ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 74

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
19 ta' Marzu 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/402 tal-15 ta' Jannar 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

1

 

 

Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 tat-18 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jista' jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

8

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/404 tal-18 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

28

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/405 tat-18 ta' Marzu 2016 li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2077 għall-bajd, il-prodotti tal-bajd u l-albumina li joriġinaw mill-Ukrajna

30

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/406 tat-18 ta' Marzu 2016 li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael

32

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2016/407 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni mill-Belġju EGF/2015/007 — BE/Hainaut-Namur Glass)

34

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/408 tal-10 ta' Marzu 2016 dwar is-sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta' 30 % tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/409 tal-14 ta' Marzu 2016 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta' Spanja fil-Kumitat tar-Reġjuni

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/410 tal-14 ta' Marzu 2016 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja fil-Kumitat tar-Reġjuni

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/411 tat-18 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

40

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/412 tas-17 ta' Marzu 2016 li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-injam tal-fraxxnu li joriġina fil-Kanada jew li huwa pproċessat hemmhekk (notifikata bid-dokument C(2016) 1635)

41

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/413 tat-18 ta' Marzu 2016 li tiddetermina l-lokalizzazzjoni tal-infrastruttura tas-sistema stabbilita skont il-programm Galileo u li tipprevedi l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-operat tiegħu u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/117/UE ( 1 )

45

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/57/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar is-sistema ta' twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 21, 26.1.2000 — Ħarġa Speċjali 2004, 15. Ambjent, konsumaturi u ħarsien tas-saħħa Volum 05)

50

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/402

tal-15 ta' Jannar 2016

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 218(5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Jannar 2014, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) biex jiftaħ negozjati, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(3) tat-Trattat dwar il-Funjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex jikkonkludi Ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni bejn il-Kunsill tal-Ministri u r-Repubblika tal-Albanija u l-Unjoni Ewropea.

(2)

Wara dik l-awtorizzazzjoni, ir-RGħ innegozja Ftehim mal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata.

(3)

Dak il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ministri u r-Repubblika tal-Albanija u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/3


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn il-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

Il-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-Albanija”;

u

l-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-UE”;

minn hawn 'il quddiem imsejħin “il-Partijiet”;

FILWAQT LI JQISU li l-Partijiet jikkondividu l-objettivi li jsaħħu s-sigurtà tagħhom stess b'kull mod;

FILWAQT LI JQISU li l-Partijiet jaqblu li bejniethom għandha tiġi żviluppata kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess komuni relatati mas-sigurtà;

FILWAQT LI JQISU li, f'dan il-kuntest, teżisti għalhekk ħtieġa permanenti għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata bejn il-Partijiet;

FILWAQT LI JQISU li kooperazzjoni u konsultazzjoni sħiħa u effettiva tista' teħtieġ l-aċċess għal, u skambju ta', informazzjoni klassifikata u materjal relatat tal-Partijiet;

KONXJI li tali aċċess għal, u skambju ta', informazzjoni klassifikata u materjal relatat jeħtieġu li jittieħdu miżuri adegwati ta' sigurtà,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi tat-tisħiħ tas-sigurtà ta' kull waħda mill-Partijiet b'kull mod, dan il-Ftehim bejn l-Albanija u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) għandu japplika għal informazzjoni jew materjal klassifikati fi kwalunkwe forma jew ipprovduti mill-Partijiet jew inkella skambjati bejniethom.

2.   Kull Parti għandha tipproteġi l-informazzjoni klassifikata li tirċievi mill-Parti l-oħra minn telf jew żvelar mhux awtorizzat f'konformità mat-termini mniżżlin hawnhekk u f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, “informazzjoni klassifikata” għandha tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal, fi kwalunkwe forma, li:

(a)

jiġu ddeterminati minn waħda mill-Partijiet bħala li jeħtieġu protezzjoni, billi t-telf jew l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' joħloq livelli varji ta' dannu jew ħsara għall-interessi tal-Albanija, jew tal-UE jew ta' Stat Membru wieħed jew aktar tagħha; u

(b)

ikollhom marka ta' klassifikazzjoni ta' sigurtà kif tinsab fl-Artikolu 7.

Artikolu 3

1.   L-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE li għalihom japplika dan il-Ftehim huma: il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Kunsill”), is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (minn hawn 'il quddiem “is-SEAE”) u l-Kummissjoni Ewropea. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, dawk l-istituzzjonijiet u l-entitajiet minn hawn 'il quddiem għandhom jissejħu “l-UE”.

2.   Dawk l-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE jistgħu jikkondividu informazzjoni klassifikata li taslilhom taħt dan il-Ftehim ma' istituzzjonijiet u entitajiet oħrajn tal-UE, soġġett għall-kunsens bil-miktub minn qabel tal-parti provvedenti u soġġett għal assigurazzjonijiet xierqa li l-entità riċeventi tipproteġi l-informazzjoni b'mod xieraq.

Artikolu 4

Kull waħda mill-Partijiet għandha tiżgura li jkollha fis-seħħ sistemi u miżuri ta' sigurtà xierqa, ibbażati fuq il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti fil-liġijiet jew fir-regolamenti rispettivi tagħhom, u riflessi fl-arranġamenti ta' sigurtà li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 12, sabiex ikun żgurat li qed jiġi applikat livell ekwivalenti ta' protezzjoni għal informazzjoni klassifikata soġġetta għal dan il-Ftehim.

Artikolu 5

Kull waħda mill-Partijiet għandha:

(a)

tipproteġi l-informazzjoni klassifikata pprovduta minn jew skambjata mal-Parti l-oħra taħt dan il-Ftehim f'livell li jkun tal-inqas ekwivalenti għal dak mogħti mill-Parti provvedenti;

(b)

tiżgura li l-informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim iżżomm il-marka tal-klassifikazzjoni ta' sigurtà mogħtija lilha mill-Parti provvedenti, u li ma tbaxxix il-livell tal-klassifikazzjoni tagħha jew tiddeklassifikaha mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti provvedenti. Il-Parti riċeventi għandha tipproteġi l-informazzjoni klassifikata skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti ta' sigurtà tagħha stess għal informazzjoni li jkollha klassifikazzjoni ta' sigurtà ekwivalenti kif speċifikat fl-Artikolu 7;

(c)

ma tużax tali informazzjoni klassifikata għal għanijiet li mhumiex dawk stabbiliti mill-oriġinatur jew dawk li għalihom tiġi pprovduta jew skambjata l-informazzjoni;

(d)

ma tiżvelax tali informazzjoni klassifikata lil partijiet terzi mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti provvedenti;

(e)

ma tippermettix l-aċċess għal tali informazzjoni klassifikata lil individwi ħlief jekk dawn ikollhom bżonn it-tagħrif u jkunu ngħataw l-approvazzjoni tas-sigurtà kif xieraq skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tal-Parti riċeventi;

(f)

tiżgura li l-faċilitajiet fejn l-informazzjoni klassifikata pprovduta tiġi ttrattata u maħżuna jkollhom iċ-ċertifikat tas-sigurtà xieraq; u

(g)

tiżgura li l-individwi kollha li għandhom aċċess għal informazzjoni klassifikata huma infurmati bir-responsabbiltà tagħhom li jipproteġuha skont ir-regoli u r-regolamenti applikabbli.

Artikolu 6

1.   L-informazzjoni klassifikata għandha tiġi żvelata jew rilaxxata f'konformità mal-prinċipju tal-kunsens tal-oriġinatur.

2.   Sabiex isir rilaxx lil riċevituri oħra diversi mill-Partijiet, ser tittieħed deċiżjoni dwar l-iżvelar jew ir-rilaxx ta' informazzjoni klassifikata mill-Parti riċeventi fuq bażi ta' każ b'każ soġġett għall-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti provvedenti u skont il-prinċipju tal-kunsens tal-oriġinatur.

3.   Ma għandu jkun possibbli l-ebda rilaxx ġeneriku sakemm ma jkunux ġew maqbula proċeduri bejn il-Partijiet rigward ċerti kategoriji ta' informazzjoni li huma rilevanti għall-ħtiġiet speċifiċi tagħhom.

4.   Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jitqies bħala bażi għal rilaxx mandatorju ta' informazzjoni klassifikata bejn il-Partijiet.

5.   L-informazzjoni klassifikata soġġetta għal dan il-Ftehim tista' tiġi pprovduta lil kuntrattur jew lil kuntrattur prospettiv biss bil-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti provvedenti. Qabel tali rilaxx, il-Parti riċeventi għandha tiżgura li l-kuntrattur jew il-kuntrattur prospettiv u l-faċilità tal-kuntrattur huma kapaċi jipproteġu l-informazzjoni u jkollhom approvazzjoni ta' sigurtà adegwata.

Artikolu 7

Sabiex jiġi stabbilit livell ekwivalenti ta' protezzjoni għal informazzjoni klassifikata pprovduta mill-Partijiet jew skambjata bejniethom, il-klassifikazzjonijiet tas-sigurtà għandhom jikkorrispondu kif ġej:

UE

Albanija

TRES SECRET UE/EU TOP SECRET

TEPËR SEKRET

SECRET UE/EU SECRET

SEKRET

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL

KONFIDENCIAL

RESTREINT UE/EU RESTRICTED

I KUFIZUAR

Artikolu 8

1.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li, fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom jeħtieġu aċċess, jew li d-dmirijiet jew il-funzjonijiet tagħhom jistgħu jagħtuhom aċċess, għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew KONFIDENCIAL jew ogħla pprovduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim ikunu ngħataw l-approvazzjoni ta' sigurtà adegwata qabel ma dawn jingħataw aċċess għal tali informazzjoni apparti r-rekwiżit li l-individwu għandu bżonn it-tagħrif kif previst fl-Artikolu 5(e).

2.   Il-proċeduri għall-approvazzjoni tas-sigurtà għandhom jitfasslu biex jiġi determinat jekk individwu, b'kont meħud tal-lealtà u l-affidabbiltà tiegħu, jistax ikollu aċċess għal informazzjoni klassifikata.

Artikolu 9

Il-Partijiet għandhom jipprovdu assistenza reċiproka fir-rigward tas-sigurtà ta' informazzjoni klassifikata soġġetta għal dan il-Ftehim u kwistjonijiet ta' interess komuni ta' sigurtà. L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 12 għandhom iwettqu konsultazzjonijiet u żjajjar ta' evalwazzjoni reċiproċi ta' sigurtà biex tiġi stmata l-effettività tal-arranġamenti tas-sigurtà fil-qasam tar-responsabbiltà rispettiva tagħhom stabbiliti skont dak l-Artikolu.

Artikolu 10

1.   Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)

fir-rigward tal-UE, il-korrispondenza kollha għandha tintbagħat mill-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tal-Kunsill u għandha tintbagħat minnu lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet jew l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3, soġġett għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(b)

fir-rigward tal-Albanija, il-korrispondenza kollha għandha tintbagħat lir-Reġistru Ċentrali tad-Direttorat għas-Sigurtà tal-Informazzjoni Klassifikata permezz tad-delegazzjoni tal-UE għall-Albanija.

