ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 72

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
17 ta' Marzu 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/434 tas-16 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza

4

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

6

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/437 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/438 tat-2 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi, fir-rigward tal-adozzjoni tal-linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/439 tas-16 ta' Marzu 2015 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/440 tas-16 ta' Marzu 2015 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/441 tas-16 ta' Marzu 2015 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/442 tas-16 ta' Marzu 2015 li tniedi l-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/78

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

53

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tat-Taqsima I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat ( ĠU L 140, 30.4.2004 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Volum 4)

89

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/434

tas-16 ta' Marzu 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

65,8

MA

84,9

TR

86,4

ZZ

79,0

0707 00 05

JO

229,9

MA

183,9

TR

185,1

ZZ

199,6

0709 93 10

MA

119,5

TR

192,4

ZZ

156,0

0805 10 20

EG

45,8

IL

72,7

MA

56,7

TN

57,3

TR

63,6

ZZ

59,2

0805 50 10

TR

61,4

ZZ

61,4

0808 10 80

BR

70,9

CA

81,0

CL

100,9

CN

91,1

MK

25,2

US

166,1

ZZ

89,2

0808 30 90

AR

112,0

CL

133,2

US

124,8

ZA

103,5

ZZ

118,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

17.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/4


DEĊIŻJONI (UE) 2015/435 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Diċembru 2014

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) stabbilixxa Marġini ta' Kontinġenza sa 0,03 % mid-Dħul Nazzjonali Gross tal-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġni ta' Kontinġenża għall-2014 (3),

(3)

Wara li eżaminaw il-possibiltajiet finanzjarji l-oħra kollha biex issir reazzjoni għaċ-ċirkostanzi mhux previsti li nqalgħu wara li ġie stabbilit għall-ewwel darba l-limitu massimu ta' pagament tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014 fi Frar 2013, jidher li hu meħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Marġini ta' Kontinġenza biex jikkomplementa l-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja tal-2014, 'il fuq mil-limitu massimu ta' pagament.

(4)

Għandu jiġi inkluż ammont ta' EUR 350 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament fil-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza sakemm jintlaħaq qbil dwar pagamenti għal strumenti speċjali oħra.

(5)

Wara li kkunsidra s-sitwazzjoni ferm partikolari li qamet din is-sena, ġiet sodisfatta l-kundizzjoni tal-aħħar rimedju fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta dwar il-kumpens tal-ammont rilevanti fil-limiti ta' pagamenti tal-QFP għal sena finanzjarja futura waħda jew aktar, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-ftehim dwar pagamenti għal strumenti speċjali oħra, u mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi istituzzjonali tal-Kummissjoni,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Marġni ta' Kontinġenza għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta' EUR 3 168 233 715 f'approprjazzjonijiet ta' pagament 'il fuq mil-limitu massimu għall-pagamenti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali.

Artikolu 2

Is-somma ta' EUR 2 818 233 715 għandha tkun ikkumpensata fi tliet pagamenti kontra il-marġini taħt il-limiti tal-pagamenti għas-snin li ġejjin:

(a)

2018: EUR 939 411 200

(b)

2019: EUR 939 411 200

(c)

2020: EUR 939 411 315

Il-Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta fi żmien xieraq proposta dwar l-ammont li fadal ta' EUR 350 miljun.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

B. DELLA VEDOVA


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2013 dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2014 f'konformità mal-movimenti fl-ING (COM(2013)928).


17.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/6


DEĊIŻJONI (UE) 2015/436 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Diċembru 2014

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b' mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta' reġjuni milquta minn diżastri.

(2)

L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(4)

L-Italja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba għargħar.

(5)

Il-Greċja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba terrimot.

(6)

Is-Slovenja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba maltempati bis-silġ.

(7)

Il-Kroazja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba maltempati bis-silġ segwiti b'għargħar.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 46 998 528 f'approprjazzjonijiet ta' impenji.

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 46 998 528 f'approprjazzjonijiet ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

B. DELLA VEDOVA


(1)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzajrju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


17.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/7


DEĊIŻJONI (UE) 2015/437 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Diċembru 2014

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta' reġjuni milquta minn diżastri.

(2)

L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(4)

Is-Serbja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba għargħar.

(5)

Il-Kroazja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba għargħar.

(6)

Il-Bulgarija ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba għargħar.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jkun mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 79 726 440 f'approprjazzjonijiet ta' impenji.

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jkun mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 79 726 440 f'approprjazzjonijiet ta' pagamenti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, 17 ta' Diċembru 2014

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

B. DELLA VEDOVA


(1)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzajrju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


17.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/438

tat-2 ta' Marzu 2015

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi, fir-rigward tal-adozzjoni tal-linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (A) tal-Artikolu 77(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (1) (“il-Ftehim”) jistabbilixxi Kumitat Konġunt. Huwa jipprovdi li l-Kumitat Konġunt għandu b'mod partikolari jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(2)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (2) (“il-Ftehim ta' emenda”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2013.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxa l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' viżi għal tranżitu minn, jew soġġorni previsti fit-territorju tal-Istati Membri ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 ijiem.

(4)

Fi ħdan ir-responsabilità tiegħu, il-Kumitat Konġunt nnota l-ħtieġa ta' linji gwida komuni sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni għalkollox armonizzata tal-Ftehim fost il-konsulati tal-Istati Membri, u biex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u d-dispożizzjonijiet tal-partijiet kontraenti li jibqgħu japplikaw għal kwistjonijiet dwar il-viża mhux koperti mill-Ftehim.

(5)

I-Kumitat Konġunt adotta dawn il-linji gwida fil-25 ta' Novembru 2009 bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 1/2009. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adattati għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim introdott bil-Ftehim ta' emenda u għall-bidliet fil-liġi interna tal-Unjoni dwar il-politika tal-viża. Fl-interess taċ-ċarezza, jixraq li dawk il-linji gwida jiġu ssostitwiti.

(6)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt rigward l-adozzjoni tal-linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 12 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

D. REIZNIECE-OZOLA


(1)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 68.

(2)  ĠU L 168, 20.6.2013, p. 11.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).


ABBOZZ TA'

DEĊIŻJONI Nru …/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL- FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-UKRAINA DWAR L-IFFAĊILITAR TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI

tal-…

fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi huma stabbiliti fl-anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni Nru 1/2009 tal-Kumitat Konġunt hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Ukraina


ANNESS

LINJI GWIDA KOMUNI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL- FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-UKRAINA DWAR L-IFFAĊILITAR TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI

L-għan tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008, kif emendat bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina tat-23 ta' Lulju 2012., li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2013 (“il-Ftehim”), huwa li jiffaċilita, fuq il-bażi ta' reċiproċità, il-proċeduri għall-ħruġ ta' viżi għal soġġorn previst ta' mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum għaċ-ċittadini tal-Ukraina.

Il-Ftehim jistabbilixxi, fuq il-bażi ta' reċiproċità, drittijiet u obbligi legalment vinkolanti għall-finijiet ta' simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-ħruġ tal-viża għaċ-ċittadini tal-Ukraina.

Dawn il-Linji Gwida, adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 12 tal-Ftehim, (“il-Kumitat Konġunt”), għandhom l-għan li jiżguraw implimentazzjoni korretta u armonizzata tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim mill-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri. Dawn il-Linji Gwida mhumiex parti mill-Ftehim u għalhekk mhumiex legalment vinkolanti. Madankollu, huwa rrakkomandat ħafna li l-persunal diplomatiku u konsulari jsegwihom b'mod konsistenti meta jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim.

Dawn il-Linji Gwida huma maħsuba jiġu aġġornati fid-dawl tal-esperjenza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Konġunt. Il-Linji Gwida adottati mill-Kumitat Konġunt fil-25 ta' Novembru 2009 ġew adattati skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (“il-Ftehim ta' emenda”), u mal-leġislazzjoni ġdida tal-Unjoni bħar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“il-Kodiċi dwar il-Viżi”).

I.   KWISTJONIJIET ĠENERALI

1.1.   L-iskop u l-ambitu tal-applikazzjoni.

L-Artikolu 1 tal-Ftehim jistipula li: “L-għan ta' dan il-Ftehim hu li jiffaċilita l-ħruġ ta' viżi għal żjara intiża għal mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum għaċ-ċittadini tal-Ukraina.”

Il-Ftehim japplika għaċ-ċittadini kollha tal-Ukraina li japplikaw għal viża għal soġġorn qasir, irrispettivament mill-pajjiż tar-residenza tagħhom.

L-Artikolu 1(2) tal-Ftehim jistipula li: “L-Ukraina tista' ddaħħal mill-ġdid il-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini jew ċerti kategoriji ta' ċittadini tal-Istati Membri kollha u mhux għaċ-ċittadini jew ċerti kategoriji ta' ċittadini ta' Stati Membri individwali. Jekk l-Ukraina ddaħħal mill-ġdid il-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini tal-UE jew ċerti kategoriji ta' ċittadini tal-UE, l-istess iffaċilitar mogħti b'dan il-ftehim liċ-ċittadini tal-Ukraina jkun awtomatikament, fuq bażi ta' reċiproċità, japplika għaċ-ċittadini tal-UE inkwistjoni.”.

Skont id-deċiżjonijiet meħuda mill-gvern tal-Ukraina, mill-1 ta' Mejju 2005 jew mill-1 ta' Jannar 2008, rispettivament, iċ-ċittadini tal-UE huma eżentati mir-rekwiżit tal-viża meta jivvjaġġaw lejn l-Ukrajna għal perjodu ta' żmien li ma jaqbiżx id-90 jum jew meta jkunu fi transitu mit-territorju tal-Ukraina. Din id-disposizzjoni ma taffettwax id-dritt tal-gvern Ukren li jemenda dawk id-deċiżjonijiet.

1.2.   Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim.

L-Artikolu 2 tal-Ftehim jistipula li:

“1.   L-iffaċilitar tal-viża previst f'dan il-Ftehim għandu japplika għal ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tal-Ukraina biss sakemm ma jkunux eżenti mill-ħtieġa tal-viża bil-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri, tal-ftehim preżenti jew ftehimiet internazzjonali oħrajn.

2.   Il-liġi nazzjonali tal-Ukraina, jew tal-Istati Membri jew il-liġi Komunitarja għandhom japplikaw fi kwistjonijeit li mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, bħaċ-ċaħda milli tinħareġ viża, irt-rikonixximent ta' dokumenti ta' vvjaġġar, evidenza ta' mezzi ta' għajxien suffiċjenti u ċ-ċaħda tad-dħul u miżuri ta' epulsjoni.”

