ikel u xorb li fihom nutrijenti u sustanzi b'effett nutrizzjonali jew fiżjoloġiku, b'mod partikolari xaħam, xaħam saturat, aċidi xaħmija trans, melħ jew sodju u zokkor, li t-teħid eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex irrakkomandat.

Dawk il-kodiċijiet għandhom jimmiraw li jnaqqsu b'mod effikaċi l-esponiment tat-tfal għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal tali ikel u xorb. L-għan tagħhom huwa li tali komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma jenfasizzawx il-kwalità pożittiva tal-aspetti nutrizzjonali ta' tali ikel u xorb.

5.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jrawmu l-awtoregolamentazzjoni, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, permezz tal-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4a(2).”;

(14)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Is-servizzi jew il-programmi tal-media awdjoviżiva ma għandhomx jiġu sponsorizzati minn impriżi li l-attività ewlenija tagħhom hija l-manifattura jew il-bejgħ ta' sigaretti u prodotti oħra tat-tabakk, kif ukoll sigaretti elettroniċi u kontenituri ta' rikariki.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   L-aħbarijiet u l-programmi dwar ġrajjiet kurrenti ma għandhomx ikunu sponsorizzati. L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-isponsorizzazzjoni tal-programmi tat-tfal. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jipprojbixxu l-wiri ta' logo ta' sponsorizzazzjoni waqt programmi għat-tfal, dokumentarji u programmi reliġjużi.”;

(15)

L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal programmi prodotti wara d-19 ta' Diċembru 2009.

2.   L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandha tkun permessa fis-servizzi kollha tal-media awdjoviżiva, ħlief fl-aħbarijiet u fi programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumaturi, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi għat-tfal.

3.   Il-programmi li fihom issir l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-kontenut u l-organizzazzjoni tagħhom fi skeda, fil-każ ta' xandir televiżiv, jew f'katalgu fil-każ tas-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand, ma għandhom, fl-ebda ċirkostanza, jiġu influwenzati b'tali mod li jaffettwa r-responsabbiltà u l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta' servizzi tal-media;

(b)

huma ma għandhomx iħeġġu direttament ix-xiri jew il-kiri ta' prodotti jew servizzi, b'mod partikolari billi jagħmlu referenzi promozzjonali speċjali għal dawk il-prodotti jew servizzi;

(c)

huma ma għandhomx jagħtu prominenza mhux dovuta lill-prodott inkwistjoni;

(d)

it-telespettaturi għandhom ikunu mgħarrfa b'mod ċar bl-eżistenza tal-inklużjoni ta' prodott kummerċjali permezz ta' identifikazzjoni xierqa fil-bidu u fit-tmiem tal-programm, u meta programm jerġa' jibda wara waqfa għar-reklami, sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni min-naħa tat-telespettatur.

L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (d) ħlief għall-programmi prodotti jew ikkummissjonati minn fornitur ta' servizzi tal-media jew minn kumpannija affiljata ma' dak il-fornitur tas-servizzi tal-media.

4.   Fi kwalunkwe każ, fil-programmi ma għandux ikun hemm l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ta':

(a)

sigaretti u prodotti oħra tat-tabakk, kif ukoll sigaretti elettroniċi u kontenituri ta' rikarika, jew l-inklużjoni ta' prodott kummerċjali minn impriżi li l-attività ewlenija tagħhom hija l-manifattura jew il-bejgħ ta' dawk il-prodotti;

(b)

prodotti mediċinali jew trattamenti mediċi speċifiċi disponibbli biss b'riċetta tat-tabib fl-Istat Membru li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jaqa' l-fornitur tas-servizzi tal-media.”;

(16)

Jitħassar it-titolu tal-Kapitolu IV;

(17)

Jitħassar l-Artikolu 12;

(18)

L-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-media ta' servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jiżguraw li l-katalgi tagħhom ikollhom mill-inqas sehem ta' 30 % ta' xogħlijiet Ewropej u li dawk ix-xogħlijiet jingħataw prominenza.

2.   Meta l-Istati Membri jirrikjedu lill-fornituri tas-servizzi tal-media li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jikkontribwixxu finanzjarjament għall-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej, inkluż b'investiment dirett fil-kontenut u l-kontribuzzjoni għall-fondi nazzjonali, huma jistgħu wkoll jirrikjedu lill-fornituri tas-servizzi tal-media li jimmiraw udjenzi fit-territorji tagħhom, iżda stabbiliti fi Stati Membri oħra, biex jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji bħal dawn, li għandhom ikunu proporzjonati u nondiskriminatorji.