2.   Eċċezzjonalment, il-korrispondenza minn Parti waħda li tkun aċċessibbli biss għal uffiċjali, organi jew servizzi kompetenti speċifiċi ta' dik il-Parti tista', għal raġunijiet operattivi, tiġi indirizzata u tkun aċċessibbli biss għal uffiċjali, organi jew servizzi kompetenti speċifiċi tal-Parti l-oħra magħżula b'mod speċifiku bħala riċevituri, b'kont meħud tal-kompetenzi tagħhom u skont il-prinċipju ta' ħtieġa ta' tagħrif. Sa fejn tkun ikkonċernata l-UE, tali korrispondenza għandha tiġi trasmessa permezz tal-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tal-Kunsill, l-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tas-SEAE, jew l-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tal-Kummissjoni Ewropea, kif xieraq. Sa fejn tkun ikkonċernata l-Albanija, tali korrispondenza għandha tiġi trasmessa permezz tar-Reġistru Ċentrali tad-Direttorat għas-Sigurtà tal-Informazzjoni Klassifikata.

Artikolu 11

Id-Direttorat għas-Sigurtà tal-Informazzjoni Klassifikata, is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, il-Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għal kwistjonijiet ta' sigurtà u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 12

1.   Sabiex dan il-Ftehim jiġi implimentat, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta' sigurtà bejn l-awtoritajiet ta' sigurtà kompetenti indikati hawn taħt, fejn kull waħda taġixxi taħt id-direzzjoni u f'isem is-superjuri organizzattivi tagħha, sabiex jiġu stabbiliti l-istandards għall-protezzjoni reċiproka ta' informazzjoni klassifikata taħt dan il-Ftehim:

minn naħa waħda d-Direttorat għas-Sigurtà tal-Informazzjoni Klassifikata tal-Albanija;

u min-naħa l-oħra

(i)

l-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(ii)

id-Direttorat HR.DS — id-Direttorat għas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill; u

(iii)

id- Dipartiment għas-Sigurtà tas-SEAE.

2.   Qabel ma tiġi pprovduta jew skambjata informazzjoni klassifikata bejn il-Partijiet taħt dan il-Ftehim, l-awtoritajiet tas-sigurtà kompetenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jaqblu li l-Parti riċeventi tkun tista' tipproteġi l-informazzjoni b'mod konsistenti mal-arranġamenti ta' sigurtà li għandhom jiġu stabbiliti skont dak il-paragrafu.

Artikolu 13

1.   L-awtorità kompetenti ta' waħda mill-Partijiet imsemmija fl-Artikolu 12 għandha tinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra bi kwalunkwe każ ta' żvelar mhux awtorizzat ippruvat jew suspettat jew telf ta' informazzjoni klassifikata pprovduta minn dik il-Parti. L-awtorità kompetenti għandha tmexxi investigazzjoni, bl-assistenza tal-Parti l-oħra jekk meħtieġ, u għandha tirrapporta r-riżultati lill-Parti l-oħra.

2.   L-awtoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 12 għandhom jistabbilixxu l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f'każijiet bħal dawn.

Artikolu 14

Kull Parti għandha tassumi l-ispejjeż tagħha stess fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 15

Xejn f'dan il-Ftehim m'għandu jbiddel il-ftehimiet jew l-arranġamenti eżistenti bejn il-Partijietjew ftehimiet bejn l-Albanija u l-Istati Membri tal-UE. Dan il-Ftehim m'għandux jipprekludi lill-Partijiet milli jikkonkludu ftehimiet oħra relatati mal-provvediment jew l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata soġġetta għal dan il-Ftehim sakemm dan ma jkunx inkompatibbli mal-obbligi taħt dan il-Ftehim.

Artikolu 16

Kwalunkwe tilwima bejn il-Partijiet li tirriżulta mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi indirizzata permezz ta' negozjar bejn il-Partijiet. Matul in-negozjar iż-żewġ Partijiet għandhom ikomplu jwettqu l-obbligi kollha tagħhom taħt dan il-Ftehim.

Artikolu 17

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan l-għan.

2.   Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bi kwalunkwe tibdil fil-liġijiet u r-regolamenti tagħha li jista' jaffettwa l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata msemmija f'dan il-Ftehim.

3.   Dan il-Ftehim jista' jiġi rivedut sabiex jiġu kkunsidrati emendi possibbli fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet.

4.   Kwalunkwe emenda magħmula lil dan il-Ftehim għandha ssir biss bil-miktub u bi ftehim komuni bejn il-Partijiet. Din għandha tidħol fis-seħħ ma' notifika reċiproka kif previst fil-paragrafu 1.

Artikolu 18

Dan il-Ftehim jista' jiġi terminat minn Parti waħda b'notifika bil-miktub tat-terminazzjoni mogħtija lill-Parti l-oħra. Tali terminazzjoni għandha ssir effettiva sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tkun irċeviet in-notifika, iżda ma għandhiex taffettwa l-obbligi li l-Partijiet ikunu diġà daħlu għalihom taħt dan il-Ftehim. B'mod partikolari, kull informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata skont dan il-Ftehim għandha tibqa' tiġi protetta skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti hawnhekk.

B'XIEHDA TA' DAN is-sottoskritti, debitament awtorizzati rispettivament, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f'Tirana, fit-tielet jum ta' Marzu fis-sena elfejn u sittax, f'żewġ kopji: waħda bil-lingwa Ingliża u l-oħra bil-lingwa Albaniża. F'każ ta' tilwima t-test tal-lingwa Ingliża għandha tipprevali.

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija


REGOLAMENTI

19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/403

tat-18 ta' Marzu 2016

li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jista' jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/22/KE tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Billi:

(1)

Bl-Artikolu 6(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, il-Kummissjoni hija mitluba li tħejji lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju ta' regoli tal-Unjoni, li b'żieda ma' dawk stabbiliti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament, jistgħu jwasslu għat-telf ta' reputazzjoni tajba tal-impriża tat-trasport bit-triq jew tal-maniġer tat-trasport.

(2)

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-grad ta' serjetà tal-ksur b'referenza għar-riskju ta' fatalitajiet jew ta' korrimenti gravi u għandha tipprovdi l-frekwenza ta' okkorrenzi li lil hinn minnhom ksur ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju.

(3)

Il-lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju li jridu jiġu stabbiliti għandhom jinkludu ksur tar-regoli tal-Unjoni relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(4)

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-informazzjoni dwar dak il-ksur meta jistabbilixxu l-prijoritajiet għall-kontrolli mmirati lejn impriżi li huma kklassifikati li jippreżentaw riskju miżjud, kif meħtieġ mill-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(5)

Il-miżuri li jridu jiġu adottati huma meħtieġa biex jiżguraw it-trasparenza, l-imparzjalità u ċ-ċertezza legali fl-evalwazzjoni tas-serjetà tal-ksur u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq ir-reputazzjoni tajba tal-impriża tat-trasport jew tal-maniġer tat-trasport.

(6)

Madankollu, hija r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru biex twettaq il-proċedura amministrattiva nazzjonali sħiħa biex jiġi ddeterminat jekk it-telf ta' reputazzjoni tajba jikkositwixxix reazzjoni proporzjonata f'każ individwali. Proċedura ta' eżami nazzjonali bħal din għandha tinkludi, jekk ikun xieraq, kontrolli fil-bini tal-impriża kkonċernata. Għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kondotta tal-impriża, tal-maniġers tagħha u ta' kwalunkwe persuna rilevanti oħra.

(7)

Il-kategorizzazzjoni armonizzata tal-ksur serju għandha tipprovdi l-bażi għall-estensjoni tas-sistema nazzjonali tal-klassifikazzjoni tar-riskju stabbilita minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE, sabiex tkopri kull ksur serju tar-regoli tat-trasport bit-triq tal-Unjoni, indikat fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, li jistgħu jaffettwaw ir-reputazzjoni tajba tal-impriża tat-trasport jew tal-maniġer tat-trasport.

(8)

L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jipprovdi wkoll li l-Istati Membri għandhom jinkludu l-ksur serju fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016. Il-kategorizzazzjoni armonizzata tal-ksur hija għalhekk pass importanti 'l quddiem li jiżgura kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi, aktar infurzar armonizzat u funzjonament effettiv tas-sistema ta' skambju tal-informazzjoni tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-triq.

(9)

Huwa fl-interess tat-trasparenza u tal-kompetizzjoni ġusta li jiġi stabbilit metodu komuni tal-kalkolu ta' frekwenza tal-okkorrenzi li lil hinn minnhom ksur ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment. Tali ksur ripetut jista' jwassal biex titnieda l-proċedura amministrattiva nazzjonali, li, mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, jista' jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba minn operatur tat-trasport.

(10)

Bħala regola ġenerali, il-frekwenza għandha tkun determinata billi jitqiesu s-serjetà tal-ksur, iż-żmien u l-għadd medju ta' sewwieqa. Dan għandu jitqies bħala l-limitu massimu, filwaqt li għall-Istati Membri titħalla l-possibbiltà li japplikaw limiti aktar baxxi, kif previst fil-proċedura amministrattiva nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni ta' reputazzjoni tajba.

(11)

Għall-assigurazzjoni tal-konsistenza legali u t-trasparenza, huwa wkoll meħtieġ li jiġi emendat l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE billi jinbidel il-grad ta' serjetà ta' ċertu ksur stipulat hemmhekk skont il-lista tal-ksur l-aktar serju stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(12)

Il-lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju ġiet determinata f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni, fejn il-valutazzjoni tal-livell ta' serjetà kienet ibbażata fuq l-aqwa prassi u fuq l-esperjenza fl-infurzar tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi rilevanti fl-Istati Membri. L-aktar każijiet serji ta' ksur stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 kienu jikkostitwixxu l-limitu massimu ta' referenza għall-valutazzjoni tal-grad ta' serjetà ta' ksur rilevanti oħra.

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat fuq it-Trasport bit-Triq stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi lista komuni ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni tat-trasport bit-triq kummerċjali, kif stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, li, b'żieda ma' dawk stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, jistgħu jwasslu għat-telf ta' reputazzjoni tajba ta' operatur tat-trasport tat-triq.

2.   Dan ir-Regolament jistipula l-frekwenza massima tal-okkorrenza li lil hinn minnha, ksur serju ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju, billi jittieħed f'kunsiderazzjoni l-għadd ta' xufiera użati għall-attivitajiet ta' trasport mmexxija mill-maniġer tat-trasport, kif stipulat fl-Anness II.

3.   L-Istati Membri għandhom iqisu l-informazzjoni dwar il-ksur serju msemmi fil-paragrafi 1 u 2 meta jwettqu l-proċedura amministrattiva nazzjonali dwar il-valutazzjoni ta' reputazzjoni tajba.

Artikolu 2

L-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8).


ANNESS I

Kategorizzazzjoni ta' ksur serju

(imsemmi fl-Artikolu 1)

It-tabelli li ġejjin fihom il-kategoriji u t-tipi ta' ksur serju tar-regoli tal-UE tat-trasport bit-triq kummerċjali, maqsuma fi tliet kategoriji ta' gradi ta' serjetà skont il-potenzjal tagħhom li joħolqu riskju ta' fatalitajiet jew ta' korrimenti gravi.

1.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u taql-Kunsill  (1) (Ħin ta' sewqan u ta' mistrieħ)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ (2)

KAS

KSĦ

KS

Ekwipaġġ

1.

Art. 5.1

Ma jitħarsux l-etajiet minimi tal-kundutturi

 

 

X

Perjodi ta' sewqan

2.

Art. 6.1

Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum meta mhux permessal-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta' 10 sigħat

10s ≤ … < 11s

 

 

X

3.