Bla ħsara għall-Artikolu 10 tiegħu (li jipprovdi għall-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-viża għal detenturi ta' passaporti diplomatiċi u ta' passaporti bijometriċi ta' servizz tal-Ukraina), il-Ftehim ma jaffettwax ir-regoli eżistenti dwar l-obbligi tal-viża u l-eżenzjonijiet mill-viża. Pereżempju, l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 539/2001 (2) jippermetti lill-Istati Membri li jeżentaw mir-rekwiżit ta' viża lil ekwipaġġi ċivili tal-ajru u tat-tbaħħir fost kategoriji oħrajn.

Ir-regoli ta' Schengen, u fejn xieraq, il-liġi nazzjonali jibqgħu japplikaw fil-kwistjonijiet kollha mhux koperti mill-Ftehim, bħar-rifjut li tinħareġ viża, ir-rikonoxximent ta' dokumenti ta' vvjaġġar, evidenza ta' mezzi ta' għajxien suffiċjenti, ir-rifjut tad-dħul u miżuri ta' espulsjoni. Dan japplika wkoll għar-regoli ta' Schengen li jiddeterminaw l-Istat Membru ta' Schengen responsabbli għall-ipproċessar ta' applikazzjoni għal viża. Għalhekk, ċittadin Ukren għandu jkompli japplika għal viża fil-konsulat tal-Istat Membru tad-destinazzjoni ewlenija tal-vjaġġ tiegħu/tagħha; jekk ma jkun hemm l-ebda destinazzjoni ewlenija, hu jew hi għandhom japplikaw fil-konsulat tal-ewwel Stat Membru taż-żona Schengen li fih jaslu.

Anki jekk il-kundizzjonijiet previsti fil-Ftehim ikunu ssodisfati, pereżempju, tingħata prova b'dokumenti ġustifikattivi rigward l-iskop tal-vjaġġ għall-kategoriji previsti fl-Artikolu 4 tiegħu, il-ħruġ tal-viża xorta jkun jista' jiġi rifjutat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen”) ma jiġux issodisfati, jiġifieri l-persuna ma jkollhiex fil-pussess tagħha dokument validu tal-ivvjaġġar, jekk ikun inħareġ allert fis-SIS, il-persuna titqies bħala ta' periklu għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, eċċ.

Jibqgħu japplikaw possibbiltajiet oħra ta' flessibbiltà fil-ħruġ ta' viżi permessi fil-Kodiċi dwar il-Viżi għall-ħruġ ta' viżi. Pereżempju, jistgħu jinħarġu viżi għal dħul multiplu għal perjodu twil ta' validità — sa ħames snin — għal kategoriji ta' persuni apparti dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Ftehim, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet previsti fil-Kodiċi dwar il-Viżi (ara l-Artikolu 24(2) tal-Kodiċi dwar il-Viżi). Bl-istess mod, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kodiċi dwar il-Viżi li jippermettu eżenzjoni jew tnaqqis tat-tariffa tal-viża jibqgħu japplikaw (ara II.2.1.1).

1.3.   Tipi ta' viżi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim.

L-Artikolu 3(d) tal-Ftehim jiddefinixxi “viża” bħala “l-awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru jew deċiżjoni meħuda minn tali Stat li tkun meħtieġa bil-ħsieb ta':

dħul għal soġġorn previst f'dak l-Istat Membru jew f'diversi Stati Membri ta' żmien mhux aktar minn 90 jum b'kollox,

dħul għal tranżitu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew diversi Stati Membri,”

It-tipi ta' viża li ġej hu kopert b'dan il-Ftehim:

viżi “C” (viżi għal soġġorn qasir).

L-iffaċilitarjiet ipprovduti mill-Ftehim japplikaw kemm għal viżi uniformi validi għat-territorju kollu tal-Istati Membri kif ukoll għal viżi b'validità territorjali limitata (VTL).

1.4.   Il-kalkolu tat-tul taż-żjara awtorizzata b'viża, u b'mod partikolari l-kwistjoni dwar kif jiġi determinat il-perjodu ta' sitt xhur

Il-modifika riċenti tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen stabbilixxiet definizzjoni ġdida tal-kunċett ta' soġġorn qasir. Id-definizzjoni preżenti hija kif ġej: “90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum, li jimplika l-kunsiderazzjoni tal-perjodu ta' 180 jum qabel kull ġurnata tas-soġġorn”.

Il-jum tad-dħul se jiġi kkalkulat bħala l-ewwel jum tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri u l-jum tal-ħruġ se jiġi kkalkulat bħala l-aħħar jum tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri. Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perjodu ta' referenza “mobbli” ta' 180 jum, b'mod li wieħed iħares lura, lejn kull ġurnata tas-soġġorn, fl-aħħar perjodu ta' 180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżit tad-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum għadux jiġi ssodisfat. Dan ifisser li assenza għal perjodu mhux interrott ta' 90 jum tippermetti li jkun hemm soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.

Id-definizzjoni daħlet fis-seħħ fit-18 ta' Ottubru 2013. F'dan l-indirizz elettroniku hemm kalkolatur: http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/borders-and-visas/border-crossing/index_en.htm

Eżempju tal-kalkolu tas-soġġorn fuq il-bażi tad-definizzjoni l-ġdida:

 

Persuna li jkollha viża għal dħul multiplu, valida għal sena (18.4.2014 — 18.4.2015) tidħol fit-territorju għall-ewwel darba fid-19.4.2014 u toqgħod hemm 3 ijiem. Imbagħad tidħol mill-ġdid fit-18.6.2014 u toqgħod hemm 86 jum. X'inhi s-sitwazzjoni f'dawn id-dati speċifiċi? Din il-persuna meta se titħalla tidħol mill-ġdid?

 

Fil-11.9.2014: Matul l-aħħar 180 jum (16.3.2014 — 11.9.2014) il-persuna għamlet soġġorn ta' 3 jiem (19. — 21.4.2014) u 86 jum (18.6.2014 — 11.9.2014) = 89 jum = L-ebda soġġorn eċċessiv. Il-persuna tista' tibqa' hemm għal massimu ta' ġurnata oħra.

 

Mis-16.10.2014: Il-persuna tista' tidħol għal soġġorn ta' 3 ijiem addizzjonali (fis-16.10.2014 is-soġġorn tad-19.4.2014 isir irrilevanti (barra l-perjodu ta' 180 jum); fis-17.10.2014 is-soġġorn fl-20.4.2014 isir irrilevanti (barra l-perjodu ta' 180 jum; eċċ.).

 

Mill-15.12.2014: Il-persuna tista' tidħol għal 86 jum addizzjonali (fil-15.12.2014 is-soġġorn fit-18.6.2014 isir irrilevanti (barra l-perjodu ta' 180 jum); fis-16.12.2014, is-soġġorn fid-19.6.2014 isir irrelevanti, eċċ.).

1.5.   Is-sitwazzjoni fejn jidħlu l-Istati Membri li għadhom ma japplikawx bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen, l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-Politika Komuni tal-UE dwar il-Viżi u l-pajjiżi assoċjati.

L-Istati Membri li ssieħbu fl-UE fl-2004 (ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja), fl-2007 (il-Bulgarija u r-Rumanija), u fl-2013 (il-Kroazja) huma marbuta b'dan il-Ftehim mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Huma biss il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija, li għadhom mhux qed jimplimentaw bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen. Dawn se jkomplu joħorġu viżi nazzjonali b'validità limitata għat-territorju nazzjonali tagħhom stess. Ladarba dawk l-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen, dawn se jkomplu japplikaw il-Ftehim.

Il-liġi nazzjonali tibqa' tapplika għall-kwistjonijiet kollha mhux koperti mill-Ftehim sad-data tal-implimentazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen minn dawk l-Istati Membri. Minn dik id-data, ir-regoli ta' Schengen/il-liġi nazzjonali se japplikaw għal kwistjonijiet mhux irregolati mill-Ftehim.

Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija huma awtorizzati li jirrikonoxxu l-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal soġġorn qasir maħruġa mill-Istati ta' Schengen u l-pajjiżi assoċjati għal soġġorn qasir fit-territorju tagħhom.

Skont l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, l-Istati ta' Schengen kollha huma obbligati li jirrikonoxxu l-viżi għal soġġorn twil u l-permessi ta' residenza maħruġa minn xulxin bħala validi għal soġġorni qosra fit-territorji ta' xulxin. L-Istati Membri ta' Schengen jaċċettaw il-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal soġġorn qasir ta' pajjiżi assoċjati għal dħul u soġġorn qasir u viċi versa.

Il-Ftehim ma japplikax għad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit iżda jinkludi dikjarazzjonijiet konġunti dwar kemm ikun xieraq li dawk l-Istati Membri jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-viża mal-Ukraina.

Ftehim bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-viża bejn id-Danimarka u l-Ukraina daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2009. Ma saru l-ebda negozjati dwar l-iffaċilitar tal-viżi bejn l-Ukraina u, rispettivament, l-Irlanda u r-Renju Unit.

Għalkemm huma assoċjati ma' Schengen, il-Ftehim ma japplikax għall-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera, iżda jinkludi dikjarazzjonijiet konġunti dwar kemm ikun xieraq li dawk il-pajjiżi ta' Schengen jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-viża mal-Ukraina.

In-Norveġja ffirmat ftehim bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-viżi fit-13 ta' Frar 2008. Dak il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2011.

L-Isvizzera ffinalizzat in-negozjati dwar ftehim bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-viżi f'Novembru 2011. L-Islanda indikat li bdew in-negozjati mal-Ukraina.

1.6.   Il-Ftehim/il-ftehimiet bilaterali.

L-Artikolu 13(1) tal-Ftehim jistipula li:

“1.   Sa mid-dħul tiegħu fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jieħu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehim bilaterali jew multilaterali jew arranġamenti mwettqa bejn l-Istati Membri individwali u l-Ukraina, safejn id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkopru kwistjonijiet li huma indirizzati mill-Ftehim preżenti.”

.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali fis-seħħ bejn l-Istati Membri u l-Ukraina dwar il-kwistjonijiet trattati mill-Ftehim ma jibqgħux japplikaw. F'konformita mal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeliminaw l-inkompatibilitajiet bejn il-ftehimiet bilaterali tagħhom u l-Ftehim.

Madankollu, l-Artikolu 13(2) tal-Ftehim jistipula li:

“2.   Id-dispożizzjonijiet ta' Ftehimiet bilaterali jew ta' arranġamenti bejn l-Istati Membri individwali mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri kkonċernati jew tal-Ukraina li jiddenunzjaw jew jissospendu dawn il-ftehimiet bilaterali jew arranġamenti.”