3.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun ibbażata biss fuq dħul miksub fl-Istati Membri mmirati. Jekk l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur jimponi kontribuzzjoni finanzjarja bħal din, dan għandu jqis kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja imposta mill-Istati Membri mmirati. Kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun konformi mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 sad-19 ta' Diċembru 2021 u kull sentejn wara dan.

5.   Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u ta' studju indipendenti, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, b'kunsiderazzjoni tas-suq u tal-iżviluppi teknoloġiċi u tal-objettiv ta' diversità kulturali.

6.   L-obbligu impost skont il-paragrafu 1 u r-rekwiżit fuq fornituri tas-servizzi tal-media li jimmiraw udjenzi fi Stati Membri oħra stabbiliti fil-paragrafu 2 ma għandhomx japplikaw għal fornituri tas-servizzi tal-media bi dħul baxx jew b'udjenza żgħira. L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrinunzjaw obbligi jew rekwiżiti bħal dawn fejn ikun imprattikabbli jew mhux ġustifikat minħabba n-natura jew is-suġġett tas-servizzi tal-media awdjoviżiva.

7.   Il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida rigward il-kalkolu tas-sehem ta' xogħlijiet Ewropej imsemmija fil-paragrafu 1 u rigward id-definizzjoni ta' udjenza żgħira u dħul baxx imsemmija fil-paragrafu 6 wara li tikkonsulta l-Kumitat ta' Kuntatt.”;

(19)

Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Spots iżolati ta' reklamar televiżiv u ta' telebejgħ għandhom ikunu ammissibbli f'avvenimenti sportivi. Spots iżolati ta' reklamar televiżiv u ta' telebejgħ, li mhumiex trażmissjonijiet ta' avvenimenti sportivi, għandhom jibqgħu l-eċċezzjoni.”;

(20)

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   It-trażmissjoni ta' films magħmula għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet tista' tiġi interrotta minn reklamar televiżiv, minn telebejgħ, jew mit-tnejn, darba waqt kull perijodu skedat ta' mill-inqas 30 minuta. It-trażmissjoni ta' programmi tat-tfal tista' tiġi interrotta minn reklamar televiżiv darba għal kull perijodu skedat ta' mill-inqas 30 minuta, dment li t-tul ta' ħin skedat tal-programm ikun aktar minn 30 minuta. It-trażmissjoni tat-telebejgħ għandha tkun ipprojbita matul il-programmi tat-tfal. Waqt servizzi reliġjużi ma għandu jiddaħħal l-ebda reklamar televiżiv jew telebejgħ.”;

(21)

L-Artikolu 23 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 23

1.   Il-proporzjon ta' spots ta' reklamar televiżiv u spots ta' telebejgħ fil-perijodu bejn is-06.00 u s-18.00 ma għandux jaqbeż 20 % ta' dak il-perijodu. Il-proporzjon ta' spots ta' reklamar televiżiv u spots ta' telebejgħ fil-perijodu bejn is-18.00 u 24.00 ma għandux jaqbeż 20 % ta' dak il-perijodu.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

l-avviżi magħmula mix-xandar b'konnessjoni mal-programmi tiegħu stess u prodotti anċillari meħuda direttament minn dawk il-programmi jew ma' programmi u servizzi tal-media awdjoviżiva minn entitajiet oħra li jappartjenu għall-istess grupp tax-xandir;

(b)

l-avviżi ta' sponsorizzazzjoni;

(c)

l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali;

(d)

il-frames newtrali bejn il-kontenut editorjali u r-reklamar televiżiv jew l-ispots ta' telebejgħ, u bejn l-ispots individwali.”;

(22)

Il-Kapitolu VIII huwa mħassar;

(23)

Jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:

“KAPITOLU IXA

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI TA' PJATTAFORMA TA' VIDEO-SHARING

Artikolu 28a

1.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing stabbilit fit-territorju ta' Stat Membru skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/31/KE għandu jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru.