11s ≤ …

 

X

 

4.

Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr kwalunkwe mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat

13s30 ≤ …

u l-ebda brejk/serħan

X

 

 

5.

Jinqabeż il-ħin estiż ta' sewqan kuljum ta' 10 sigħat meta l-estensjoni hija permessa meta l-estensjoni hija permessa

11s ≤ … < 12s

 

 

X

6.

12s ≤ …

 

X

 

7.

Aktar minn 10 sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat

15s ≤ …

u l-ebda brejk/serħan

X

 

 

8.

Art. 6.2

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa

60s ≤ … < 65s

 

 

X

9.

65s ≤ … < 70

 

X

 

10.

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa b'25 % jew aktar

70s ≤ …

X

 

 

11.

Art. 6.3

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi

100s ≤ … < 105s

 

 

X

12.

100s ≤ … < 112s30

 

X

 

13.

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi b'25 % jew aktar

112s30 ≤ …

X

 

 

Brejks

14.

Art. 7

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan mhux interrott ta' 4,5 sigħat qabel il-brejk

5s ≤ … < 6s

 

 

X

15.

6s ≤ …

 

X

 

Perjodi ta' Serħan

16.

Art. 8.2

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum

8s30 ≤ … < 10s

 

 

X

17.

… < 8s30

 

X

 

18.

Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat meta t-tnaqqis huwa permess

7s ≤ … < 8s

 

 

X

19.

… < 7s

 

X

 

20.

Perjodu maqsum insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn 3s + 9s

3s + [7s ≤ … < 8s]

 

 

X

21.

3s + [… < 7s]

 

X

 

22.

Art. 8.5

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat għal vettura b'aktar minn sewwieq wieħed

7s ≤ … < 8s

 

 

X

23.

… < 7s

 

X

 

24.

Art. 8.6

Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 24 siegħa

20s ≤ … < 22s

 

 

X

25.

… < 20s

 

X

 

26.

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan fil-ġimgħa

36s ≤ … < 42s

 

 

X

27.

… < 36s

 

X

 

28

Art. 8.6

Aktar minn sitt (6) perjodi konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa

3s ≤ … < 12s

 

 

X

12s ≤ …

 

X

 

Deroga mir-regola ta' 12-il jum

29.

Art. 8.6a

Aktar minn 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa wara perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa

3s ≤ … < 12s

 

 

X

12s ≤ …

 

X

 

30.

Art. 8.6 a (b)(ii)

Perjodu ta' serhan fil-ġimgħa jittieħed wara 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa

65s < … ≤ 67s

 

 

X

… ≤ 65s

 

X

 

31.

Art. 8.6 a (d)

Perjodu ta' sewqan, bejn l-22.00 u s-6.00, ta' aktar minn tliet sigħat qabel il-brejk, jekk il-vettura ma jkollhiex aktar minn sewwieq wieħed

3s < … < 4,5s

 

 

X

4,5s ≤ …

 

X

 

Organizzazzjoni tax-xogħol

32.

Art. 10.1

Relazzjoni bejn il-paga u d-distanza misjuqa jew l-ammont ta' oġġetti trasportati

 

X

 

33.

Art. 10.2

L-ebda organizzazzjoni jew l-organizzazzjoni mhux xierqa tax-xogħol tal-kunduttur, l-ebda struzzjoni jew struzzjonijiet mhux xierqa mogħtija lill-kunduttur li jippermettulu li jikkonforma mal-liġi

 

X

 

2.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (3) (Takografu)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

L-installazzjoni ta' takografu

1.

Artikoli 3.1 u 22

Ma jkunx installat u użat takografu tat-tip approvat (pereżempju: it-takografu ma jkunx installat minn fitters, workshops jew manifatturi tal-vetturi li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-użu ta' takografu mingħajr is-siġilli neċessarji mqiegħda jew sostitwiti minn fitter, minn workshop jew minn manifattur tal-vetturi li huma approvati jew l-użu ta' takografu mingħajr il-pjanċa tal-installazzjoni)

X

 

 

Użu tat-takografu, tal-karta tas-sewwieq jew tal-folja ta' reġistrazzjoni

2.

Art. 23.1

L-użu ta' takografu mhux spezzjonat minn workshop approvat

 

X

 

3.

Art. 27

Is-sewwieq għandu fil-pussess tiegħu u/jew juża aktar minn karta tas-sewwieq waħda li hija tiegħu u li hija valida

 

X

 

4.

Sewqan b'karta tas-sewwieq falsifikata (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

5.

Sewqan b'karta tas-sewwieq li tagħha s-sewwieq mhuwiex id-detentur (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

6.

Sewqan b'karta tas-sewwieq li ġiet akkwistata abbażi ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew ta' dokumenti ffalsifikati (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

7.

Art. 32.1

Takografu ma jiffunzjonax tajjeb (pereżempju it-takografu ma jkunx spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat b'mod tajjeb)

 

X

 

8.

Artikoli 32.1 u 33.1

Takografu użat b'mod ħażin (pereżempju: l-użu ħażin b'mod intenzjonat, volontarju jew imponut, nuqqas ta' struzzjonijiet dwar l-użu korrett eċċ.)

 

X

 

9.

Art. 32.3

L-użu ta' tagħmir ta' falsifikazzjoni li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-takografu

X

 

 

10.

Falsifikazzjoni, ħabi, suppressjoni jew qerda tad-dejta rreġistrata fuq il-folji tar-reġistrazzjoni jew tad-dejta maħżuna u ddawnlowdjata mit-takografu u/jew mill-karta tas-sewwieq

X

 

 

11.

Art. 33.2

L-impriża ma żżommx folji tar-reġistrazzjoni, karti stampati u dejta li titniżżel

 

X

 

12.

Id-dejta rreġistrata jew maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas sena

 

X

 

13.

Art. 34.1

Il-folji tar-reġistrazzjoni/il-karta tas-sewwieq jintużaw ħażin

 

X

 

14.

Irtirar mhux awtorizzat tal-folji jew tal-karta tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-dejta rilevanti

 

X

 

15.

Tintuża folja tar-reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak intenzjonat u tintilef xi dejta

 

X

 

16.

Art. 34.2

Jintużaw folji tar-reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieqa maħmuġin jew danneġġati u d-dejta mhijiex leġibbli

 

X

 

17.

Art. 34.3

Ma jsirx input manwali, meta dan ikun meħtieġ

 

X

 

18.

Art. 34.4

Ma tintużax il-folja korretta jew il-karta tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed)

 

 

X

19.

Art. 34.5

Il-mekkaniżmu ta' kommutazzjoni jintuża ħażin

 

X

 

Preżentazzjoni tal-informazzjoni

20.

Art. 36

Rifjut li ssir verifika

 

X

 

21.

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet ta' dik il-ġurnata u tat-28 jum preċedenti

 

X

 

22.

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet tal-karta tas-sewwieq, meta s-sewwieq ikollu waħda

 

X

 

23.

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet manwali u tal-karti stampati li saru matul dik il-ġurnata u matul it-28 jum preċedenti

 

X

 

24.

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tal-karta tas-sewwieq, meta s-sewwieq ikollu waħda

 

X

 

Funzjonament ħażin

25.

Artikoli 37.1 u 22.1

Takografu mhux imsewwi minn fitter jew minn workshop li huma approvati

 

X

 

26.

Art. 37.2

Is-sewwieq ma jniżżilx l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawk il-perjodi ta' ħin li matulhom ma sarux reġistrazzjonijiet meta t-takografu ma jkunx jista' jissewwa jew ikun qed jaħdem ħażin

 

X

 

3.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KEE) Nru 2002/15/KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (4) (Ir-regoli dwar il-ħin tax-xogħol)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

Ħin tax-xogħol massimu matul il-ġimgha

1.

Art. 4

Aktar mill-ħin tax-xogħol massimu ta' 48 siegħa fil-ġimgħa meta l-possibbiltajiet għal estensjoni għal 60s diġà ġew eżawriti

56s ≤ …< 60s

 

 

X

2.

60s ≤ …

 

X

 

3.

Aktar mill-ħin tax-xogħol massimu ta' 60 siegħa fil-ġimgħa meta ma ngħatat l-ebda deroga skont l-Art. 8

65 ≤ … < 70s

 

 

X

4.

70s ≤ …

 

X

 

Brejks

5.

Art. 5.1

Brejk obbligatorju insuffiċjenti meħud meta l-ħin tax-xogħol huwa ta' bejn 6 u 9 sigħat

10 < … ≤ 20 min

 

 

X

6.

… ≤ 10 min

 

X

 

7.

Brejk obbligatorju insuffiċjenti meħud meta l-ħin tax-xogħol huwa ta' aktar minn 9 sigħat

20 < … ≤ 30min

 

 

X

8.

… ≤ 20 min

 

X

 

Xogħol ta' billejl

9.

Art. 7.1

Ħin tax-xogħol ta' kuljum f'kull 24s meta jitwettaq ix-xogħol ta' billejl jekk ma ngħatat l-ebda deroga skont l-Art. 8

11s ≤ … < 13s

 

 

X

10.

13s < …

 

X

 

Reġistrazzjonijiet

11.

Art. 9

Min iħaddem jiffalsifika r-reġistrazzjonijiet tal-ħin tax-xogħol jew jirrifjuta li jipprovdi reġistrazzjonijiet lill-uffiċjal tal-ispezzjoni

 

X

 

12.

Is-sewwieqa impjegati/is-sewweiqa li jaħdmu għal rashom jiffalsifikaw ir-reġistrazzjonijiet tal-ħin tax-xogħol jew jirrifjutaw li jipprovdu r-reġistrazzjonijiet lill-uffiċjal tal-ispezzjoni

 

X

 

4.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 96/53/KE  (5) (Ir-regoli dwar il-piż u l-qies)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

Piżijiet

1.

Art. 1

Jinqabeż il-piż massimu permissibbli għal vetturi N

5 % ≤ … < 10 %

 

 

X

2.

10 % ≤ … < 20 %

 

X

 

3.

20 % ≤ …

X

 

 

4.

Jinqabeż il-piż massimu permissibbli għal vetturi N2

5 % ≤ … < 15 %

 

 

X

5.

15 % ≤ … < 25 %

 

X

 

6.

25 % ≤ …

X

 

 

Tulijiet:

7.

Art. 1

Jinqabeż it-tul massimu permissibbli

2 % < … < 20 %

 

 

X

8.

20 % ≤ …

 

X

 

Wisa'

9.

Art. 1

Jinqabeż il-wisa' massima permissibbli

2,65 ≤ … < 3,10 metri

 

 

X

10.

3,10 metri ≤ …

 

X

 

5.   Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (6) (It-testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali) u d-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (7) (Spezzjoni teknika waqt it-traġitt)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

Affidabilità stradali

1.

Artikoli 8 u 10 tad-Direttiva 2014/45/KE u l-Art. 7.1 tad-Direttiva 2014/47/UE

Sewqan mingħajr prova valida ta' testijiet b'suċċes tal-affidabilità stradali, kif meħtieġ mil-liġi tal-UE

X

 

 

2.