.

L-Istati Membri li ġejjin għandhom ftehim bilaterali mal-Ukraina li jipprovdi għal eżenzjoni mill-obbligu tal-viża għal detenturi ta' passaporti ta' servizz: Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja.

F'konformità mal-Artikolu 13(1), sakemm dawn il-ftehimiet ikopru t-detenturi ta' passaporti bijometriċi ta' servizz, l-Artikolu 10(2) tal-Ftehim emendat jieħu preċedenza fuq dawn il-ftehimiet. F'konformità mal-Artikolu 13(2), dawn il-ftehimiet, li ġew konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim emendat, ikomplu japplikaw sakemm dawn ikopru t-detenturi ta' passaporti mhux bijometriċi ta' servizz, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri kkonċernati jew tal-Ukraina li jiddenunzjaw jew jissospendu dawn il-ftehimiet bilaterali jew arranġamenti. L-eżenzjoni mill-viża għat-detenturi ta' passaporti mhux bijometriċi ta' servizz konċessi minn Stat Membru tapplika biss għall-ivvjaġġar fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u mhux għall-ivvjaġġar lejn Stati Membri oħra ta' Schengen.

F'każ li Stat Membru jkun ikkonkluda ftehim bilaterali jew arranġament mal-Ukraina dwar kwistjonijiet mhux koperti mill-Ftehim, dik l-eżenzjoni tibqa' tapplika wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehiml-iffaċilitar.

1.7.   Dikjarazzjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-aċċess ta' applikanti għall-viża u l-armonizzazzjoni ta' informazzjoni dwar proċeduri għall-ħruġ ta' viżi għal soġġorn qasir u dokumenti li għandhom jiġu sottomessi meta ssir l-applikazzjoni għal viżi għal soġġorn qasir.

Skont dik id-Dikjarazzjoni tal-Komunità Ewropea mehmuża mal-Ftehim, tfasslet informazzjoni bażika komuni dwar l-aċċess ta' applikanti għall-viża għal missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri u dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' viżi u dwar il-validità tal-viżi maħruġa biex ikun żgurat li l-applikanti jingħataw informazzjoni koerenti u uniformi. Din l-informazzjoni hija disponibbli fuq il-websajt tad-Delegazzjoni tal-UE għall-Ukraina: http://eeas.europa.eu/delegations/ukraine/index_en.htm

Il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri huma mitluba biex ixerrdu b'mod wiesa' din l-informazzjoni (fuq it-tabelli ta' informazzjoni, f'fuljetti, fuq websajts, eċċ.) u li jxerrdu wkoll informazzjoni preċiża dwar il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' viżi, ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri fl-Ukraina u l-lista armonizzata tal-UE ta' dokumentazzjoni ta' appoġġ meħtieġa.

II.   LINJI GWIDA DWAR DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

2.1.   Regoli li japplikaw għall-applikanti kollha għall-viżi

Importanti: Ta' min ifakkar li l-faċilitazzjonijiet imsemmija hawn taħt rigward id-dritt amministrattiv għal viża, it-tul tal-proċeduri għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża, it-tluq f'każ ta' dokumenti mitlufa jew misruqa, u l-estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi eċċezzjonali tapplika għall-applikanti kollha Ukraini għal viżi u għad-detenturi tal-viżi.

2.1.1.   Dritt amministrattiv għal viża.

L-Artikolu 6(1) tal-Ftehim jistipula li:

“Il-ħlas tal-viża għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ta' ċittadini Ukraini għandu jammonta għal EUR 35. L-ammont imsemmi qabel jista' jkun rivedut skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 14(4).”

Skont l-Artikolu 6(1), il-ħlas għall-ipproċessar ta' applikazzjoni għall-viża huwa ta' EUR 35. Dak il-ħlas japplika għall-applikanti kollha Ukraini għal viża (inklużi t-turisti) u jirrigwarda viżi għal soġġorni qosra, irrispettivament min-numru ta' dħul. Dan japplika wkoll għal applikazzjonijiet għall-viża ppreżentati fil-fruntieri esterni.

L-Artikolu 6(2) tal-Ftehim jistipula li:

“Jekk l-Ukraina ddaħħal mill-ġdid il-ħtieġa tal-viża għal ċittadini tal-UE, il-ħlas tal-viża mitlub mill-Ukraina m'għandux jaqbeż il-EUR 35 jew l-ammont miftiehem jekk il-ħlas ikun rivedut skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 14(4).”

L-Artikolu 6(3) tal-Ftehim jistipula li:

“L-Istati Membri għandhom jitolbu ħlas ta' EUR 70 għall-ipproċessar ta' viżi f'każijiet fejn, fuq il-bażi tad-distanza bejn il-post ta' residenza tal-applikant u l-post fejn tkun ġiet sottomessal-applikazzjoni, l-applikant jitlob li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien tlett ijiem mis-sottomissjoni tagħha, u l-konsulat ikun aċċetta li jieħu deċiżjoni fi żmien tlett ijiem.”

.

Se jinżamm ħlas ta' EUR 70 għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża f'każijiet fejn l-applikazzjoni għall-viża u d-dokumenti ta' sostenn jiġu ppreżentati minn applikant għall-viża li l-post ta' residenza tiegħu jkun magħruf li jinsab fl-oblast li fih l-Istat Membru li lejh l-applikant ikun jixtieq jivvjaġġa ma jkollu l-ebda rappreżentanza konsulari (jekk f'dak l-oblast ma jkunx hemm konsulat, u lanqas ċentru tal-viżi, u lanqas konsulati tal-Istati Membri li jkunu kkonkludew ftehimiet ta' rappreżentazzjoni mal-Istat Membru li lejh l-applikant ikun jixtieq jivvjaġġa), u meta l-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari jkunu qablu li jieħdu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-viża fi żmien tlett ijiem. Evidenza dwar il-post ta' residenza tal-applikant għall-viża hija pprovduta fil-formola tal-applikazzjoni għall-viża.

Bħala prinċipju, l-Artikolu 6(3) tal-Ftehim għandu l-għan li jiffaċilita l-applikazzjoni għal viża mill-applikanti li jgħixu 'l bogħod ħafna mill-konsulat. F'każ li jkun meħtieġ vjaġġ twil sabiex tkun tista' ssir l-applikazzjoni għall-viża, l-għan huwa li din tinħareġ malajr, sabiex l-applikant ikun jista' jirċievi l-viża mingħajr ma jkollu bżonn jagħmel l-istess vjaġġ twil għat-tieni darba.

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, f'każijiet fejn iż-żmien “standard” ta' pproċessar għal applikazzjoni għal viża minn missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari partikolari jkun ta' tlett ijiem jew inqas, jinżamm il-ħlas standard ta' EUR 35.

Fil-każ ta' missjonijiet diplomatiċi u uffiċċji konsulari li jkollhom sistema ta' appuntamenti, il-perjodu ta' żmien biex jinkiseb appuntament ma jingħaddx bħala parti miż-żmien tal-ipproċessar (ara wkoll II. 2.1.2).

L-Artikolu 6(4) tal-Ftehim jistipula li:

“4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 il-ħlasijiet għall-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-viża jitneħħew għal dawn il-kategoriji ta' persuni:

(a)

għal qraba viċini — konjuġi, ulied (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet u neputijiet — li jkunu ċittadini tal-Ukraina legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini;”

(N.B. Dak il-punt jirregola s-sitwazzjoni ta' qraba viċini Ukraini li jkunu qed jivvjaġġaw lejn l-Istati Membri biex iżuru ċittadini tal-Ukraina legalment residenti fl-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fl-Istat Membru li tiegħu jkunu ċittadini. L-applikanti għall-viża tal-Ukraina, li jkunu membri tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), se jinħarġulhom viżi b'xejn, mill-aktar fis u abbażi ta' proċedura aċċellerata.)

“(b)

għal membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Ukraina, għandhom jipparteċipaw f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' bdil, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi;

(c)

membri ta' Gvernijiet u Parlamenti nazzjonali u reġjonali, Qrati Kostituzzjonali u Qrati Supremi, jekk ma jkunux eżentati mill-ħtieġa tal-viża bil-Ftehim preżenti;

(d)

studenti, studenti gradwati, u l-għalliema li jakkumpanjawhom u li jivvjaġġaw għall-għanijiet tal-istudju jew taħriġ vokazzjonali;

(e)

persuni b'diżabilità u l-persuna li takkumpanjahom, jekk meħtieġ;”(N.B. sabiex wieħed igawdi mill-eżenzjoni mill-ħlas, trid tinġieb evidenza li turi li kull wieħed mill-applikanti għal viża jaqa' f'din il-kategorija.)

“(f)

persuni li jkunu ppreżentaw dokumenti li jixhdu għall-ħtieġa tal-ivvjaġġar tagħhom għal skopijiet umanitarji, inkluża l-ħtieġa li jirċievu trattament mediku urġenti, u l-persuna li takkumpanja lil dawn il-persuni, jew sabiex jattendu funeral ta' qarib/a, jew biex iżuru qarib/a morda serjament;

(g)

parteċipanti f'avvenimenti sportiti internazzjonali u persuni li jakkumpanjawhom;” (N.B. il-persuni li jivvjaġġaw f'kapaċità professjonali biss huma koperti: dawk li jassistuhom mhux se jitqiesu bħala persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom.)

“(h)

għal persuni li jieħdu sehem f'attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi tal-università u programmi oħrajn ta' bdil;

(i)

għal parteċipanti fi programmi uffiċjali ta' bdil organizzati minn bliet ġemellati u minn entitajiet muniċipali oħrajn;

(j)

ġurnalisti u ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali.” (N.B. il-ġurnalisti koperti mill-Artikolu 4(1)(e) tal-Ftehim huma koperti b'dan il-punt.)

“(k)

pensjonanti;” (N.B. sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-ħlas f'din il-kategorija, l-applikanti għall-viża jridu jġibu provi tal-istat tagħhom ta' pensjonanti.)