2.   Fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing li mhux stabbilit fit-territorju ta' Stat Membru skont il-paragrafu 1 għandu jitqies li huwa stabbilit fit-territorju ta' Stat Membru għall-finijiet ta' din id-Direttiva jekk dak il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing:

(a)

ikollu impriża prinċipali jew impriża sussidjarja li tkun stabbilita fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; jew

(b)

huwa parti minn grupp u jkun hemm impriża oħra ta' dak il-grupp li hija stabbilita fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

(a)

“impriża prinċipali” tfisser impriża li tikkontrolla impriża sussidjarja waħda jew aktar;

(b)

“impriża sussidjarja” tfisser impriża li tkun ikkontrollata minn impriża prinċipali, inkluż kwalunkwe impriża sussidjarja ta' impriża prinċipali aħħarija;

(c)

“grupp” tfisser impriża prinċipali, l-impriżi sussidjarji kollha tagħha u l-impriżi l-oħra kollha li għandhom rabtiet organizzattivi ekonomiċi u legali magħhom.

3.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2, fejn l-impriża prinċipali, l-impriża sussidjarja jew l-impriżi l-oħra tal-grupp huma kollha stabbiliti fi Stati Membri differenti, il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża prinċipali tiegħu jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-impriża sussidjarja tiegħu jew, fin-nuqqas ta' stabbiliment bħal dan, fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża l-oħra tal-grupp.

4.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 3, meta jkun hemm diversi impriżi sussidjarji u kull waħda minnhom hija stabbilita fi Stat Membru differenti, il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru fejn waħda mill-impriżi sussidjarji bdiet l-attività tagħha inizjalment, dment li hija żżomm rabta stabbli u effettiva mal-ekonomija ta' dak l-Istat Membru.

Meta jkun hemm diversi impriżi oħra li huma parti mill-grupp u kull waħda hija stabbilita fi Stat Membru differenti, il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru fejn waħda minn dawn l-impriżi bdiet l-attività tagħha inizjalment, dment li hija żżomm rabta stabbli u effettiva mal-ekonomija ta' dak l-Istat Membru.

5.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-Artikoli 3 u l-Artikoli 12 sa 15 tad-Direttiva 2000/31/KE għandhom japplikaw għall-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing meqjusa li huma stabbiliti fi Stat Membru skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

6.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu lista aġġornata tal-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fit-territorju tagħhom u jindikaw fuq liema mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 hija bbażata l-ġurisdizzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dik il-lista, inkluż kwalunkwe aġġornament tagħha, lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali listi jsiru disponibbli f'bażi tad-data ċentralizzata. Fil-każ ta' inkonsistenzi bejn il-listi, il-Kummissjoni għandha tikkuntattja lill-Istati Membri kkonċernati sabiex tinstab soluzzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkollhom aċċess għal dik il-bażi tad-data. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni fil-bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku.

7.   Meta, fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux dwar liema Stat Membru għandu ġurisdizzjoni, huma għandhom iressqu l-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar il-kwistjoni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 30b(3). L-ERGA għandu jagħti tali opinjoni fi żmien 15-il jum ta' ħidma minn meta tiġi ppreżentata t-talba tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat ta' Kuntatt infurmat kif xieraq.

Artikolu 28b

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12 sa 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu:

(a)

lill-minorenni minn programmi, videos iġġenerati mill-utenti u komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom f'konformità mal-Artikolu 6a(1);

(b)

lill-pubbliku ġenerali minn programmi, videos iġġenerati mill-utenti u komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li fihom inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' grupp abbażi ta' kwalunkwe waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta;

(c)

lill-pubbliku ġenerali minn programmi, videos maħluqa mill-utenti u komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li fihom kontenut li d-disseminazzjoni tiegħu tirrappreżenta attività li hija reat kriminali skont il-liġi tal-Unjoni, jiġifieri provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku kif stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2017/541, reati li jikkonċernaw il-pedopornografija, kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u reati li jikkonċernaw ir-razziżmu u l-ksenofobija kif stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-pjattaformi ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(1) fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li jiġu kkummerċjalizzati, jinbiegħu jew jiġu organizzati minn dawk il-fornituri tal-pjattaformi ta' video-sharing.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jieħdu miżuri xierqa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(1) fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li mhumiex ikkummerċjalizzati, mibjugħa jew organizzati minn dawk il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing, b'kont meħud tal-kontroll limitat eżerċitat minn dawk il-pjattaformi ta' video-sharing fuq dawk il-komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżivi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jinfurmaw b'mod ċar lill-utenti meta l-programmi u l-videos iġġenerati mill-utenti jkun fihom komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, dment li tali komunikazzjonijiet huma ddikjarati taħt il-punt (c) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 jew il-fornitur jkun jaf dwar dan il-fatt.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-koregolamentazzjoni u t-trawwim tal-awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta kif previst fl-Artikolu 4a(1) li għandhom l-għan li jnaqqsu effettivament l-esponiment ta' tfal għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal ikel u xorb li fihom nutrijenti, u sustanzi b'effett nutrizzjonali jew fiżjoloġiku, b'mod partikolari xaħam, aċidi xaħmija trans, melħ jew sodju u zokkor, li t-teħid eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex rakkomandat. L-għan ta' dawk il-kodiċijiet għandu jkun li tali komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma jenfasizzawx il-kwalità pożittiva tal-aspetti nutrizzjonali ta' tali ikel u xorb.