L-Art. 12.2 tad-Direttiva 2014/47/UE

Li vettura ma tinżammx f'kundizzjoni tajba ta' sikurezza u ta' affidabilità li mbagħad tirriżulta f'difett serju ħafna fis-sistema tal-brejkijiet, fil-konnessjonijiet tal-istering, fir-roti/tajers, is-sospensjoni jew xażi jew tagħmir ieħor li joħloq tali riskju immedjat għas-sikurezza fit-triq li jwassal għal deċiżjoni ta' immobilizzazzjoni tal-vettura

X

 

 

Id-Direttiva 2014/47/UE dwar l-ispezzjoni teknika waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta' vetturi kummerċjali fih fl-Anness II tagħha klassifikazzjoni dettaljata ta' nuqqasijiet tekniċi maqsuma, skont il-grad tagħhom ta' severità, f'nuqqasijiet minuri, maġġuri u perikolużi. L-Artikolu 12.2 ta' din id-Direttiva jistipula d-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

nuqqasijiet minuri li ma għandhom l-ebda effett sinifikanti fuq is-sikurezza tal-vettura jew ikollhom impatt fuq l-ambjent, u nuqqasijiet minuri ta' konformità oħrajn;

(b)

nuqqasijiet maġġuri li jistgħu jippreġudikaw is-sikurezza tal-vettura jew ikollhom impatt fuq l-ambjent jew iqiegħdu fil-periklu lil utenti oħra tat-triq jew nuqqasijiet ta' konformità sinifikanti oħrajn;

(c)

nuqqasijiet perikolużi li joħolqu riskju dirett u immedjat għas-sikurezza fit-triq jew li jkollhom impatt fuq l-ambjent.

Il-livell ta' ksur kontra d-dispożizzjonijiet tad-direttivi dwar l-affidabilità stradali għandhom jirriflettu n-nuqqasijiet tal-Anness II tad-Direttiva 2014/47/UE, jiġifieri: KS = nuqqasijiet maġġuri, KSĦ = nuqqasijiet perikolużi, KAS = sewqan b'nuqqasijiet, li joħloq riskji immedjati għas-sikurezza tat-triq, nuqqasijiet minuri huma ugwali għal ksur minuri.

6.   Gruppi ta' ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE  (8) (L-apparat li jillimita l-veloċità)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

1.

Artikoli 2 u 3

L-apparat li jillimita l-veloċità mhux mgħammar

X

 

 

2.

Art. 5

L-apparat li jillimita l-veloċità ma jissodisfax ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli

 

X

 

3.

Art. 5

L-apparat li jillimita l-veloċità mhux mgħammar minn workshop approvat

 

 

X

4.

 

L-użu ta' apparat frodulenti li jkun kapaċi jiffalsifika d-dejta tal-apparat li jillimita l-veloċità jew l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità frodulenti

X

 

 

7.   Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (9) (Il-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku tas-sewwieqa)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

Taħriġ u liċenzja

1.

Art. 3

Il-ġarr ta' merkanzija jew ta' passiġġieri mingħajr kwalifika inizjali obbligatorja u/jew taħriġ perjodiku obbligatorju

 

X

 

2.

Art. 10 u l-Anness II

Ma jkunx possibbli għas-sewwieq li jippreżenta karta ta' kwalifikazzjoni valida jew il-liċenzja tas-sewqan bl-indikazzjonjiet, kif meħtieġ bil-liġi nazzjonali (pereżempju: mitlufa, minsija, danneġġati, mhux leġibbli)

 

 

X

8.   Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (10) (Ir-rekwiżiti tal-liċenzji tas-sewqan)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

1.

Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva 2006/126/KE

Il-ġarr ta' passiġġieri jew oġġetti mingħajr liċenzja tas-sewqan valida

X

 

 

2.

Art. 1

Anness I

L-użu ta' liċenzja tas-sewqan li hija danneġġata jew li ma tistax tinqara jew li mhijiex konformi ma' mudell komuni

 

 

X

9.   Gruppi ta' ksur tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew utal-Kunsill  (11) (It-trasport bit-triq ta' merkanzija perikoluża)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

1.

L-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE

It-trasport ta' oġġetti perikolużi li huma pprojbiti għat-trasport

X

 

 

2.

It-trasport ta' oġġetti perikolużi f'mezzi ta' konteniment li huma pprojbiti jew mhux approvati, b'riżultat ta' periklu għall-ħajja jew għall-ambjent sa tali punt li dan iwassal għal deċiżjoni li tiġi immobilizzata l-vettura

X

 

 

3.

It-trasport ta' oġġetti perikolużi mingħajr l-identifikazzjoni tagħhom fuq il-vettura bħala merkanzija perikoluża, b'riżultat ta' periklu għall-ħajja jew għall-ambjent sa tali punt li dan iwassal għal deċiżjoni li tiġi immobilizzata l-vettura

X

 

 

4.

Likiġ ta' sustanzi perikolużi

 

X

 

5.

Il-ġarr ta' volumi f'kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz

 

X

 

6.

Il-ġarr f'vettura mingħajr ċertifikat xieraq ta' approvazzjoni

 

X

 

7.

Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta' approvazzjoni u tippreżenta periklu immedjat;

 

X

 

8.

Nuqqas ta' konformità mar-regoli li jirregolaw l-irbit u l-istivar tat-tagħbija

 

X

 

9.

Nuqqas ta' konformità mar-regoli li jirregolaw it-tagħbija mħallta ta' pakketti

 

X

 

10.

Id-dispożizzjonijiet li jillimitaw il-kwantitajiet li jinġarru f'unità waħda tat-trasport ma jkunux ġew osservati, inklużi livelli permissibbli tal-mili tat-tankijiet jew tal-pakketti;

 

X

 

11.

Nuqqas ta' informazzjoni rilevanti dwar is-sustanza li qed tinġarr li tippermetti d-determinazzjoni tal-grad ta' serjetà tal-offiża (pereżempju n-numru NU, id-denominazzjoni, korretta tal-ispeditur, il-grupp tal-ippakkjar)

 

X

 

12.

Is-sewwieq ma għandux ċertifikat ta' taħriġ vokazzjonali validu

 

X

 

13.

Qed jintuża nar jew dawl mhux protett

 

X

 

14.

Il-projbizzjoni fuq it-tipjip mhix qed tiġi osservata.

 

X

 

15.

Il-vettura mhijiex taħt superviżjoni jew mhix ipparkjata b'mod tajjeb

 

 

X

16.

L-unità tat-trasport fiha aktar minn trejler/semitrejler wieħed

 

 

X

17.

Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta' approvazzjoni iżda ma tippreżentax periklu immedjat

 

 

X

18.

Il-vettura mhux qed iġġorr tagħmir operattiv għat-tifi tan-nar kif meħtieġ

 

 

X

19.

Il-vettura ma fihiex it-tagħmir meħtieġ mill-ADR jew mill-istruzzjonjiet bil-miktub

 

 

X

20.

Qed jinġarru pakketti b'ippakkjar danneġġat, IBCs jew ippakkjar kbir jew danneġġat, mhux imnaddaf u vojt

 

 

X

21.

Merkanzija ppakkjata qed tinġarr f'kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz

 

 

X

22.

It-tankijiet/kontejners tat-tankijiet (inklużi dawk li huma vojta u mhux imnaddfa) ma jingħalqux sew

 

 

X

23.

It-tikkettar, l-immarkar jew il-plakards mhumiex korretti fuq il-vettura u/jew ta' trażżin

 

 

X

24.

Ma hemmx struzzjonijiet bil-miktub li jikkonformaw mal-ADR, jew l-struzzjonijiet bil-miktub mhumiex rilevanti għall-merkanzija li qed tinġarr

 

 

X

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/112/KE (12), li tadatta għall-progress tekniku lid-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE (13) dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, tinkludi fl-Anness II tagħha klassifikazzjoni dettaljata ta' ksur kontra d-dispożizzjonijiet rilevanti, diviżi, skont il-livell ta' severità, fi tliet kategoriji ta' riskju: Kategorija tar-Riskju I, Kategorija tar-Riskju II, Kategorija tar-Riskju III.

Il-grad ta' ksur kontra d-dispożizzjonijiet għandu jirrifletti l-kategoriji tar-riskju provduti fl-Anness II tad-Direttiva 2004/112/KE, b'tali mod li l-Kategorija tar-Riskju I = KSĦ (ħlief dak il-ksur li diġà huwa definit bħala Ksur l-Aktar Serju (KAS) fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009), il-Kategorija tar-Riskju II = Ksur Serju (KS). Il-Kategorija tar-Riskju III hija ugwali għal-grad ta' ksur minuri.

Din it-tabella tkopri biss dawk il-każijiet ta' ksur li għalihom trasportatur għandu jkun meqjus kompletament jew parzjalment responsabbli. Il-grad ta' responsabbiltà għall-ksur ta' trasportatur għandu jiġi vvalutat skont il-proċedura tal-infurzar tal-Istat Membru nazzjonali.

10.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (14) (L-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

Liċenzja Komunitarja

1.

Art. 3

It-trasport ta' merkanzija mingħajr liċenzja Komunitarja valida (jiġifieri: l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata, irtirata, skaduta eċċ.)

X

 

 

2.

Art. 4

L-impriża tat-trasport bit-triq tal-merkanzija jew is-sewwieq ma jkunux jistgħu jippreżentaw liċenzja Komunitarja valida jew kopja attestata awtentika valida tal-liċenzja Komunitarja lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri: Liċenzja Komunitarja jew kopja attestata awtentika tal-liċenzja Komunitarja mitlufin, minsijin, danneġġati, eċċ.)

 

X

 

Attestazzjoni tas-sewwieq

3.

Art. 3

u 5

Il-trasport ta' merkanzija mingħajr liċenzja Komunitarja valida (jiġifieri: l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata; irtirata, skaduta eċċ.)

 

X

 

4.

Ma jkunx possibbli għas-sewwieq jew għall-impriża tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, li jippreżentaw ċertifikat tas-sewwieq validu jew kopja attestata valida taċ-ċertifikat tas-sewwieq lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri ċertifikat tas-sewwieq jew kopja attestata awtentika taċ-ċertifikat tas-sewwieq mitlufin, minsijin, danneġġati eċċ.)

 

 

X

11.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (15) (L-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u tax-xarabank)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KS

KS

Liċenzja Komunitarja

1.

Art. 4

Il-ġarr ta' passiġġieri jew oġġetti mingħajr liċenzja tas-sewqan Komunitarja valida l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata, irtirata, skaduta eċċ.)

X

 

 

2.

Art. 4.3

Ma jkunx possibbli għat-trasportatur jew għas-sewwieq li jippreżenta liċenzja Komunitarja valida jew kopja attestata awtentika valida tal-liċenzja Komunitarja lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri liċenzja tas-sewwieq jew kopja attestata awtentika mitlufin, minsijin, danneġġati eċċ.)

 

X

 

Awtorizzazzjoni għal servizzi regolari

3.

Artikoli 5 u 6

Servizzi regolari mingħajr awtorizzazzjoni valida (jiġifieri: l-ebda liċenzja jew liċenzja ffalsifikata, irtirata, skaduta eċċ.)

 

X

 

4.

Art. 19

Ma jkunx possibbli għas-sewwieq li jippreżenta l-awtorizzazzjoni lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri awtorizzazzjoni mitlufa, minsija, danneġġata, ecc.)

 

 

X

5.

Artikoli 5 u 6

Il-waqfiet f'servizzi regolari ta' Stat Membru ma jikkorrispondux għall-awtorizzazzjoni maħruġa

 

 

X

Formola tal-vjaġġ għal servizzi okkażjonali u għal servizzi oħra eżenti mill-awtorizzazzjoni

6.