“(l)

xufiera li jwasslu tagħbija internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri lejn it-territorji tal-Istati Membri f'vetturi reġistrati fl-Ukraina;

(m)

membri tal-ekwipaġġ ta' ferroviji, refriġeraturi u lokomottivi f'ferroviji internazzjonali, li jivvjaġġaw bejn it-territorji tal-Istati Membri;

(n)

tfal taħt l-età ta' 18-il sena u tfal dipendenti taħt l-età ta' 21;” (N.B. sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-ħlas għal din il-kategorija, l-applikanti għall-viża jridu jġibu provi tal-età tagħhom; u — jekk ma jkunx għad għandhom 21 sena — prova wkoll tad-dipendenza tagħhom.);

“(o)

rappreżentanti tal-komunitajiet reliġjużi:

(p)

għall-membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili organizzati fit-territorju tal-Istati Membri;

(q)

il-parteċipanti li għandhom 25 sena jew anqas f'seminars, konferenzi, avvenimenti sportivi, kulturali jew edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ;

(r)

rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jagħmlu vjaġġi għall-għanijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inklużi fil-qafas ta' programmi ta' bdil;

(s)

għal parteċipanti fi programmi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta' kooperazzjoni transkonfinali, bħall-programmi tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI).

L-ewwel subparagrafu japplika wkoll meta l-għan tal-vjaġġ ikun dak ta' transitu.”

.

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tal-Ftehim japplika biss jekk l-iskop tal-vjaġġ lejn il-pajjiż terz ikun ekwivalenti għal wieħed mill-għanijiet elenkati fil-punti (a) sa (s) tal-Artikolu 6(4) tal-Ftehim eż. jekk it-tranżitu jkun meħtieġ għall-atendenza f'seminar, żjara lil membri tal-familja, il-parteċipazzjoni fi programm ta' skambju ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, eċċ fil-pajjiż terz.

Tingħata eżenzjoni sħiħa mill-ħlas fil-każ tal-kategoriji ta' persuni msemmija hawn fuq. Barra minn dan, skont l-Artikolu 16(6) tal-Kodiċi tal-Viżi “f'każijiet individwali, l-ammont tat-tariffa tal-viża li għandha tiġi imposta tista' tiġi rinunzjata jew imnaqqsa meta din il-miżura sservi biex tippromwovi interessi kulturali jew sportivi kif ukoll interessi fil-qasam tal-politika estera, il-politika tal-iżvilupp u oqsma oħrajn ta' interess pubbliku vitali jew għal raġunijiet umanitarji.”

Madankollu, dik ir-regola ma tistax tiġi applikata biex tingħata eżenzjoni mill-ħlas ta' EUR 70 għall-ipproċessar ta' viżi f'każijiet individwali fejn l-applikazzjoni għall-viża u d-dokumenti ta' sostenn ikunu ġew sottomessi mill-applikant għall-viża li l-post ta' residenza tiegħu jkun magħruf li jkun lokalizzat 'l bogħod mill-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari tal-Istat Membru u li jappartjeni għal waħda mill-kategoriji eżentati mill-ħlas għall-viża, elenkati fl-Artikolu 6(4) tal-Ftehim.

Għandu jiġi mfakkar ukoll li l-kategoriji ta' persuni eżenti mill-ħlas għall-viża xorta jistgħu jkunu suġġetti għal ħlas tas-servizz f'każ li Stat Membru jikkoopera ma' fornitur tas-servizzi estern.

L-Artikolu 6(5) tal-Ftehim jistipula li:

“5.   Jekk Stat Membru jikkoopera ma' fornitur tas-servizzi estern bl-iskop ta' ħruġ ta' viża, il-fornitur tas-servizzi estern jista' jitlob ħlas għas-servizz. Dan il-ħlas ikun proporzjonat ma' kemm ikun nefaq il-fornitur tas-servizzi estern waqt it-twettiq tal-ħidmiet tiegħu, u ma għandux ikun aktar minn EUR 30. L-Istati Membri għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tagħhom. Jekk l-applikanti jkunu meħtieġa jiksbu appuntament għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, l-appuntament iseħħ, bħala regola, fi żmien ġimagħtejn mid-data ta' meta jkun intalab l-appuntament.”

Li tinżamm il-possibbiltà għall-kategoriji kollha ta' applikanti li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament lill-konsulat minflok permezz ta' fornitur ta' servizzi estern jimplika li għandu jkun hemm għażla ġenwina bejn dawk iż-żewġ possibbiltajiet. Anke jekk ma jkunx hemm bżonn li l-aċċess dirett ikun organizzat taħt kundizzjonijiet identiċi jew simili għal dawk għall-aċċess għall-fornitur tas-servizz, il-kundizzjonijiet m'għandhomx ikunu tali li jġibu l-aċċess dirett impossibbli fil-prattika. Anki jekk ikun aċċettabbli li jkun hemm perjodu ta' stennija differenti biex jinkiseb appuntament fil-każ ta' aċċess dirett, il-perjodu ta' stennija ma għandux ikun tant twil li fil-prattika l-aċċess dirett isir impossibbli.

2.1.2.   It-tul tal-proċeduri għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża

L-Artikolu 7 tal-Ftehim jistipula li:

“1.   Missjonijiet diplomatiċi u uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjoni fuq it-talba li tinħareġ viża fi żmien għaxart ijiem mid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-ħruġ tal-viża.

2.   Il-perjodu ta' żmien għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża jista' jkun estiż sa 30 jum f'każijiet individwali, notevolment meta jkun jinħtieġ aktar skrutinju tal-applikazzjoni.

3.   Il-perjodu ta' żmien għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża jista' jitnaqqas għal jumejn jew inqas f'każijiet urġenti.”

.

Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-viża tittieħed, bħala prinċipju, fi żmien 10 ijiem kalendarji mid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni għall-viża mimlija flimkien mad-dokumenti ta' sostenn.

Dak il-perjodu jista' jkun estiż sa 30 jum kalendarju meta jkun hemm bżonn ta' skrutinju akbar — pereżempju għall-konsultazzjoni mal-awtoritajiet ċentrali.

Dawk l-iskadenzi kollha ma jibdewx jiddekorru qabel ma jitlesta l-fajl tal-applikazzjoni, jiġifieri mid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni għall-viża flimkien mad-dokumenti ta' sostenn.

Fil-każ ta' missjonijiet diplomatiċi u uffiċċji konsulari li jkollhom sistema ta' appuntamenti, il-perjodu ta' żmien biex jinkiseb appuntament ma jingħaddx bħala parti miż-żmien tal-ipproċessar. Meta jiġi stabbilit l-appuntament, għandu jittieħed kont tal-urġenza possibbli mitluba mill-applikant għall-viża fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(3) tal-Ftehim. Bħala regola, l-appuntamenti għandhom isiru fi żmien ġimagħtejn mid-data meta jkun intalab l-appuntament (ara l-Artikolu 6(5) tal-Ftehim). Perjodu itwal għandu jkun eċċezzjoni inkluż f'perjodi tal-ogħla domanda. Il-Kumitat Konġunt se jsegwi mill-qrib din il-kwistjoni bir-reqqa. L-Istati Membri se jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li l-appuntamenti li jitolbu l-membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali tal-Ukraina sabiex jippreżentaw applikazzjonijiet f'missjonijiet diplomatiċi u uffiċċji konsulari isiru malajr kemm jista' jkun, preferibbilment fi żmien jumejn tax-xogħol, f'każijiet urġenti meta l-istedina tkun intbagħtet tard.

Id-deċiżjoni dwar perjodu mnaqqas għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża kif definit fl-Artikolu 7(3) tal-Ftehim tittieħed mill-uffiċjal konsolari.

2.1.3.   Estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni

L-Artikolu 9 tal-Ftehim jistipula li:

“Iċ-ċittadini tal-Ukraina li m'għandhomx il-possibblità li jħallu t-territorju tal-Istati Membri fiż-żmien stabbilit fil-viżi tagħhom minħabba raġunijiet ta' force majeure għandhom ikollhom it-terminu tal-viżi tagħhom estiż mingħajr ħlas skont il-leġiżlazzjoni applikata mill-Istat li qed jilqa' għall-perjodu meħtieġ għar-ritorn tagħhom lejn l-Istat ta' residenza tagħhom.”

Rigward il-possibbiltà tal-estensjoni tal-validità tal-viża f'każijiet ta' force majeure — pereżempju, soġġorn fi sptar minħabba raġunijiet imprevisti/għall-għarrieda ta' mard/inċident — fejn id-detentur tal-viża ma jkollux il-possibbiltà li jitlaq mit-territorju tal-Istat Membru sad-data indikat fil-viża, id-dispożizzjonijiet tal- Artikolu 33(1) tal-Kodiċi dwar il-Viżi japplikaw, sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-Ftehim (pereżempju, il-viża estiża tibqa' viża uniformi, li tintitola d-dħul fit-territorju tal-Istati Membri kollha ta' Schengen li għalihom l-viża kienet valida fil-ħin tal-ħruġ). Madankollu, skont il-Ftehim, l-estensjoni tal-viża ssir b'xejn f'każ ta' force majeure.

2.2.   Regoli li japplikaw għal ċerti kategoriji ta' applikanti għall-viża

2.2.1.   Provi dokumentati dwar l-għan tal-vjaġġ

Għall-kategoriji kollha tal-persuni elenkati fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim inklużi xufiera li jwasslu tagħbija internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri, tkun meħtieġa biss l-evidenza dokumentarja dwar l-għan tal-vjaġġ. Għal dawk il-kategoriji ta' applikanti ma jrid jintalab l-ebda dokument ieħor dwar l-għan taż-żjara. Kif stipulat fl-Artikolu 4(3) tal-Ftehim, l-ebda ġustifikazzjoni, stedina jew validazzjoni oħra dwar l-għan tal-vjaġġ ma tkun meħtieġa.

Jekk f'każijiet individwali jkun għad fadal xi dubji rigward l-għan reali tal-vjaġġ, l-applikant għall-viża jissejjaħ għal intervista fil-fond (addizzjonali) fl-ambaxxata/il-konsolat fejn dan ikun jista' jiġi mistoqsi dwar l-iskop attwali taż-żjara jew dwar l-intenzjoni tal-applikant li jirritorna — ara l-Artikolu 21(8) tal-Kodiċi dwar il-Viżi. F'każijiet individwali bħal dawn, jistgħu jiġu provduti dokumenti addizzjonali mill-applikant għall-viża jew jistgħu jintalbu b'mod eċċezzjonali mill-uffiċjal konsulari. Il-Kumitat Konġunt se jissorvelja mill-qrib il-kwistjoni.

Għall-kategoriji ta' persuni mhux imsemmija fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim, ir-regoli attwali jkomplu japplikaw rigward dokumentazzjoni li sservi ta' prova tal-għan tal-vjaġġ. L-istess japplika għal dokumenti rigward il-kunsens tal-ġenituri għall-ivvjaġġar ta' tfal taħt it-18-il sena.