3.   Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-miżuri xierqa għandhom jiġu ddeterminati fid-dawl tan-natura tal-kontenut inkwistjoni, il-ħsara li jista' jikkawża, il-karatteristiċi tal-kategorija ta' persuni li għandhom jiġu protetti kif ukoll id-drittijiet u l-interessi leġittimi involuti, inkluż dawk tal-fornituri tal-pjattaformi ta' video-sharing u l-utenti li jkunu ħolqu jew tellgħu l-kontenut, kif ukoll l-interess pubbliku ġenerali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri kollha ta' pjattaformi ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom japplikaw dawk il-miżuri. Dawk il-miżuri għandhom ikunu prattikabbli u proporzjonati, b'kont meħud tad-daqs ta' servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing u n-natura tas-servizz li jiġi pprovdut. Dawk il-miżuri ma għandhom iwasslu għall-ebda miżura ta' kontroll ex ante jew filtraġġ tal-kontenut imtella' li ma jikkonformax mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/KE. Għall-iskopijiet tal-protezzjoni tal-minuri, prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-aktar kontenut ta' ħsara għandu jkun soġġett għall-miżuri l-aktar stretti tal-kontroll tal-aċċess.

Dawk il-miżuri għandhom jikkonsistu minn, kif xieraq:

(a)

l-inklużjoni u l-applikazzjoni, fit-termini u l-kondizzjonijiet tas-servizzi ta' pjattaforma ta' video-sharing, tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

l-inklużjoni u l-applikazzjoni fit-termini u l-kondizzjonijiet tas-servizzi tal-pjattaforma ta' video-sharing tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(1) għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li ma jiġux ikkummerċjalizzati, ma jinbiegħux jew ma jiġux organizzati mill-fornituri tal-pjattaformi ta' video-sharing;

(c)

il-pussess ta' funzjonalità għal utenti li jtellgħu videos iġġenerati mill-utent biex jiddikjaraw jekk tali videos fihomx, sa fejn jafu huma jew sa fejn jista' jkun raġonevolment mistenni li jkunu jafu, komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi;

(d)

l-istabbiliment u t-tħaddim ta' mekkaniżmi trasparenti u b'użu faċli għall-utenti ta' pjattaforma ta' video-sharing biex jirrappurtaw jew jagħtu sinjal lill-fornitur tal-pjattaforma ta' video-sharing ikkonċernat bil-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1 provdut fil-pjattaforma tiegħu;

(e)

l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi li permezz tagħhom il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jispjegaw lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing x'effett ikun ingħata għar-rappurtar u l-għoti ta' sinjal imsemmija fil-punt (d);

(f)

l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi ta' verifika tal-età għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni;

(g)

l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi faċli biex jintużaw u li jippermettu lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jikklassifikaw il-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1;

(h)

il-provvediment għal sistemi ta' kontroll mill-ġenituri li jkunu taħt il-kontroll tal-utent finali fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni;

(i)

l-istabbiliment u t-tħaddim ta' proċeduri trasparenti, faċli li jintużaw u effikaċi għall-ġestjoni u għar-riżoluzzjoni ta' lmenti mill-utenti lill-fornitur tal-pjattaforma ta' video-sharing fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti (d) sa (h);

(j)

il-provvediment għal miżuri u għodod effikaċi ta' litteriżmu fil-media u s-sensibilizzazzjoni tal-utenti dwar dawk il-miżuri u l-għodod.