Art. 12

Sewqan mingħajr formola tal-vjaġġ valida (jiġifieri l-ebda formola tal-vjaġġ jew formola tal-vjaġġ iffalsifikata jew li ma fihiex l-informazzjoni meħtieġa, eċċ.)

 

 

X

12.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005  (16) (Il-ġarr tal-annimali)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

1.

L-Anness I, il-Kapitolu II,

Id-diviżorji (partitions) mhumiex b'saħħithom biżżejjed biex jifilħu għall-piż ta' annimali

 

X

 

2.

L-Anness I, il-Kapitolu III,

L-użu ta' rampi tat-tagħbija jew tal-ħatt li għandhom uċuħ li jiżolqu, bil-protezzjonijiet laterali nieqsa jew li huma weqfin wisq

 

 

X

3.

L-użu ta' pjattaformi ta' rfigħ jew ta' sulari ta' fuq li ma għandhomx ostakli tas-sikurezza li jżommu l-annimali milli jaqgħu jew milli jaħarbu matul l-operazzjonijiet tat-tagħbija u tal-ħatt

 

 

X

4.

Art. 7

Mezzi tat-trasport mhux approvati għal vjaġġi twal, jew mhux approvati għat-tip ta' annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati.

 

 

X

5.

Artikoli 4, 5 u 6

It-trasport mingħajr id-dokumentazzjoni valida meħtieġa, il-ktieb tal-vjaġġ jew l-awtorizzazzjoni tat-trasportatur jew iċ-ċertifikat ta' kompetenza

 

 

X


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċertu leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

(2)  KAS = Ksur l-Aktar Serju/KSĦ = Ksur Serju Ħafna/KS = Ksur Serju

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi ghal certi vetturi tat-triq li jiccirkolaw fi hdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali, (ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 59). Id-Direttiva ġiet emendata mid-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1) li għandha tiġi trasposta mill-Istati Membri sas-7 ta' Mejju 2017.

(6)  Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE, (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).

(7)  Id-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta' vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li jirrevoka d-Direttiva 2000/30/KE, (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 134).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27).

(9)  Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE, (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).

(10)  Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan, ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18

(11)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi, (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

(12)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/112/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li tadatta għall-progress tekniku lid-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 367, 14.12.2004, p. 23).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta' Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).


ANNESS II

Frekwenza tal-okkorrenza ta' ksur serju

1.

Il-Ksur Serju u l-Ksur Serju Ħafna elenkati fl-Anness I, meta jitwettqu b'mod ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ta' stabbiliment. Meta tiġi kkalkolata l-frekwenza tal-okkorrenza ta' ksur ripetut l-Istati Membri għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin:

(a)

il-grad ta' serjetà tal-ksur (Ksur Serju jew Ksur Serju Ħafna)

(b)

il-ħin (mill-inqas sena ta' tnax il-xahar konsekuttivi mid-data ta' kontroll partikolari)

(c)

l-għadd ta' sewwieqa li jintużaw għall-attivitajiet tat-trasport immexxija mill-maniġer tat-trasport (medja għal kull sena)

2.

Il-potenzjal li jinħoloq riskju għas-sikurezza stradali, b'frekwenza massima ta' ksur serju li tmur lil hinn minn dak li għandu jitqies bħala iżjed serju għandu jiġi stabbilit kif ġej:

3 SI/kull sewwieq/fis-sena

=

1 VSI

3 VSI/kull sewwieq/fis-sena

=

tnedija tal-proċedura nazzjonali dwar ir-reputazzjoni tajba

3.

L-għadd ta' ksur għal kull sewwieq fis-sena huwa ċ-ċifra medja kkalkulata permezz tad-diviżjoni tal-għadd totali tal-ksur kollha tal-istess grad ta' serjetà (Ksur Serju jew Ksur Serju Ħafna) bl-għadd medju ta' sewwieqa impjegati matul is-sena. Il-formula tal-frekwenza jistipula limitu massimu għall-okkorrenza tal-ksur serju li lil hinn minnu dawn għandhom jitqiesu bħala aktar serji. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti iktar stretti jekk dawn huma previsti fil-proċedura amministrattiva nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni ta' reputazzjoni tajba.


ANNESS III

L-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

1.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ (1)

KAS

KSĦ

KS

KM

A

Ekwipaġġ

A1

Art. 5.1

Ma jitħarsux l-etajiet minimi tal-kundutturi

 

 

X

 

B

Perjodi ta' sewqan

B1

Art. 6.1

Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum meta mhux permessal-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta' 10 sigħat

9s < … < 10s

 

 

 

X

B2

10s ≤ … < 11s

 

 

X

 

B3

11s ≤ …

 

X

 

 

B4

Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat

13s30 ≤ …

u l-ebda brejk/serħan

X

 

 

 

B5

Jinqabeż il-ħin estiż ta' sewqan kuljum ta' 10 sigħat meta l-estensjoni hija permessa

10s < … < 11s

 

 

 

X

B6

11s ≤ … < 12s

 

 

X

 

B7

12s ≤ … X

 

X

 

 

B8

Aktar minn 10 sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat

15s ≤ …

u l-ebda brejk/serħan

X

 

 

 

B9

Art. 6.2

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa

56s < … < 60s

 

 

 

X

B10

60s ≤ … < 65s

 

 

X

 

B11

65s ≤ … < 70s

 

X

 

 

B12

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa b'25 % jew aktar

70s ≤ …

X

 

 

 

B13

Art. 6.3

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi

90s < … < 100s

 

 

 

X

B14

100s ≤ … < 105s

 

 

X

 

B15

100s ≤ … < 112s30

 

X

 

 

B16

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi b'25 % jew aktar

112s30 ≤ …

X

 

 

 

C

Brejks

C1

Art. 7

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan mhux interrott ta' 4,5 sigħat qabel il-brejk

4s30 < … < 5s

 

 

 

X

C2

5s ≤ … < 6s

 

 

X

 

C3

6s ≤ …

 

X

 

 

D

Perjodi ta' Serħan

D1

Art. 8.2

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum

10s ≤ … < 11s

 

 

 

X

D2

8s30 ≤ … < 10s

 

 

X

 

D3

… < 8s30

 

X

 

 

D4

Perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum insuffiċjenti ta' inqas minn disa' (9) sigħat meta t-tnaqqis huwa permess

8s ≤ … < 9s

 

 

 

X

D5

7s ≤ … < 8s

 

 

X

 

D6

… < 7s

 

X

 

 

D7

Perjodu maqsum insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn 3s + 9s

3s + [8s ≤ … < 9s]

 

 

 

X

D8

3s + [7s ≤ … < 8s]

 

 

X

 

D9

3s +[ … < 7s]

 

X

 

 

D10

Art. 8.5

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat għal vettura b'aktar minn sewwieq wieħed

8s ≤ … < 9s

 

 

 

X

D11

7s ≤ … < 8s

 

 

X

 

D12

… < 7s

 

X

 

 

D13

Art. 8.6

Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 24 siegħa

22s ≤ … < 24s

 

 

 

X

D14

20s ≤ … < 22s

 

 

X

 

D15

… < 20s

 

X

 

 

D16

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan fil-ġimgħa

42s ≤ … < 45s

 

 

 

X

D17

36s ≤ … < 42s

 

 

X

 

D18

… < 36s

 

X

 

 

D19

Art. 8.6

Aktar minn 6 perjodi konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa

… < 3s

 

 

 

X

D20

3s ≤ … < 12s

 

 

X

 

D21

12s ≤ …

 

X

 

 

E

Deroga mir-regola ta' 12-il jum

E1

Art. 8.6a

Aktar minn 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa

… < 3s

 

 

 

X

E2

3s ≤ … < 12s

 

 

X

 

E3

12s ≤ … X

 

X

 

 

E4

Art. 8.6a (b)(ii)

Perjodu ta' serhan fil-ġimgħa jittieħed wara 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa

65s < … ≤ 67s

 

 

X

 

E5

… ≤ 65s

 

X

 

 

E6

Art. 8.6a (d)

Perjodu ta' sewqan, bejn il-22.00 u s-6.00, ta' aktar minn tliet sigħat qabel il-brejk, jekk il-vettura ma jkollhiex aktar minn sewwieq wieħed

3s < … < 4,5s

 

 

X

 

E7

4,5s ≤ …

 

X

 

 

F

Organizzazzjoni tax-xogħol X29.

F1

Art. 10.1

Relazzjoni bejn il-paga u d-distanza misjuqa jew l-ammont ta' oġġetti trasportati

 

X

 

 

F2

Art. 10.2

L-ebda organizzazzjoni jew l-organizzazzjoni mhux xierqa tax-xogħol tal-kunduttur, l-ebda struzzjoni jew struzzjonijiet mhux xierqa mogħtija lill-kunduttur li jippermettulu li jikkonforma mal-liġi

 

X

 

 

2.   Gruppi ta' ksur tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Prlament Ewropew utal-Kunsill  (2) (Takografu)

Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

KM

G

Installazzjoni ta' takografu

G1

Artikoli 3.1 u 22.2

Ma jkunx installat u użat takografu tat-tip approvat (pereżempju: it-takografu ma jkunx installat minn fitters, workshops jew manifatturi tal-vetturi li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-użu ta' takografu mingħajr is-siġilli neċessarji mqiegħda jew sostitwiti minn fitter, minn workshop jew minn manifattur tal-vetturi li huma approvati jew l-użu ta' takografu mingħajr il-pjanċa tal-installazzjoni)

X

 

 

 

H

Użu tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni, tal-karta tas-sewwieq jew tal-folja ta' reġistrazzjoni

H1

Art. 23.1

L-użu ta' takografu mhux spezzjonat minn kumpanija approvata

 

X

 

 

H2

Art. 27

Is-sewwieq għandu fil-pussess tiegħu u/jew juża aktar minn karta tas-sewwieq waħda li hija tiegħu u li hija valida

 

X

 

 

H3

Sewqan b'karta tas-sewwieq falsifikata (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

 

H4

Sewqan b'karta tas-sewwieq li tagħha s-sewwieq mhuwiex id-detentur (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

 

H5

Sewqan b'karta tas-sewwieq li ġiet akkwistata abbażi ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew ta' dokumenti ffalsifikati (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

 

H6

Art. 32.1

Takografu ma jiffunzjonax tajjeb (pereżempju: it-takografu ma jkunx spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat b'mod tajjeb)

 

X

 

 

H7

Artikoli 32.1 u 33.1

Takografu użat b'mod ħażin (pereżempju: l-użu ħażin b'mod intenzjonat, volontarju jew imponut, nuqqas ta' struzzjonijiet dwar l-użu korrett eċċ.)