Ir-regoli ta' Schengen jew il-liġi nazzjonali japplikaw fi kwistjonijiet li mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet ta' dal-Ftehim, bħal rikonoxximent ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, l-assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar u l-garanziji dwar ir-ritorn u l-mezzi suffiċjenti ta' sussistenza (ara I.1.2).

F'konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar dokumenti li għandhom jiġu sottomessi meta ssir l-applikazzjoni għal viżi għal soġġorn qasir mehmuża mal-Ftehim ta' emenda, “l-Unjoni Ewropea se tistabbilixxi lista armonizzata ta' dokumenti ta' sostenn, skont l-Artikolu 48(1)(a) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, sabiex tiżgura li l-applikanti mill-Ukraina jkunu meħtieġa li jippreżentaw, fil-prinċipju, l-istess dokumenti ta' sostenn”, il-konsulati tal-Istati Membri, li jaġixxu f'Kooperazzjoni Lokali ta' Schengen, huma mitluba li jiżguraw li l-applikanti għall-viża Ukraini jingħataw informazzjoni bażika koerenti u uniformi u jkunu obbligati jippreżentaw, fil-prinċipju, l-istess dokumenti ta' sostenn jkun liema jkun il-konsulat tal-Istat Membru fejn japplikaw.

Fil-prinċipju, it-talba oriġinali jew iċ-ċertifikat tad-dokument mitlub mill-Artikolu 4(1) tal-Ftehim jiġu sottomessi mal-applikazzjoni għall-viża. Madankollu, il-konsulat jista' jibda l-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-viża b'feks jew kopji tat-talba jew ċertifikat tad-dokument. Madankollu, il-konsulat jista' jitlob id-dokument oriġinali fil-każ tal-ewwel applikazzjoni u se jitolbu f'każijiet individwali fejn ikun hemm dubji.

Peress li l-listi ta' hawn taħt tal-awtoritajiet xi drabi jkunu jinkludu wkoll l-isem tal-persuna li tista' tiffirma t-talbiet/ċ-ċertifikati rilevanti, l-awtoritajiet tal-Ukraina għandhom jinfurmaw il-Kooperazzjoni Lokali ta' Schengen meta dawk il-persuni jiġu sostitwiti.

Artikolu 4 tal-Ftehim jistipula li:

“1.   Għall-kategoriji li ġejjin ta' ċittadini tal-Ukraina, id-dokumenti li ġejjin huma biżżejjed sabiex jiġġustifikaw l-għan tal-vjaġġ lejn il-Parti l-oħra:

(a)

Għal membri ta' delegazzjonijiet uffiċċjali li, wara stedina uffiċċjali indirizzata lill-Ukraina, għandhom jipparteċipaw f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' bdil, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi:

ittra maħruġa minn awtorità Ukraina li tikkonferma li l-applikant hu membru tad-delegazzjoni tagħha li qed tivvjaġġa lejn il-Parti l-oħra sabiex tipparteċipa fl-avvenimenti msemmija qabel, akkumpanjata b'kopja tal-istedina uffiċċjali;”

Isem l-applikant irid ikun indikat fl-ittra maħruġa mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li l-persuna tkun parti mid-delegazzjoni li qed tivvjaġġa lejn it-territorju tal-Parti l-oħra biex tipparteċipa f'laqgħa uffiċjali. Isem l-applikant m'għandux neċessarjament jiġi indikat ukoll fl-istedina uffiċjali biex jieħu sehem fil-laqgħa, għalkemm dan jista' jkun il-każ meta l-istedina uffiċjali tkun indirizzata lil persuna speċifika.

Din id-dispożizzjoni tapplika għal membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali irrispettivament mill-passaport (mhux bijometriċi, ta' servizz jew ordinarju) li jkollhom.

“(b)

għal nies tan-negozju jew rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tan-negozju:

talba bil-miktub minn persuna legali jew kumpanija li qed tospita, jew uffiċċju jew il-fergħa tagħhom, awtoritajiet tal-Istat u lokali tal-Istati Membri jew kumitati organizzattivi ta' wirjiet ta' kummerċ u industrija, konferenzi u simpożji li jsiru fit-territorji tal-Istati Membri;

(c)

għal xufiera li jwasslu tagħbija internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri lejn it-territorji tal-Istati Membri f'vetturi reġistrati fl-Ukraina:

talba bil-miktub mill-assoċjazzjoni nazzjonali tat-trasportaturi fl-Ukraina li tipprovdi għal trasport internazzjonali bit-triq, li tistqarr l-għan, it-tul, id-destinazzjoni(jiet) u l-frekwenza tal-vjaġġi;”

L-awtoritajiet kompetenti li jipprovdu trasport internazzjonali bit-triq u li jkunu responsabbli biex jiddikjaraw l-iskop, it-tul, id-destinazzjoni(jiet) u l-frekwenza tal-vjaġġi tax-xufiera li jwasslu tagħbijiet internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri lejn it-territorji tal-Istati Membri tal-UE f'vetturi reġistrati fl-Ukraina, huma:

1.

L-Assoċjazzjoni tat-Trasportaturi bit-Triq Internazzjonali tal-Ukraina (AsMAP/“AcМАП”)

L-indirizz postali tal-AsMAP huwa:

11, Shorsa str.

Kyiv, 03150, l-Ukraina

Uffiċjali intitolati li jiffirmaw t-talbiet huma:

 

Kostiuchenko Leonid — President tal-AsMAP tal-Ukraina;

 

Dokil' Leonid — Viċi President tal-AsMAP tal-Ukraina;

 

Kuchynskiy Yurii — Viċi President tal-AsMAP tal-Ukraina.

2.

L-Impriża tal-Istat “Servizz fuq it-Toroq Internazzjonali” (SE “SIRC”)

L-indirizz postali tal-SE “SIRC” huwa:

57, av. Nauka

Kyiv, 03083, l-Ukraina

Tel. +38 044 524 21 01

Fax +38 044 524 00 70

Uffiċjali intitolati li jiffirmaw t-talbiet huma:

 

Tkachenko Anatolij — Direttur tal-SE “SIRC”.

 

Neronov Oleksandr — Deputat Direttur Ewlieni tal-SE “SIRC”.

3.

L-Unjoni Ukraina tat-Trasport bit-Triq u l-Loġistika

L-indirizz postali tal-Unjoni Ukraina tat-Trasport bit-Triq u l-Loġistika huwa:

28, Predslavinska str.

Kyiv, 03150, l-Ukraina

Tel./feks +38 044 528 71 30/+38 044 528 71 46/+38 044 529 44 40

Uffiċjal intitolat li jiffirma t-talbiet huwa:

Lypovskiy Vitalij — President tal-Unjoni

4.

L-Assoċjazzjoni mal-Ukraina kollha tat-Trasportaturi Awtovetturi (AAAC)(Всеукраїнська асоціація автомобільних перевізників)

L-indirizz postali tal-AAAC huwa:

139, Velyka Vasylkivska str.

Kyiv, 03150, l-Ukraina

Tel./faks: +38044-538-75-05, +38044-529-25-21

Uffiċjali intitolati li jiffirmaw t-talbiet huma:

 

Reva Vitalii (Віталій Рева) — President tal-AAAC

 

Glavatskyi Petro (Петро Главатський) — Viċi President tal-AAAC

e-mail: vaap@i.com.ua

5.

L-Assoċjazzjoni mal-Ukraina kollha tat-Trasportaturi tal-Awtovetturi (AAAC)(Всеукраїнська асоціація автомобільних перевізників)

L-indirizz postali tal-AAAC huwa:

3, Rayisy Okipnoyi str.

Kyiv, 02002, l-Ukraina

Tel./faks: +38044-517-44-31, +38044-516-47-26

Uffiċjali intitolati li jiffirmaw t-talbiet huma:

Vakulenko Volodymyr (Вакуленко Володимир Михайлович) — Viċi President tal-AAAC

6.

L-Impriża Ukraina tal-Istat “Ukrinteravtoservice” (Українське державне підприємство по обслуговуванню іноземних та вітчизняних автотранспортних засобів “Укрінтеравтосервіс”)

L-indirizz postali tal-Impriża Ukraina tal-Istat “Ukrinteravtoservice” huwa:

57, av. Nauky

Kyiv, 03083, l-Ukraina

Uffiċjali intitolati li jiffirmaw t-talbiet huma:

 

Dobrohod Serhii (Доброход Сергій Олександрович) — Direttur Ġenerali tal-Impriża Ukraina tal-Istat “Ukrinteravtservice” (tel. +38 044 524-09-99; ċellulari. +38 050 463-89-32);

 

Kubalska Svitlana (Кубальська Світлана Сергіївна) — Deputat Direttur Ġenrali tal-Impriża Ukraina tal-Istat “Ukrinteravtoservice” (tel. +38 044 524-09-99; ċellulari. +38 050 550-82-62);

Filwaqt li jitqiesu problemi attwali b'dik il-kategorija ta' applikanti għall-viża l-Kumitat Konġunt jissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

“(d)

għall-membri tal-ekwipaġġ ta' ferroviji, refriġeraturi u lokomottivi f'ferroviji internazzjonali li jivvjaġġaw lejn it-territorji tal-Istati Membri:

Talba bil-miktub mill-kumpanija ferrovjarja kompetenti tal-Ukraina li tistqarr l-għan, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi.”

L-awtorità kompetenti fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija tal-Ukraina hija l-Amministrazzjoni tal-Istat tat-Trasport Ferrovjarju tal-Ukraina (“Ukrzaliznytsia”/“Укрзалізниця”).

L-indirizz postali ta' “Ukrzaliznytsia” huwa:

5-7 Tverskaya str.

Kyiv, 03680, l-Ukraina

Skont l-allokazzjoni tar-responsabbiltà fit-tmexxija ta' “Ukrzaliznytsia”, l-uffiċjali inkarigati responsabbli biex jipprovdu informazzjoni dwar l-għan, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi tal-membri tal-ekwipaġġ ta' ferroviji, refriġeraturi u lokomottivi f'ferroviji internazzjonali li jivvjaġġaw bejn it-territorji tal-Istati Membri huma:

 

Bolobolin Serhii (Болоболін Сергій Петрович) — Direttur Ġenerali Ewlieni ta' Ukrzaliznytsia (tel. +38 044 465 00 10);

 

Serhiyenko Mykola (Сергієнко Микола Іванович) — Deputat Direttur Ġenerali Ewlieni ta' Ukrzaliznytsia (tel. +38 044 465 00 01);

 

Zhurakivskyy Vitaliy (Жураківський Віталій Олександрович) — Deputat Direttur Ġenerali Ewlieni ta' Ukrzaliznytsia (tel. +38 044 465 00 41);

 

Slipchenko Oleksiy (Сліпченко Олексій Леонтійович) — Deputat Direttur Ġenerali ta' Ukrzaliznytsia (tel. +38 044 465 00 14);

 

Naumenko Petro (Науменко Петро Петрович) –Deputat Direttur Ġenerali ta' Ukrzaliznytsia (tel. +38 044 465 00 12);

 

Chekalov Pavlo (Чекалов Павло Леонтійович) — Deputat Direttur Ġenerali ta' Ukrzaliznytsia (tel. +38 044 465 00 13);

 

Matviiv Igor — Kap tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali ta' Ukrzaliznytsia (tel. +38 044 465 04 25).