Data personali ta' minorenni miġbura jew iġġenerata b'mod ieħor mill-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing skont il-punti (f) u (h) tat-tielet subparagrafu ma għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet kummerċjali, bħall-kummerċjalizzazzjoni diretta, it-tfassil ta' profili u r-reklamar immirat skont l-imġiba.

4.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-koregolamentazzjoni kif previst fl-Artikolu 4a(1).

5.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jivvalutaw l-adegwatezza tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 meħudin minn fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing. L-Istati Membri għandhom jinkarigaw lill-awtoritajiet jew lill-korpi regolatorji nazzjonali bil-valutazzjoni ta' dawk il-miżuri.

6.   L-Istati Membri jistgħu jimponu fuq il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing miżuri li huma aktar dettaljati jew stretti mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Meta jadottaw tali miżuri, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni applikabbli, bħal pereżempju dawk stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 15 tad-Direttiva 2000/31/KE jew fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mekkaniżmi ta' rimedju barra mill-qorti jkunu disponibbli għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-utenti u l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing b'rabta mal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3. Mekkaniżmi bħal dawn għandhom jagħmluha possibbli li t-tilwimiet jiġu solvuti b'mod imparzjali u m'għandhomx iċaħħdu lill-utent mill-protezzjoni legali mogħtija mil-liġi nazzjonali.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jkunu jistgħu jasserixxu d-drittijiet tagħhom quddiem qorti fir-rigward ta' fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing skont il-paragrafi 1 u 3.

9.   Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jagħmlu skambju tal-aħjar prattiki dwar il-kodiċijiet ta' kondotta koregolatorji msemmija fil-paragrafu 4.

10.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jrawmu l-awtoregolamentazzjoni permezz tal-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4a(2).

(*1)  Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1).”"

(24)

It-titolu tal-Kapitolu XI huwa sostitwit b'dan li ġej:

AWTORITAJIET UKORPI REGOLATORJI TAL-ISTATI MEMBRI”;

(25)

L-Artikolu 30 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 30

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità jew korp regolatorju nazzjonali wieħed jew aktar, jew it-tnejn. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma legalment distinti mill-gvern u funzjonalment indipendenti mill-gvernijiet rispettivi tagħhom u minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu awtoritajiet regolatorji li jissorveljaw setturi differenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti u skont l-objettivi ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-pluraliżmu tal-media, id-diversità kulturali u lingwistika, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-aċċessibbiltà, in-nondiskriminazzjoni, il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta.

L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali ma għandhomx ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet mill-ebda korp ieħor b'rabta mal-eżerċizzju tal-kompiti assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi tal-Unjoni. Dan ma għandux jipprevjeni is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompetenzi u s-setgħat tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali, kif ukoll il-modi ta' kif jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom ikunu definiti b'mod ċar fil-liġi.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finazjarji u umani u setgħat ta' infurzar adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod effikaċi u jikkontribwixxu għall-ħidma tal-ERGA. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jingħataw il-baġits annwali tagħhom stess, li għandhom isiru pubbliċi.

5.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali tagħhom il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħatra u għat-tkeċċija tal-kapijiet ta' awtoritajiet u ta' korpi regolatorji nazzjonali jew tal-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu tali funzjoni, inkluż it-tul ta' żmien tal-mandat. Il-proċeduri għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji u jiggarantixxu l-grad rikjest ta' indipendenza. Il-kap ta' awtorità jew korp regolatorju nazzjonali jew il-membri tal-korp kolleġġjali li jissodisfaw dik il-funzjoni fi ħdan awtorità jew korp regolatorju nazzjonali, jistgħu jitkeċċew jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom li huma stabbiliti minn qabel fil-livell nazzjonali. Deċiżjoni ta' tkeċċija għandha tkun debitament ġustifikata, soġġetta għal notifika minn qabel u tkun disponibbli għall-pubbliku.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi ta' appell effikaċi fil-livell nazzjonali. Il-korp ta' appell, li jista' jkun qorti, għandu jkun indipendenti mill-partijiet involuti fl-appell.

Sakemm ikun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali għandha tibqa' valida, sakemm ma jingħatawx miżuri interim skont il-liġi nazzjonali.”;

(26)

Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 30a

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jieħdu miżuri adegwati biex jipprovdu lil xulxin u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3 u 4.