 

X

 

 

H8

Art. 32.3

L-użu ta' tagħmir ta' falsifikazzjoni li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-takografu

X

 

 

 

H9

Falsifikazzjoni, ħabi, suppressjoni jew qerda tad-dejta rreġistrata fuq il-folji tar-reġistrazzjoni jew tad-dejta maħżuna u ddawnlowdjata mit-takografu u/jew mill-karta tas-sewwieq

X

 

 

 

H10

Art. 33.2

L-impriża ma żżommx folji tar-reġistrazzjoni, karti stampati u dejta li titniżżel

 

X

 

 

H11

Id-dejta rreġistrata jew maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas sena

 

X

 

 

H12

Art. 34.1

Il-folji ta' reġistrazzjoni/il-karta tas-sewwieq jintużaw ħażin

 

X

 

 

H13

Irtirar mhux awtorizzat tal-folji jew tal-karta tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-dejta rilevanti

 

X

 

 

H14

Tintuża folja ta' reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak intenzjonat u tintilef xi dejta

 

X

 

 

H15

Art. 34.2

Jintużaw folji ta' reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieqa maħmuġin jew danneġġati u d-dejta mhijiex leġibbli

 

X

 

 

H16

Art. 34.3

Ma jsirx input manwali, meta dan ikun meħtieġ

 

X

 

 

H17

Art. 34.4

Ma tintużax il-folja korretta jew il-karta tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed)

 

 

X

 

H18

Art. 34.5

Il-mekkaniżmu ta' kommutazzjoni jintuża ħażin

 

X

 

 

I

Preżentazzjoni tal-informazzjoni

I1

Art. 36

Rifjut li ssir verifika

 

X

 

 

I2

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet ta' dik il-ġurnata u tat-28 jum preċedenti

 

X

 

 

I3

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet tal-karta tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda

 

X

 

 

I4

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet manwali u tal-karti stampati li saru matul dik il-ġurnata u matul it-28 jum preċedenti

 

X

 

 

I5

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tal-karta tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda

 

X

 

 

J

Funzjonament ħażin

J1

Artikoli 37.1 u 22.1

Takografu mhux imsewwi minn fitter jew minn workshop li huma approvati

 

X

 

 

J2

Art. 37.2

Is-sewwieq ma jniżżilx l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawk il-perjodi ta' ħin li matulhom ma sarux reġistrazzjonijiet meta t-takografu ma jkunx jista' jissewwa jew ikun qed jaħdem ħażin

 

X”

 

 


(1)  KAS = Ksur l-Aktar Serju/KSĦ = Ksur Serju Ħafna/KS = Ksur Serju/KM = Ksur Minuri

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).


19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/404

tal-18 ta' Marzu 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-18 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

171,7

MA

92,1

TN

107,9

TR

107,6

ZZ

119,8

0707 00 05

MA

83,0

TR

143,5

ZZ

113,3

0709 93 10

MA

58,5

TR

160,0

ZZ

109,3

0805 10 20

EG

45,8

IL

77,4

MA

53,7

TN

67,6

TR

65,5

ZZ

62,0

0805 50 10

MA

141,2

TR

96,8

ZZ

119,0

0808 10 80

BR

75,2

US

145,5

ZZ

110,4

0808 30 90

AR

99,6

CL

151,6

CN

72,0

TR

153,6

ZA

106,7

ZZ

116,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/405

tat-18 ta' Marzu 2016

li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2077 għall-bajd, il-prodotti tal-bajd u l-albumina li joriġinaw mill-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2077 (2) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina li joriġinaw mill-Ukrajna.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Marzu 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Jixraq, għalhekk, li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2077, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2077 tat-18 ta' Novembru 2015 li jiftaħ u fih previst l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' bajd, prodotti tal-bajd u albumina li joriġinaw fl-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 57).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016

(f'piż ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra f'kg)

09.4275

750 000

09.4276

1 500 000


19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/406

tat-18 ta' Marzu 2016

li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 (2) fetaħ il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Marzu 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007, li għandhom jiżdiedu għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas- 26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016

(f'kg)

09.4091

280 000

09.4092

1 800 000


DEĊIŻJONIJIET

19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/34


DEĊIŻJONI (UE) 2016/407 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu 2016

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni mill-Belġju EGF/2015/007 — BE/Hainaut-Namur Glass)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari Punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u li jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Fid-19 ta' Awwissu 2015, il-Belġju ppreżenta applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG fir-rigward ta' sensji u l-waqfien ta' attivitajiet fis-settur ekonomiku klassifikati taħt NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 23 (Manifattura ta' prodotti minerali oħra li mhumiex metalliċi) fir-reġjuni tal-livell NUTS 2 ta' Hainaut (B32) u Namur (B35) fil-Belġju. Din kienet supplimentata b'informazzjoni addizzjonali provduta f'konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stipulat fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, il-Belġju ddeċieda li jipprovdi wkoll servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil 100 żagħżugħ u żagħżugħa li huma barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEETs).

(5)

F'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, l-applikazzjoni mill-Belġju titqies ammissibbli peress li s-sensji għandhom impatt serju fuq l-impjiegi u l-ekonomija lokali, reġjonali u nazzjonali.

(6)

Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 1 095 544 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Belġju.

(7)

Sabiex jitnaqqas iż-żmien meħud biex jiġi mobilizzat il-FEG, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 095 544 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mid-9 ta' Marzu 2016.

Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta' Marzu 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

J.A. HENNIS-PLASSCHAERT


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884)


19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/36


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/408

tal-10 ta' Marzu 2016

dwar is-sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta' 30 % tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(5) u 4(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Abbażi tal-Artikolu 78(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kunsill adotta żewġ Deċiżjonijiet li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 (2), 40 000 applikant għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu rilokati mill-Italja u mill-Greċja lill-Istati Membri l-oħra. Skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601, 120 000 applikant għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu rilokati mill-Italja u mill-Greċja lill-Istati Membri l-oħra.

(2)

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 ġiet adottata minħabba sitwazzjoni ta' emerġenza kkaratteriżżata minn dħul f'daqqa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-Italja u l-Greċja u minħabba ħtieġa urġenti li dawn l-Istati Membri jiġu pprovduti b'riljiev rapidu, skont il-prinċipju ta' solidarjetà u qsim ġust ta' responsabbiltà bejn l-Istati Membri. Minn dan isegwi li kull Stat Membru ta' rilokazzjoni għandu jiżgura li r-rilokazzjoni ssir regolarment, mingħajr dewmien u f'livell adegwat.

(3)

L-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 tipprevedi li, Stat Membru jista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali, sas-26 ta' Diċembru 2015, jinnotifika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li temporanjament ma jkunx jista' jieħu sehem fil-proċess tar-rilokazzjoni sa 30 % tal-applikanti allokati lilu skont il-paragrafu 1 ta' din id-Deiċiżjoni, filwaqt li jagħti raġunijiet debitament ġustifikati kompatibbli mal-valuri fundamentali tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Il-Kummissjoni għandha tevalwa r-raġunijiet mogħtija u tippreżenta proposti lill-Kunsill rigward sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni sa 30 % tal-applikanti allokati lill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 4(1) ta' dik id-Deċiżjoni. Fejn ikun ġustifikat, il-Kummissjoni tista' tipproponi li testendi l-limitu ta' żmien għar-rilokazzjoni tal-applikanti fl-allokazzjoni li jibqa' għal massimu ta' 12-il xahar wara d-data msemmija fl-Artikolu 13(2) ta' dik id-Deċiżjoni.

(4)

L-Awstrija qiegħda taffaċċja ċirkostanzi eċċezzjonali, b'sitwazzjoni ta' emerġenza kkaratterizzata minn dħul f'daqqa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fit-territorju tagħha.

(5)

Iż-żieda konsiderevoli ta' qsim mhux awtorizzat fil-fruntieri tal-Unjoni u ta' movimenti sekondarji madwar l-Unjoni wasslet għal żieda qawwija fl-Awstrija fl-għadd ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali.

(6)

Iċ-ċifri tal-Eurostat jikkonfermaw li kien hemm żieda qawwija fl-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali fl-Awstrija. L-għadd ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali żdied b'aktar minn 230 % minn 23 835 applikant għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Novembru 2014 għal 80 880 applikant għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Novembru 2015, b'iktar minn 10 000 applikant għall-protezzjoni internazzjonali fix-xahar minn Settembru 2015. Minkejja li d-dejta tal-EASO turi tnaqqis fl-għadd ta' applikanti f'Diċembru 2015 u Jannar 2016 meta mqabbla max-xhur preċedenti, l-għadd ta' applikanti għadu għoli.

(7)

Fl-2015, l-Awstrija, wara l-Isvezja, kellha t-tieni l-akbar għadd ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali per capita fl-Unjoni (9 421 applikant għal kull miljun abitant, skont dejta disponibbli tal-Eurostat).

(8)

Is-sitwazzjoni attwali poġġiet pressjoni sinifikanti fuq is-sistema tal-ażil tal-Awstrija, b'konsegwenzi prattiċi serji fil-post fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza u tal-kapaċità tas-sistema tal-ażil li tittratta l-applikazzjonijiet.

(9)

Il-qagħda migratorja attwali fl-Awstrija u l-pressjoni fuq il-kapaċità tagħha li tipproċessal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u li tipprovdi kondizzjonijiet ta' akkoljenza adegwati lil persuni fi bżonn ċar ta' protezzjoni internazzjonali għalhekk jiġġustifikaw sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta' 30 % tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601, li tikkorrispondi għal 1 065 applikant, għal perijodu ta' sena.

(10)

Matul il-perijodu ta' sospensjoni temporanja, l-Awstrija tibqa' obbligata li tkompli tirriloka mingħajr dewmien u regolarment il-bqija tal-allokazzjoni ta' applikanti.

(11)

Is-sospensjoni tar-rilokazzjoni ta' 30 % tal-applikanti għal sena tikkostitwixxi miżura suffiċjenti u proporzjonata b'reazzjoni għas-sitwazzjoni fl-Awstrija. Estensjoni tal-limitu ta' żmien għar-rilokazzjoni tal-applikanti fil-bqija tal-allokazzjoni wara d-data msemmija fl-Artikolu 13(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 ma tkunx ġustifikata. Huwa essenzjali li r-rilokazzjoni mill-Italja u l-Greċja sseħħ mingħajr dewmien u regolarment sas-26 ta' Settembru 2017, sabiex l-Italja u l-Greċja jiġu mgħejuna b'mod effettiv l-Italja u l-Greċja fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' emerġenza li għaddejja bħalissa.

(12)

Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(13)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(14)

Ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fid-Deċiżjoni (UE) 2015/1601. Għalhekk, ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(15)

L-Irlanda hija marbuta bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċijoni (UE) 2015/1601.

(16)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(17)

Fid-dawl tal-urġenza tas-sitwazzjoni, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' wara dik tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rilokazzjoni fl-Awstrija ta' 1 065 mill-applikanti allokati lil dak l-Istat Membru skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 għandha tiġi sospiża sal-11 ta' Marzu 2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

K.H.D.M. DIJKHOFF


(1)  ĠU L 248, 24.9.2015, p. 80.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 tal-14 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja, ĠU L 239, 15.9.2015, p. 146.


19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/409

tal-14 ta' Marzu 2016

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta' Spanja fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Luisa Fernanda RUDÍ ÚBEDA, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Roberto Pablo BERMÚDEZ DE CASTRO Y MUR, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membru:

Sr. D. Francisco Javier LAMBÁN MONTAÑÉS, Presidente de Aragón,

u

(b)

bħala membru supplenti:

Sr. D. Vicente GUILLÉN IZQUIERDO, Consejero de Presidencia del Gobierno de Aragón.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M.H.P. VAN DAM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/410

tal-14 ta' Marzu 2016

li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fil-5 ta' Ottubru 2015, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1792 (4), is-Sur Juan Luís SÁNCHEZ DE MUNIÁIN LACASA ġie ssostitwit mis-Sinjura Ana OLLO HUALDE bħala membru supplenti.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Ana OLLO HUALDE, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Sr. D. Mikel IRUJO AMEZAGA, Delegado del Gobierno de Navarra en Bruselas.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M.H.P. VAN DAM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1792 tal-5 ta' Ottubru 2015 li taħtar ħames membri Spanjoli u ħames membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 28)


19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/411

tat-18 ta' Marzu 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/172/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu.