“(e)

għall-ġurnalisti u l-ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali:

ċertifikat jew dokument ieħor maħruġ minn organizzazzjoni professjonali jew mill-impjegatur tal-applikant li jixhed li l-persuna konċernata hi ġurnalista kwalifikata u li jistqarr li l-għan tal-vjaġġ hu li jitwettaq xogħol ġurnalistiku jew li jixhed li l-persuna hi membru tal-ekwipaġġ tekniku li qed jakkumpanja l-ġurnalista f'kapaċità professjonali;”

Din il-kategorija ma tkoprix ġurnalisti li jkunu qed jaħdmu għal rashom.

Iċ-ċertifikat jew dokument li jixhed li l-applikant hu ġurnalist professjonali u d-dokument orġinali maħruġ minn min iħaddmu, li jistqarr li l-għan tal-vjaġġ hu li jitwettaq xogħol ġurnalistiku jew li jixhed li l-persuna hi membru tal-ekwipaġġ tekniku li qed takkumpanja l-ġurnalist f'kapaċità professjonali jridu jiġu ppreżentati.

L-organizzazzjoni professjonali kompetenti tal-Ukraina li tixhed li l-persuna kkonċernata hija ġurnalista kwalifikata hija:

1.

Il-Junjin Nazzjonali tal-Ġurnalisti tal-Ukraina (NUJU) (“Національна спілка журналістів України”, НСЖУ).

L-NUJU toħroġ il-kards nazzjonali ta' identifikazzjoni bħala ġurnalisti professjonali lil impjegati kwalifikati tal-midja tal-massa kif ukoll il-kards ta' identifikazzjoni internazzjonali bil-format standard stabbilit mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti.

L-indirizz postali tal-NUJU huwa:

27-a Khreschatyk str.

Kyiv, 01001, l-Ukraina

Il-persuna awtorizzata tal-NUJU hija:

Nalyvaiko Oleg Igorovych (Наливайко Олег Ігорович) — Kap tal-NUJU

Telefown/Faks: +38044-234-20-96; +38044-234-49-60; +38044-234-52-09;

e-mail: spilka@nsju.org; admin@nsju.org.

2.

Il-Junjin tal-Midja Indipendenti tal-Ukraina (IMUU) Незалежна медіа-профспілка України.

L-indirizz postali huwa:

Office 25,

27 — A, Khreshchatyk Str.,

Kyiv, 01001, l-Ukraina

Il-persuni awtorizzati huma:

 

Lukanov Yurii (Луканов Юрій Вадимович)– Kap tal-IMUU

 

Vynnychuk Oksana (Оксана Винничук) — Segretarja Eżekuttiva tal-IMUU

Telefown + 38 050 356 57 58

e-mail: secretar@profspilka.org.ua

“(f)

għal persuni li jkunu qed jieħdu sehem f'attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi tal-università u programmi oħrajn ta' bdil:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed tospita biex jieħdu sehem f'dawk l-attivitajiet;

(g)

għal studenti, studenti gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż il-qafas ta' programmi ta' bdil kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola:

talba bil-miktub jew ċertifikat ta' reġistrazzjoni mill-università, akkademja, istitut, kulleġġ jew skola li tospita, jew karti tal-istudenti jew ċertifikati tal-korsijiet li ser jattendu għalihom;”

Il-kards tal-istudenti jistgħu jiġu aċċettati biss bħala ġustifikazzjoni tal-iskop ta' żjara meta jkunu maħruġa mill-università, kulleġġ jew skola fejn ikun se jseħħ l-istudju jew it-taħriġ edukattiv.

“(h)

għal parteċipanti f'avvenimenti sportivi internazzjonali u persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li tospita, Awtoritajiet kompetenti, Federazzjonijiet sportivi nazzjonali u l-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali tal-Istati Membri;”

Il-lista ta' persuni li jakkumpanjaw fil-każ ta' avvenimenti sportivi internazzjonali jkun limitat għal dawk li jakkumpanjaw lill-isportivi f'kapaċità professjonali: kowċis, massaġġaturi, maniġers, persunal mediku u l-kap tal-klabb sportiv. Il-partitarji m'għandhomx jitqiesu bħala persuni li jkunu qed jakkumpanjaw.

“(i)

għal parteċipanti fi programmi uffiċjali ta' bdil organizzati minn bliet ġemellati u entitajiet muniċipali oħrajn:

talba bil-miktub mill-Kap tal-Amministrazzjoni/mis-Sindku ta' dawk l-ibliet jew tal-entitajiet muniċipali oħrajn;”

Il-Kap tal-Amministrazzjoni/is-Sindku tal-belt jew l-entità muniċipali oħra kompetenti li joħroġ talba bil-miktub ikun il-Kap tal-Amministrazzjoni/is-Sindku tal-belt ospitanti jew tal-muniċipalità fejn l-attività ta' ġemellaġġ tkun se sseħħ. Din il-kategorija tkopri biss ġemellaġġi uffiċjali.

“(j)

għal qraba — konjugi, ulied (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet jew neputijiet — li jżuru ċittadini tal-Ukraina legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini:

talba bil-miktub mill-persuna li tospita;”

Dak il-punt jirregola s-sitwazzjoni ta' qraba viċini Ukraini li jkunu qed jivvjaġġaw lejn l-Istati Membri biex iżuru ċittadini tal-Ukraina legalment residenti fl-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fl-Istat Membru li tiegħu jkunu ċittadini.

L-awtentiċità tal-firma tal-persuna li tagħmel l-istedina trid tkun iċċertifikata mill-awtorità kompetenti skont il-leġislazzjoni nazzjonali tal-pajjiż ta' residenza.

Huwa wkoll neċessarju li tingħata prova tar-residenza legali tal-persuna li tagħmel l-istedina u anke tar-rabta familjari; pereżempju billi, flimkien mat-talba bil-miktub mill-persuna li tospita, jiġu pprovduti kopji ta' dokumenti li jispjegaw l-istatus tagħha, bħal pereżempju fotokopja tal-permess tar-residenza, u li jikkonfermaw ir-rabtiet familjari.

Dik id-dispożizzjoni tapplika wkoll għal qraba ta' persunal li jaħdmu f'missjonijiet diplomatiċi u konsulati li jivvjaġġaw għal żjara lill-familja ta' mhux aktar minn 90 jum fit-territorju tal-Istati Membri minbarra l-ħtieġa li tinġieb prova ta' residenza legali u tar-rabtiet familjari.

F'konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-iffaċilitar għal membri tal-familja, mehmuża mal-Ftehim ta' emenda, “Sabiex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà ta' għadd estiż ta' persuni li għandhom konnessjonijiet familjari (b'mod partikolari l-aħwa u wliedhom) ma' ċittadini tal-Ukraina legalment residenti fit-territorji tal-Istati Membri jew ma' ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini, l-Unjoni Ewropea tistieden lill-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet eżistenti fil-Kodiċi dwar il-Viżi biex jiġi ffaċilitat il-ħruġ ta' viżi lil din il-kategorija ta' persuni, inkluż b'mod partikolari, is-simplifikazzjoni tad-dokumenti ta' prova mitluba għall-applikanti, l-eżenzjonijiet mit-tariffi tal-ipproċessar u, fejn xieraq, il-ħruġ ta' viżi ta' diversi dħul.”

“(k)

qraba li jżuru għal ċerimonji ta' dfin:

dokument uffiċjali li jikkonferma l-fatt ta' mewt kif ukoll ir-relazzjoni familjari jew oħra bejn l-applikant u l-midfun;”

Il-Ftehim ma jispeċifikax l-awtoritajiet ta' liema pajjiż għandhom joħorġu d-dokument uffiċjali msemmi hawn fuq: il-pajjiż fejn tkun se ssir iċ-ċerimonja tad-difna jew il-pajjiż fejn tirrisjedi l-persuna li tkun trid iżżur iċ-ċerimonja tad-dfin. Għandu jiġi aċċettat li l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ pajjiżi jistgħu joħorġu tali dokument uffiċjali.

Irid jiġi ppreżentat id-dokument uffiċjali msemmi hawn fuq li jikkonferma l-fatt tal-mewt kif ukoll ir-relazzjoni familjali jew ta' xort'oħra bejn l-applikant u l-persuna li se tindifen; pereż. ċertifikati tat-twelid u/jew taż-żwieġ.

“(l)

għal żjajjar ta' mkejjen ta' difna militari u ċivili:

dokument uffiċjali li jikkonferma l-eżistenza u l-preservazzjoni tal-qabar kif ukoll tar-relazzjoni familjari jew oħra bejn l-applikant u l-midfun;”

Il-Ftehim ma jispeċifikax jekk id-dokument uffiċjali msemmi hawn fuq għandux jinħareġ mill-awtoritajiet: tal-pajjiż fejn se jkun hemm il-post tad-difna jew inkella minn dawk tal-pajjiż fejn tirresjedi l-persuna li tkun trid iżżur il-post tad-difna. Għandu jiġi aċċettat li l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ pajjiżi jistgħu joħorġu tali dokument uffiċjali.

Irid jiġi ppreżentat id-dokument uffiċjali msemmi hawn fuq li jikkonferma l-eżistenza u l-preservazzjoni tal-qabar kif ukoll tar-relazzjoni familjari jew ta' xort'oħra bejn l-applikant u l-persuna midfuna.

Skont id-Dikjarazzjoni tal-Komunità Ewropea dwar il-ħruġ ta' viżi għal żjajjar qosra f'ċimiterji militari u ċivili, mehmuża mal-Ftehim, bħala regola ġenerali, viżi għal soġġorn qasir għal persuni li jżuru ċimiterji ċivili u militari jridu jinħarġu għal perjodu massimu ta' 14-il jum.