2.   Fil-kuntest tal-iskambju ta' informazzjoni skont il-paragrafu 1, meta l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jirċievu informazzjoni minn fornitur ta' servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li ser jipprovdi servizz kompletament jew fil-biċċa l-kbira tiegħu dirett lejn l-udjenza ta' Stat Membru ieħor, l-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali fl-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni għandu jinforma lill-awtorità jew lill-korp regolatorju nazzjonali tal-Istat Membru fil-mira.

3.   Jekk l-awtorità jew il-korp regolatorju ta' Stat Membru li t-territorju tiegħu jinsab fil-mira ta' servizz ta' fornitur ta' servizz tal-media taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor jibgħat talba li tikkonċerna l-attivitajiet ta' dak il-fornitur lill-awtorità jew korp regolatorju tal-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni fuqu, l- awtorità jew il-korp regolatorju tal-aħħar għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jindirizza t-talba fi żmien xahrejn, mingħajr preġudizzju għal-limiti ta' żmien aktar stretti applikabbli skont din id-Direttiva. Meta mitluba, l-awtorità jew il-korp regolatorju tal-Istat Membru fil-mira għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni lill-awtorità jew lill-korp regolatorju tal-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni li tista' tassistih biex jindirizza t-talba.

Artikolu 30b

1.   Il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (ERGA) huwa b'dan stabbilit.

2.   Huwa għandu jkunu magħmul minn rappreżentati ta' awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali fil-qasam tas-servizzi tal-media awdjoviżiva bir-responsabbiltà primarja għas-sorveljanza tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, jew fejn m'hemmx awtorità jew korp regolatorju nazzjonali, minn rappreżentanti oħra kif magħżul permezz tal-proċeduri tagħhom. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-ERGA.

3.   L-ERGA għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)

jipprovdi l-għarfien tekniku espert lill-Kummissjoni:

fil-kompitu tagħha li tiżgura implimentazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri kollha,

dwar kwistjonijiet relatati mas-servizzi tal-media awdjoviżiva fl-ambitu tal-kompetenza tagħha;

(b)

jipprovdi skambju ta' esperjenza u l-aħjar prattiki rigward l-applikazzjoni tal-qafas regolatorju għas-servizzi tal-media awdjoviżiva, inkluż dak dwar l-aċċessibbiltà u l-litteriżmu tal-media;

(c)

jikkoopera u jipprovdi lill-membri tiegħu bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 3, 4 u 7;

(d)

jagħti opinjonijiet, meta mitlub mill-Kummissjoni, dwar l-aspetti tekniċi u fattwali tal-kwistjonijiet skont l-Artikolu 2(5c), l-Artikolu 3(2) u (3), il-punt (c) tal-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 28a(7).

4.   L-ERGA għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.”;

(27)

L-Artikolu 33 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 33

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' din id-Direttiva.

Mhux aktar tard mid-19 ta' Diċembru 2022, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Mhux aktar tard mid-19 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjata fejn xieraq minn proposti għar-rieżami tagħha, dwar l-impatt ta' din id-Direttiva u l-valur miżjud tagħha.

Il-Kummissjoni għandha żżomm il-Kumitat ta' Kuntatt u l-ERGA debitament infurmati dwar il-ħidma u l-attivitajiet ta' xulxin.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li tasal mingħand l-Istati Membri dwar kwalunkwe miżura li jkunu ħadu fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva tiġi kkomunikata lill-Kumitat ta' Kuntatt u l-ERGA.”;

(28)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 33a

1.   L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jieħdu miżuri għall-iżvilupp ta' ħiliet fil-litteriżmu fil-media.

2.   Sad-19 ta' Diċembru 2022 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Kumitat ta' Kuntatt, toħroġ linji gwida dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' tali rapporti.”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sad-19 ta' Settembru 2020. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Novembru 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. EDTSTADLER


(1)  ĠU C 34, 2.2.2017, p. 157.

(2)  ĠU C 185, 9.6.2017, p. 41.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Ottubru 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2018.

(4)  Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23).

(5)  Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

(6)  Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27).

(7)  Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali, (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55).

(8)  Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

(9)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(10)  Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1).

(11)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(12)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(13)  Direttiva 2003/33/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-reklamar u l-patrunaġġ tal-prodotti tat-tabakk (ĠU L 152, 20.6.2003, p. 16).

(14)  Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1).

(15)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 462 finali tat-3 ta' Frar 2014 dwar it-twaqqif tal-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva.

(16)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.