(2)

Abbażi ta' analiżi tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-22 ta' Marzu 2017.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/172/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-22 ta' Marzu 2017.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63).


19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/41


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/412

tas-17 ta' Marzu 2016

li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-injam tal-fraxxnu li joriġina fil-Kanada jew li huwa pproċessat hemmhekk

(notifikata bid-dokument C(2016) 1635)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 2.3 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, jipprevedi rekwiżiti speċjali fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' injam tal-fraxxnu (Fraxinus L.) li joriġina fil-Kanada.

(2)

Il-Kanada talbet li tiġi rikonoxxuta taħlita ta' proċeduri li flimkien jilħqu ċertezza fitosanitarja ekwivalenti għal dik żgurata mill-punt 2.3 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

(3)

Skont l-informazzjoni uffiċjali ppreżentata mill-Kanada jidher li, permezz ta' approċċ ta' sistemi integrati applikat matul l-ipproċessar tal-injam ir-riskju ta' infestazzjoni mill-organiżmu Agrilus planipennis Fairmaire huwa eliminat.

(4)

Dak l-approċċ għandu jkun ikkumplimentat minn ċerti rekwiżiti għall-faċilitajiet, għall-ispezzjonijiet ta' qabel l-esportazzjoni u għat-tikkettar biex ikun żgurat li t-tali riskju jiġi eliminat.

(5)

Għalhekk dawk il-proċeduri għandhom jiġu rikonoxxuti bħala għażla alternattiva għall-punt 2.3 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għall-importazzjonijiet mill-Kanada.

(6)

Sabiex il-kontrolli żgur ikunu effettivi, u biex ikun hemm ukoll ħarsa ġenerali lejn l-importazzjonijiet tal-injam tal-fraxxnu u lejn il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità relatati ma' dawk l-importazzjonijiet, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti dwar iċ-ċertifikati fitosanitarji, ir-rappurtar dwar l-importazzjoni u n-notifikar ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità.

(7)

Filwaqt li titqies il-firxa tal-organiżmu ta' ħsara Agrilus planipennis Fairmaire fl-Amerka ta' Fuq, huwa xieraq li jiġi limitat it-tul ta' żmien tad-deroga sal-31 ta' Diċembru 2017.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni biex tingħata d-deroga

B'deroga mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 2.3 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom ta' injam tal-fraxxnu (Fraxinus L.) li joriġina fil-Kanada jew li huwa pproċessat hemmhekk (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-injam speċifikat”) li, qabel ma jitlaq 'il barra mill-Kanada, jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Iċ-ċertifikat fitosanitarju

1.   L-injam speċifikat għandu jkollu miegħu ċertifikat fitosanitarju maħruġ fil-Kanada, skont l-Artikolu 13a(3) u (4) tad-Direttiva 2000/29/KE, li jiċċertifika li, wara spezzjoni, l-injam instab li huwa ħieles għal kollox minn organiżmi ta' ħsara.

2.   Taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali”, iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

id-dikjarazzjoni “Skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/412”;

(b)

in-numru tal-lott/ijiet;

(c)

l-isem tal-faċilità/ajiet approvata/i fil-Kanada.

Artikolu 3

Ir-rappurtar dwar l-importazzjoni

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istat Membru tal-importazzjoni għandu jagħti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, l-informazzjoni dwar l-ammonti tal-konsenji tal-injam speċifikat importati matul it-12-il xahar ta' qabel skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

In-notifika ta' nuqqas ta' konformità

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kull konsenja li ma tikkonformax ma' din id-Deċiżjoni. Dik in-notifika għandha tintbagħat mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara d-data li fiha tkun ġiet interċettata konsenja ta' dan it-tip.

Artikolu 5

Id-data ta' skadenza

Din id-Deċiżjoni tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 6

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.


ANNESS

1.   Ir-rekwiżiti tal-ipproċessar

L-ipproċessar tal-injam speċifikat, kif imsemmi fl-Artikolu 1, għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)   It-tqaxxir

L-injam speċifikat jitqaxxar, bl-eċċezzjoni ta' għadd ta' biċċiet tal-qoxra żgħar li jidhru b'mod separat, li huma distinti b'mod ċar u li jikkonformaw ma' wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

għandhom wisa' ta' anqas minn 3 cm (irrispettivament mit-tul tagħhom) jew

(b)

jekk huma wesgħin aktar minn 3 cm, l-erja totali tas-superfiċje ta' kull biċċa qoxra individwali hija ta' anqas minn 50 cm2.

(b)   L-issegar

L-injam issegat speċifikat huwa prodott minn injam tond bla qoxra.

(c)   It-trattament bis-sħana

L-injam speċifikat irid jissaħħan skont it-tip tal-injam għal mill-anqas 71 °C għal 1 200 minuta f'kamra tat-tisħin approvata mill-Aġenzija ta' Spezzjoni Alimentari Kanadiża (CFIA) jew minn aġenzija approvata minnha.

(d)   It-tnixxif

L-injam speċifikat jitnixxef skont skedi ta' tnixxif industrijali li jieħdu mill-inqas ġimagħtejn u li huma rikonoxxuti mis-CFIA.

Il-kontenut ta' umdità finali fl-injam ma għandux jaqbeż l-10 %, espress bħala perċentwal tal-materja niexfa.

2.   Ir-rekwiżiti għall-faċilitajiet

L-injam speċifikat irid jiġi prodott, imqandel jew maħżun f'faċilità li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-faċilità hija uffiċjalment approvata mis-CFIA skont il-programm taċ-ċertifikazzjoni tagħha dwar l-organiżmu ta' ħsara Agrilus planipennis Fairmaire;

(b)

il-faċilità hija rreġistrata f'bażi tad-dejta ppubblikata fuq is-sit web tas-CFIA;

(c)

il-faċilità jsirilha awditjar mis-CFIA, jew minn aġenzija approvata minnha, mill-inqas darba fix-xahar u ġie konkluż li hija konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness;

(d)

il-faċilità tuża tagħmir għat-trattament tal-injam li ġie kkalibrat b'mod li huwa konsistenti mal-manwal tat-tħaddim tat-tagħmir;

(e)

il-faċilità żżomm reġistru tal-proċeduri tagħha għal verifika mis-CFIA jew minn aġenzija approvata minnha, inkluż it-tul tat-trattament, it-temperaturi waqt it-trattament u l-kontenut ta' umdità finali għal kull lott speċifiku li jrid jiġi esportat.

3.   It-tikkettar

Fuq kull lott tal-injam speċifikat għandhom jidhru b'mod ċar kemm in-numru tal-lott kif ukoll tikketta bil-kliem “HT-KD” jew “Trattament bis-sħana-Imnixxef fil-Kalkara”. Din it-tikketta trid tinħareġ minn uffiċjal magħżul tal-faċilità approvata jew taħt is-superviżjoni tiegħu, wara li jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-ipproċessar stabbiliti fil-punt 1 u r-rekwiżiti għall-faċilitajiet stabbiliti fil-punt 2 jkunu ġew issodisfati.

4.   L-ispezzjonijiet ta' qabel l-esportazzjoni

L-injam speċifikat maħsub għall-Unjoni jrid jiġi spezzjonat mis-CFIA, jew minn aġenzija uffiċjalment approvata minnha, biex jiġi vverifikat li qabel l-esportazzjoni jkun għadda mill-proċeduri u mill-miżuri fitosanitarji kollha biex ikun jista' jiġi konkluż li huwa ħieles mill-organiżmu ta' ħsara Agrilus planipennis Fairmaire.


19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/45


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/413

tat-18 ta' Marzu 2016

li tiddetermina l-lokalizzazzjoni tal-infrastruttura tas-sistema stabbilita skont il-programm Galileo u li tipprevedi l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-operat tiegħu u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/117/UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u partikolarment l-Artikolu 12(3)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà globali għall-programm Galileo u jagħtiha setgħat ta' implimentazzjoni biex tiddetermina l-lokalizzazzjoni tal-infrastruttura terrestri tas-sistema taħt dan il-programm filwaqt li tiżgura l-operat tiegħu. Din l-infrastruttura hija magħmula minn ċentri u stazzjonijiiet terrestri.

(2)

Il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2012/117/UE (2), diġà stabbiliet il-biċċa l-kbira tal-lokalizzazzjoni tal-infrastruttura terrestri tas-sistema tal-programm Galileo.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/117/UE ittieħdet abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li tħassret u ġiet sostitwita bir-Regolament (UE) Nru 1285/2013. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-programm u jitqiesu r-restrizzjonijiet u l-ħtiġijiet ġodda li tfaċċaw permezz tal-evoluzzjoni tiegħu, jeħtieġ li terġa' tiġi ddeterminata l-lokalizzazzjoni tal-infrastruttura terrestri tas-sistema stabbilita mill-programm Galileo u jiġu previsti l-miżuri neċessarji għall-operat tiegħu. Ta' min jiftakar li l-għadd u l-post taċ-ċentri u l-istazzjonijiet imsemmija fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/117/UE għandhom iqisu l-limitazzjonijiet ġeografiċi u tekniċi għad-distribuzzjoni ottimali madwar id-dinja, il-preżenza possibbli ta' installazzjonijiet u ta' tagħmir eżistenti adattati għall-kompiti assenjati biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' sigurtà ta' kull ċentru u stazzjon u l-eżiġenzi tas-sigurtà nazzjonali ta' kull Stat Membru.

(4)

Madankollu huwa neċessarju li jitqiesu l-limitazzjonijiet u r-rekwiżiti l-ġodda li żviluppaw mal-evoluzzjoni tal-programm fir-rigward ta' ċerti aspetti relatati ma' ċentri u stazzjonijiet elenkati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/117/UE.

(5)

Per eżempju, fir-rigward primarjament ta' dawn iċ-ċentri u biex ikun jista' jsir użu aħjar tas-sistema, kien meħtieġ li jitwaqqaf is-seba' ċentru, iċ-Ċentru ta' Appoġġ għal-Loġistika Integrata (minn hawn 'il quddiem “iċ-ċentru ILS”) li għandu bħala funzjoni li jaħżen ċentralment l-apparat differenti u l-ispare parts tal-infrastruttura.

(6)

L-għażla tal-post taċ-ċentru ILS saret bi proċedura ta' żewġ passi miftuħa u trasparenti. L-ewwel, il-Kummissjoni bagħtet sejħa għal espressjonijiet ta' interess lill-Istati Membri u minnhom intagħżlu l-applikazzjonijiet mill-Belġju u r-Repubblika Ċeka. Imbagħad, biex tiddeċiedi bejn iż-żewġ kandidati, iż-żewġ Stati Membri ġew mistiedna jissottomettu l-proposti tagħhom. Wara li evalwat dawn il-proposti skont il-kriterji tas-sikurezza, tar-riskju, tal-iskeda u tal-kost, permezz ta' kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, il-proposta tal-Belġju irriżultat bħala l-iktar waħda adegwata; l-arkitettura u d-disinn tal-bini fuq is-sit ta' Transinne huma tabilħaqq ottimatizzati bis-sħiħ biex jassiguraw il-loġistika tas-sistema stabbilita mill-programm Galileo. Iċ-ċentru għandu jitwaqqaf fl-2016 u jkun is-suġġett ta' ftehim mal-Belġju.