“(m)

għal żjajjar fuq raġunijiet mediċi u l-persuni meħtieġa li jakkumpanjawhom:

dokument uffiċjali tal-istituzzjoni medika li jikkonferma l-ħtieġa ta' kura medika f'dik l-istituzzjoni, il-ħtieġa li wieħed ikun akkumpanjat u evidenza ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex jitħallas it-trattament mediku;”

Irid jiġi ppreżentat id-dokument tal-istituzzjoni medika li tikkonferma l-ħtieġa ta' kura medika f'din l-istituzzjoni u l-prova ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex jitħallas it-trattament mediku, dan għandu jikkonferma wkoll il-ħtieġa ta' persuna li takkumpanja.

“(n)

għar-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jagħmlu vjaġġi għall-għanijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inklużi fil-qafas ta' programmi ta' bdil:

talba bil-miktub maħruġa mill-organizzazzjoni li tospita, konferma li l-persuna qiegħda tirrappreżenta l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u ċ-ċertifikat dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjoni bħal din mir-Reġistru rilevanti maħruġ minn awtorità tal-Istat skont il-leġislazzjoni nazzjonali;”

Id-dokument li jipprova r-reġistrazzjoni ta' organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili fl-Ukraina huwa ittra maħruġa mis-Servizz ta' Reġistrazzjonijiet tal-Istat tal-Ukraina b'informazzjoni mir-Reġistru ta' Assoċjazzjonijiet Pubbliċi.

“(o)

għall-membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili organizzati fit-territorju tal-Istati Membri:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed topsita li tikkonferma li l-persuna kkonċernata qed tipparteċipa fl-avveniment;

(p)

għar-rappreżentanti tal-komunitajiet reliġjużi:

talba bil-miktub mill-komunità reliġjuża rreġistrata fl-Ukraina, li tispeċifika l-għan, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi;”

Id-dokument li jipprova r-reġistrazzjoni ta' komunità reliġjuża fl-Ukraina huwa silta mir-Reġistru tal-Istat Unifikat ta' entitajiet ġuridiċi u intraprendituri individwali b'informazzjoni li l-forma organizzattiva u legali ta' entità ġuridika hija dik ta' komunità reliġjuża.

“(q)

għal parteċipanti fi programmi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta' kooperazzjoni transkonfinali, bħall-programmi tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI):

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li tospita.”

.

Importanti: Dan il-Ftehim ma joħloq l-ebda regoli ġodda ta' responsabbiltà għall-persuni fiżiċi jew legali li joħorġu t-talbiet bil-miktub. Il-liġi tal-UE/nazzjonali rispettiva tapplika fil-każ ta' ħruġ falz ta' talbiet bħal dawn.

2.2.2.   Ħruġ ta' viżi għal dħul multiplu.

F'każijiet fejn l-applikant tal-viża jeħtieġ li jivvjaġġa sikwit jew regolarment fit-territorju tal-Istati Membri, jinħarġu viżi għal soġġorn qasir għal diversi żjarat, sakemm it-tul totali ta' dawn iż-żjarat ma jaqbiżx id-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum.

L-Artikolu 5(1) tal-Ftehim jistipula li:

“1.   Missjonijiet diplomatiċi u uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi ta' diversi dħul b'terminu ta' validità ta' ħames snin għal dawn il-kategoriji ta' persuni:

(a)

membri ta' Gvernijiet u Parlamenti nazzjonali u reġjonali, Qrati Kostituzzjonali u Qrati Supremi, prosekuturi nazzjonali u reġjonali u d-deputati tagħhom, sakemm ma jkunux eżentati mill-ħtieġa tal-viża bil-Ftehim preżenti, fil-qadi ta' dmirijiethom;

(b)

membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Ukraina, ikollhom jipparteċipaw f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' bdil, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi:

(c)

konjugi u tfal (inklużi dawk adottati), li jkunu taħt l-età ta' 21 jew ikunu dipendenti, u li jkunu qed iżuru ċittadini tal-Ukraina li jkunu legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini;

(d)

nies fin-negozju u rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' negozju li jivvjaġġaw regolarment lejn l-Istati Membri;

(e)

ġurnalisti u ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment hija manifestament limitata għal perjodu iqsar, it-terminu tal-validità tal-viża ta' diversi dħul hu limitat għal dak il-perjodu, partikolarment meta

fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt (a), it-tul ta' żmien tal-kariga,

fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt (b), il-perjodu tal-validità tal-istatus bħala membru permanenti ta' delegazzjoni uffiċjali,

fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt (c), il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għal residenza legali ta' ċittadini tal-Ukraina legalment residenti fl-Unjoni Ewropea,

fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt (d), il-perjodu tal-validità tal-istatus bħala rappreżentant tal-organizzazzjoni ta' negozju jew tal-kuntratt tax-xogħol,

fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt (e), il-kuntratt tax-xogħol

ikun inqas minn ħames snin.”

Għal dawk il-kategoriji ta' persuni, filwaqt li jitqiesu l-istatus professjonali tagħhom jew ir-rabta familjari ma' ċittadin Ukren li jkun legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu jkun ċittadin, ikun ġustifikat li tinħareġ, bħala regola, viża għal dħul multiplu b'validità ta' ħames snin. Fil-Ftehim inizjali l-espressjoni “b'terminu ta' validità sa massimu ta' ħames snin” ħalliet diskrezzjoni biex il-konsulati jiddeċiedu dwar il-perjodu ta' validità tal-viża, b'mod li ġie stabbilit biss tul massimu ta' validità. Bil-Ftehim ta' emenda dik id-diskrezzjoni għebet bil-formulazzjoni l-ġdida “b'terminu ta' validità ta' ħames snin”, li tistipula li, “missjonijiet diplomatiċi u uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi għal dħul multipli bit-terminu ta' valitdità ta' ħames snin”.

Għal persuni li jaqgħu taħt il-punt (a) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim, trid tingħata konferma rigward l-istatus professjonali tagħhom u t-tul tal-mandat tagħhom.

Dik id-dispożizzjoni ma tapplikax għal persuni li jaqgħu taħt il-punt (a) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim, jekk dawn ikunu eżentati mill-ħtieġa tal-viża bil-Ftehim, jiġifieri jekk ikunu detenturi ta' passaport diplomatiku jew passaport bijometriku ta' servizz.

Għal persuni li jaqgħu taħt il-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim, trid tiġi ppreżentata prova rigward l-istatus permanenti tagħhom bħala membri tad-delegazzjoni u tal-ħtieġa li jipparteċipaw b'mod regolari f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju.

Fil-każ ta' persuni li jaqgħu taħt il-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim, trid tiġi ppreżentata prova fir-rigward tar-residenza legali tal-persuna li toħroġ l-istedina (ara II.2.2.1).

Fil-każ ta' persuni li jaqgħu taħt il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim, trid tiġi ppreżentata xhieda rigward l-istatus professjonali tagħhom u t-tul tal-mandat tagħhom.

L-Artikolu 5(2) tal-Ftehim jistipula li:

“2.   Missjonijiet diplomatiċi u uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi ta' diversi dħul b'perjodu ta' validità ta' sena għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini, jekk kemm-il darba matul is-sena ta' qabel ikunu kisbu mill-inqas viża waħda, ikunu użawha skont il-liġijiet ta' dħul u residenza fit-territorju tal-Istat li żaru:

(a)

xufiera li jwasslu tagħbija internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri lejn it-territorji tal-Istati Membri f'vetturi reġistrati fl-Ukraina;

(b)

membri tal-ekwipaġġ ta' ferroviji, refriġeraturi u lokomottivi f'ferroviji internazzjonali, li jivvjaġġaw bejn it-territorji tal-Istati Membri;

(c)

persuni li jkunu qed jipparteċipaw f'attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta' bdil, li jivvjaġġaw regolarment lejn l-Istati Membri;

(d)

parteċipanti f'avvenimenti sportivi internazzjonali u persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;

(e)

parteċipanti fi programmi uffiċjali ta' bdil organizzati minn bliet ġemellati u minn entitajiet muniċipali oħrajn;

(f)

rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn l-Istati Membri għall-għanijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju;

(g)

għal parteċipanti fi programmi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta' kooperazzjoni transkonfinali, bħall-programmi tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI);

(h)

studenti u studenti gradwati li jivvjaġġaw regolarment għall-għanijiet ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' bdil;

(i)

għar-rappreżentanti tal-komunitajiet reliġjużi;

(j)

għall-membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili organizzati fit-territorju tal-Istati Membri;

(k)

persuni li jeħtieġu li jżuru regolarment għal raġunijiet mediċi u l-persuni meħtieġa li jakkumpanjawhom.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment hija manifestament limitata għal perjodu iqsar, it-tul ta' żmien tal-validità tal-viża għal dħul multiplu jkun limitat għal dak il-perjodu.”

.

Fil-verżjoni inizjali tal-Ftehim l-espressjoni “b'terminu ta' validità sa massimu ta' sena” ħalliet diskrezzjoni biex il-konsulati jiddeċiedu dwar il-perjodu ta' validità tal-viża, b'mod li ġie stabbilit bss tul massimu ta' validità. Bil-Ftehim ta' emenda dik id-diskrezzjoni għebet bil-formulazzjoni l-ġdida “b'terminu ta' validità ta' sena”, li tistipula li, jekk l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, “missjonijiet diplomatiċi u uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom joħooġu viżi għal dħul multipli bit-terminu ta' valitdità ta' sena”. Għandu jiġi nnutat li viżi għal dħul multiplu bit-terminu ta' validità ta' sena se tinħareġ lill-kategoriji msemmija hawn fuq jekk matul is-sena ta' qabel (12-il xahar) l-applikant għall-viża jkun kiseb tal-anqas viża waħda ta' Schengen u jkun għamel użu minnha skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorn tal-Istat(i) fejn tkun saret iż-żjara (pereżempju, il-persuna ma tkunx baqgħet aktar milli kien imissha) u hekk ikun hemm raġunijiet biex tintalab viza għal dħul multiplu. Il-viża ta' Schengen miksuba matul is-sena preċedenti tista' tkun waħda maħruġa minn Stat ta' Schengen ieħor li ma jkunx dak fejn l-applikant ikun talab il-viża l-ġdida. F'każijiet fejn ma jkunx ġustifikat li tinħareġ viża valida għal sena, (pereżempju, jekk it-tul tal-programm ta' skambju jkun ta' inqas minn sena jew il-persuna ma jkollhiex bżonn li tivvjaġġa sikwit jew regolarment għal sena sħiħa) il-validità tal-viża tkun ta' anqas minn sena, sakemm ir-rekwiżiti l-oħra għall-ħruġ tal-viża jintlaħqu.