(7)

Barra minn hekk, it-twaqqif taż-żewġ ċentri ta' kontroll (GC) ġie konkluż fl-2014 u dawn iċ-ċentri għandhom ikunu is-suġġett ta' ftehimiet mal-Ġermanja u l-Italja; dak taċ-ċentru tas-sigurtà tal-Galileo (GSMC) inbeda fl-2013 u kien is-suġġett ta' ftehimiet iffirmati fl-2013 ma' Franza u r-Renju Unit, iżda huwa mistenni li jitkompla fl-2017 u mhux fl-2015; dak taċ-ċentru ta' servizz GNSS (GSC) kien is-suġġett ta' ftehim iffirmat ma' Spanja fit-30 ta' Ġunju 2014 u mhux fl-2013; dak taċ-ċentru ta' servizz SAR sar bejn l-2012 u l-2014 u għandu jkun is-suġġett ta' kuntratt ta' qafas għal servizzi maċ-Ċentru Nazzjonali ta' Studji Spazjali (CNES) u mhux dak ta' ftehim ma' Franza; dak taċ-ċentru ta' referenza Galileo (GRC), li jinsab f'Noordwijk fin-Netherlands viċin tal-ESTEC iżda mhux l-istess ESTEC, mistenni li jseħħ bejn l-2015 u l-2017 u mhux bejn l-2013 u l-2016, u jkun is-suġġett ta' ftehim man-Netherlands fl-2016; dak taċ-ċentru tas-servizz SAR; dak taċ-ċentru tal-istazzjon tal-ittestjar tal-orbita f'Redu ma kienx is-suġġett tal-kuntratt mal-kumpannija Spaceopal.

(8)

Fir-rigward tat-tieni stazzjon, it-twaqqif tal-istazzjonijiet tat-TTC fir-Réunion u f'Nouméa sar bejn l-2012 u l-2014, iżda dak l-istazzjon ta' Papeete f'Tahiti għandu jseħħ biss bejn l-2016 u l-2017. Barra minn hekk, jekk l-istazzjonijiet tal-GSS f'Kiruna, Jan Mayen, Açores, Kerguelen, Saint Pierre u Miquelon, Ascension u Malouines twaqqfu bejn l-2012 u l-2014, it-twaqqif tal-istazzjonijiet tal-GSS fil-Gżejjer Kanarji u l-Madejra għandu jiġi kkanċellat, dak tal-istazzjon GSS Wallis għandu jiġi differit għall-2016-2017 u dak, jekk ikun hemm, tal-istazzjonijiet GSS f'Tokjo, Terre Adélie u Diego għandu jibqa taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li jitwaqqaf stazzjon GSS f'Redu.

(9)

Finalment, jekk t-twaqqif tal-istazzjonijiet SAR sar kif kien previst u kien is-suġġett ta' ftehimiet u memorandum ta' ftehim, ta' min jikkjarifika li dawn l-istazzjonijiet huma ta' żewġ tipi: l-ewwel nett, l-istazzjonijiet imsejħa “Meolut” (“Medium Earth Orbit Local User terminal”), li jirċievu s-sinjali ta' periklu trasmessi mis-satelliti li jinsabu f'Makarios, Maspalomas u Svalbard; u tieni nett, l-istazzjonijiet li jikkonsistu minn tikketta ta' referenza SAR, li jagħtu sinjali ta' periklu ta' referenza biex jikkalibraw is-sistema u jkejlu r-rendiment tagħha u li jinsabu wkoll f'Makarios, Maspalomas u Svalbard, iżda wkoll f'Toulouse u Santa Maria fl-Azores.

(10)

Barra minn hekk, billi din id-Deċiżjoni tissostitwixxi d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/117/UE, għandha titħassar id-deċiżjoni tal-aħħar. Għall-finijiet taċ-ċertezza ġuridika u ta' amministrazzjoni tajba, l-elementi inklużi fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/117/UE u l-elementi l-ġodda stabbiliti b'din id-Deċiżjoni huma kkonsolidati fl-Anness.

(11)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lokalizzazzjoni tal-infrastruttura terrestri tas-sistema stabbilita mill-programm Galileo u l-miżuri meħtieġa għall-operat tiegħu huma mehmuża fl-Anness.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/117/UE hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/117/UE tat-23 ta' Frar 2012 li tistabbilixxi lista tal-istadji tad-deċiżjonijiet ewlenin għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programm Galileo f'dak li għandu x'jaqsam maċ-ċentri u l-istazzjonijiet terrestri li għandhom jitwaqqfu fil-qafas tal-fażijiet tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programm (ĠU L 52, 24.2.2012, p. 28).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1).


ANNESS

Isem

Miżuri ta' lokalizzazzjoni u implimentazzjoni għall-iżgurar tal-operat

Ċentri terrestri

Żewġ ċentri ta' kontroll Galileo (GCC)

Iż-żewġ ċentri ta' kontroll għandhom jitwaqqfu bejn l-2009 u l-2014 rispettivament f'Oberpfaffenhofen (il-Ġermanja) u Fucino (l-Italja). Għandhom ikunu s-suġġett ta' żewġ ftehimiet li jridu jiġu ffirmati rispettivament mal-Ġermanja u l-Italja.

Iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo (GSMC)

Iċ-ċentru tas-sigurtà Galileo, maqsum f'żewġ postijiet, se jitwaqqaf fi stadji fi Franza u fir-Renju Unit. It-twaqqif għandu jibda fl-2013 u għandu jkun tlesta sal-2017. Dan kien is-suġġett ta' ftehim iffirmat fl-2013 ma' Franza u r-Renju Unit

Iċ-ċentru tas-Servizzi GNSS (GSC)

Iċ-ċentru tas-servizzi GNSS qed jiġi żviluppat fi stadji f'Madrid (Spanja). It-twaqqif għandu jibda fl-2011 u għandu jkun tlesta sal-2016. Dan kien is-suġġett ta' ftehim iffirmat ma' Spanja fl-2014.

Iċ-Ċentru ta' Servizzi SAR

Iċ-ċentru ta' servizzi SAR twaqqaf f'Toulouse (Franza) bejn l-2012 u l-2014. Dan għandu jkun is-suġġett ta' kuntratt qafas tal-prestazzjoni tas-servizzi mas-Centre National d'Etudes Spatiales (CNES).

Iċ-Ċentru ta' Referenza Galileo (GRC)

Iċ-Ċentru ta' Referenza Galileo qed jiġi żviluppat fi stadji f'Noordwijk (in-Netherlands). It-twaqqif għandu jibda fl-2015 u għandu jkun tlesta sal-2017. Dan għandu jkun is-suġġett ta' ftehim li għandu jiġi ffirmat man-Netherlands fl-2016.

Iċ-Ċentru ILS

Iċ-Ċentru ta' Appoġġ għal-Loġistika Integrata (iċ-Ċentru ILS) għandu jitwaqqaf fi Transinne (il-Belġju) waqt is-sena 2016 u jkun is-suġġett ta' ftehim mal-Belġju.

Stazzjoni ta' testijiet fl-orbita

L-istazzjon tat-test fl-orbita twaqqaf fl-2010 f'Redu (il-Belġju).

 

Stazzjonijiet terrestri rimoti

Stazzjonijet TTC

Twaqqfu xi stazzjonijiet TTC, bejn l-2010 u l-2014, f'Kiruna (Suède), Kourou (Franza), Réunion (Franza), u Nouméa (il-Kaledonja Ġdida).

Għandu jitwaqqaf stazzjon tat-TTC f'Papeete (il-Polineżja Franċiża) bejn l-2016 u l-2017.

It-twaqqif ta' dawn l-istazzjonijiet TTC se jkun is-suġġett ta' kuntratti konklużi bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-fornituri tas-servizz.

Stazzjonijiet GSS

Twaqqfu xi stazzjonijiet GSS, bejn l-2009 u l-2014, f'Açores (il-Portugall), Ascension, Fucino (l-Italja), Jan Mayen (in-Norveġja), Kerguelen, Kiruna (fl-Iżvezja), Kourou (Franza), Réunion (Franza), il-Gżejjer Falkland, Nouméa (il-Kaledonja Ġdida), Papeete (il-Polineżja Franċiża), Redu (il-Belġju), Saint Pierre et Miquelon, Svalbard (in-Norveġja), u Troll (in-Norveġja).

Għandu jitwaqqaf stazzjon tal-GSS f'Wallis bejn l-2016 u l-2017.

It-twaqqif ta' dawn l-istazzjonijiet GSS se jkun is-suġġett ta' kuntratti konklużi bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-fornituri tas-servizz.

Stazzjonijiet TTC

Twaqqfu xi stazzjonijiet ULS, bejn l-2009 u l-2014, f'Tahiti (il-Polineżja Franċiża), Kourou (Franza), Réunion (Franza), il-Kaledonja Ġdida, u Svalbard (in-Norveġja).

It-twaqqif ta' dawn l-istazzjonijiet ULS se jkun is-suġġett ta' kuntratti konklużi bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-fornituri tas-servizz.

Stazzjonijiet SAR

Bejn l-2012 and 2013, twaqqfu stazzjonijiet SAR imsejħa “Meolut” f'Makarios (Ċipru), Maspalomas (Spanja) u Svalbard (in-Norveġja). Xi stazzjonijiet SAR b'sinjal ta' referenza SAR twaqqfu f'Makarios (Ċipru), Maspalomas (Spanja), Santa Maria (il-Portugall), Toulouse (Franza) u Svalbard (in-Norveġja).

It-twaqqif ta' dawn l-istazzjonijiet SAR kien is-suġġett ta' kuntratti konklużi bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-fornituri tas-servizzi għall-istazzjonjiet ta' Maspalomas, ta' Santa Maria u ta' Svalbard, ta' protokoll ta' ftehim bejn il-Kummissjoni u Ċipru għall-istazzjon ta' Makarios u ta' kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-fornitur tas-servizzi għall-istazzjon ta' Toulouse.


Rettifika

19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/50


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/57/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar is-sistema ta' twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 21 tas-26 ta' Jannar 2000 — Ħarġa Speċjali 2004, 15. Ambjent, konsumaturi u ħarsien tas-saħħa Volum 05)

F'paġna 26, fit-titolu u fit-tielet premessa, f'paġna 27, fl-Artikolu 1(1), fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 3(2), f'paġna 28, fl-Anness I, fit-titolu u f'paġna 29, fl-Anness II, fit-tieni paragrafu tal-punt 2.2:

minflok:

“twissija u tweġiba bikrija”,

aqra:

“twissija bikrija u ta' reazzjoni”.

F'paġna 26, fl-ewwel premessa, fl-ewwel paragrafu tar-raba' premessa u fl-ittra (a) tar-raba' premessa:

minflok:

“twissija u rispons bikri”

aqra:

“twissija bikrija u ta' reazzjoni”.

F'paġna 26, fit-tieni premessa:

minflok:

“twissija bikrija u tweġiba”,

aqra:

“twissija bikrija u ta' reazzjoni”.

F'paġna 29, fl-Anness II, fit-titolu:

minflok:

Proċeduri għal tagħrif, konsultazzjoni u koperazzjoni taħt is-sistema ta' twissija u tweġiba bikrija”,

aqra:

Proċeduri għal tagħrif, konsultazzjoni u kooperazzjoni taħt is-sistema ta' twissija bikrija u ta' reazzjoni”.