L-Artikolu 5(3) u (4) tal-Ftehim jistipula li:

“3.   Missjonijiet diplomatiċi u uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi għal dħul multiplu b'perjodu ta' validità minimu ta' sentejn u massimu ta' ħames snin għall-kategoriji ta' persuni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jekk kemm-il darba fis-sentejn ta' qabel ikunu użaw il-viżi għal dħul multiplu skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorn tal-Istat li jkunu żaru sakemm il-ħtieġa jew l-intenzjoni ta' vvjaġġar frekwenti jew regolari ma jkunux manifestament limitati għal perjodu iqsar, li f'dan il-każ il-perjodu tal-validità tal-viża għal dħul multiplu tiġi limitata għal dak il-perjodu.

4.   Il-perijodu totali taż-żjara tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu m'għandux ikun itwal minn 90 jum ghal kull perijodu ta' 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri.”

Viżi għal dħul multiplu validi minn sentejn sa ħames snin se jinħarġu għall-kategoriji msemmija taħt l-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, bil-kundizzjoni li matul is-sentejn ta' qabel ikunu użaw il-viżi ta' Schengen għal dħul multiplu ta' sena skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorn fit-territorju(i) tal-Istati miżjura u li l-ħtieġa ta' vvjaġġar sikwit jew regolari ma tkunx manifestament limitata għal perjodu iqsar. Għandu jiġi nnutat li viża b'validità minn sentejn sa ħames snin se tinħareġ biss jekk l-applikant għall-viża jkun ingħata żewġ viżi validi għal sena — u mhux anqas — matul is-sentejn preċedenti, u jekk ikun uża dawn il-viżi skont il-liġijiet tad-dħul u s-soġġorn fit-territorju(i) tal-Istat(i) miżjura. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom jiddeċiedu, abbażi tal-valutazzjoni ta' kull applikazzjoni għall-viża, il-perjodu ta' validità ta' dawk il-viżi- jiġifieri minn sentejn sa ħames snin.

Rigward id-definizzjoni tal-kriterji fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim: “sakemm … ikun hemm raġunijiet biex tintalab viża għal dħul multiplu”, u l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim: “sakemm … ir-raġunijiet biex tintalab viża għal dħul multiplu jkunu għadhom validi”, japplikaw il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 24(2) tal-Kodiċi dwar il-Viżi għall-ħruġ ta' dawk it-tipi ta' viżi: jipifieri li l-persuna jkollha bżonn tivvjaġġa b'mod frekwenti lejn Stat Membru wieħed, jew aktar, pereżempju minħabba negozju.

Ma hemm l-ebda obbligu li tinħareġ viża għal dħul multiplu jekk l-applikant ma jkunx għamel użu minn viża preċedenti. Madankollu, tali viża tista' tinħareġ jekk in-nuqqas tal-użu tal-viża preċedenti jkun dovut għal ċirkustanzi indipendenti mir-rieda tal-applikant; pereżempju, assenza twila minn xogħlu ta' sewwieq tat-trakkijiet minħabba mard.

Ara II.2.2.1. fir-rigward ta' dokumenti li jiġġustifikaw l-għan tal-vjaġġ għall-ħruġ ta' viżi għal dħul multiplu għall-kategoriji msemmija fl-Artikolu 5 tal-Ftehim.

2.2.3.   Detenturi ta' passaporti diplomatiċi u ta' servizz.

L-Artikolu 10 tal-Ftehim jistipula li:

“1.   Ċittadini tal-Ukraina, titulari ta' passaporti diplomatiċi validi jistgħu jidħlu, jħallu jew jivvjaġġaw fit-territorji tal-Istati Membri mingħajr viżi.

2.   Ċittadini tal-Ukraina li huma, titulari ta' passaporti bijometriċi validi ta' servizz jistgħu jidħlu, jħallu jew jivvjaġġaw fit-territorji tal-Istati Membri mingħajr viżi.

3.   Persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu joqogħdu fit-territorji tal-Istati Membri għal perjodu li ma jaqbiżx id-90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum.”

.

Ftehimiet bilaterali eżistenti jew arranġamenti li jipprovdu għal eżenzjoni mil-viża għal titulari ta' passaporti mhux bijometriċi ta' servizz se jibqgħu japplikaw, sakemm ma jkunux iddenunzjat jew sospiżi (ara I.1.6).

L-istazzjonar ta' diplomatiċi fl-Istati Membri mhux irregolat bil-Ftehim. Tapplika l-proċedura ta' akkreditazzjoni tas-soltu.

III.   STATISTIKA

Sabiex il-Kumitat Konġunt ikun jista' jissorvelja b'mod effettiv il-Ftehim, il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri huma obbligati jissottomettu ċifri statistiċi lill-Kummissjoni kull sitt xhur, rigward, b'mod partikolari, fejn possibbli, u speċifikati skont ix-xahar:

tipi ta' viżi maħruġa għall-kategoriji differenti ta' persuni koperti mill-Ftehim;

għadd ta' viżi miċħuda għall-kategoriji differenti koperti mill-Ftehim;

perċentwali ta' applikanti msejħa għal intervisti personali għal kull kategorija ta' persuni;

viżi għal dħul multiplu ta' ħames snin maħruġa għaċ-ċittadini tal-Ukraina (skont il-pajjiż).

perċentwali ta' viżi maħruġa bla ħlas għall-kategoriji differenti ta' persuni koperti mill-Ftehim.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu b'mod ħieles ġewwa t-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).


17.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/439

tas-16 ta' Marzu 2015

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Marzu 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/133/PESK (1) li taħtar lis-Sur Michel Dominique REVEYRAND — DE MENTHON bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Saħel. Il-mandat tar-RSUE ġie estiż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/130/PESK (2), u għandu jiskadi fit-28 ta' Frar 2015.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ieħor ta' tmien xhur.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

1.   Il-mandat tas-Sur Michel Dominique REVEYRAND — DE MENTHON bħala r-RSUE għas-Saħel huwa estiż sal-31 ta' Ottubru 2015. Il-mandat tar-RSUE jista' jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

2.   Għall-finijiet tal-mandat tar-RSUE, is-Saħel huwa definit bħala l-fokus primarju tal-Istrateġija tal-UE għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel (“l-Istrateġija”), jiġifieri l-Burkina Faso, iċ-Ċad, il-Mali, il-Mawritanja u n-Niġer. Għal kwistjonijiet b'implikazzjonijiet reġjonali usa', għandu jsir kuntatt mir-RSUE ma' pajjiżi ġirien u entitajiet reġjonali jew internazzjonali oħra lil hinn mis-Saħel, u wkoll mal-Afrika tal-Punent u l-Golf tal-Ginea, kif meħtieġ.

3.   Fid-dawl tal-ħtieġa għal approċċ reġjonali għall-isfidi inter-relatati fis-Saħel li qed jiffaċċja r-reġjun, ir-RSUE għas-Saħel għandu jaħdem f'konsultazzjoni mill-qrib ma' RSUE rilevanti oħrajn inklużi r-RSUE għar-reġjun tal-Mediterran ta' Isfel, mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem u mar-RSUE għall-Unjoni Afrikana.

Artikolu 2

Objettivi ta' politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettiv tal-politika tal-Unjoni relattivament għas-Saħel bħala kontribuzzjoni attiva għall-isforzi reġjonali u internazzjonali biex jinkisbu l-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp dejjiema fir-reġjun. Ir-RSUE għandu addizzjonalment jimmira li jsaħħaħ il-kwalità, l-intensità u l-impatt tal-impenn pluridimensjonali tal-Unjoni fis-Saħel.

2.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-approċċ tal-Unjoni fl-aspetti kollha tal-azzjoni tal-Unjoni, partikolarment fl-oqsma ta' politika, ta' sigurtà u ta' żvilupp, inkluża l-Istrateġija, u għall-koordinazzjoni tal-istrumenti rilevanti kollha għall-azzjonijiet tal-Unjoni.

3.   Il-prijorità inizjali għandha tingħata lill-Mali u lill-istabilizzazzjoni tiegħu fuq perjodu twil ta' żmien u lid-dimensjonijiet reġjonali tal-konflitt hemmhekk.

4.   Rigward il-Mali, l-objettivi ta' politika tal-Unjoni huma mmirati sabiex, permezz tal-użu koordinat u effettiv tal-istrumenti kollha tagħha, jippromwovu r-ritorn tal-Mali u tal-poplu tiegħu fi triq ta' paċi, rikonċiljazzjoni, sigurtà u żvilupp. Għandha tingħata wkoll l-attenzjoni mistħoqqa lill-Burkina Faso u n-Niġer, b'mod partikolari b'ħarsa 'l quddiem lejn l-elezzjonijiet f'dawn il-pajjiżi.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni relattivament għas-Saħel, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jikkontribwixxi b'mod attiv għall-implimentazzjoni, koordinazzjoni u żvilupp ulterjuri tal-approċċ komprensiv tal-Unjoni fir-rigward tal-kriżi reġjonali, abbażi tal-Istrateġija tagħha, bl-għan li jsaħħaħ il-koerenza u l-effikaċja ġenerali tal-attivitajiet tal-Unjoni fis-Saħel, partikolarment fil-Mali;

(b)

jingaġġa mal-partijiet konċernati rilevanti kollha li għandhom interessi fir-reġjun, il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali, l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, is-soċjetà ċivili u d-dijaspori, bl-għan li jippromwovi l-objettivi tal-Unjoni u jikkontribwixxi għal apprezzament aħjar tar-rwol tal-Unjoni fis-Saħel;

(c)

jirrappreżenta lill-Unjoni f'fora reġjonali u internazzjonali rilevanti, inkluż il-Grupp ta' Appoġġ u ta' Segwitu għas-sitwazzjoni fil-Mali, u jiżgura l-viżibbiltà għall-appoġġ mill-Unjoni għall-immaniġġar tal-kriżi u l-prevenzjoni tal-konflitti, inklużi l-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) u l-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP SAHEL Niger);

(d)

iżomm kooperazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti (NU), b'mod partikolari r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għall-Afrika tal-Punent u r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għall-Mali, l-Unjoni Afrikana (UA), b'mod partikolari r-Rappreżentant Għoli tal-UA għall-Mali u għas-Saħel, il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) u partijiet interessati nazzjonali, reġjonali u internazzjonali ewlenin oħra inklużi Mibgħutin Speċjali oħrajn għas-Saħel;

(e)

isegwi mill-qrib id-dimensjoni reġjonali u transkonfinali tal-kriżi, inklużi t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, il-kontrabandu tal-armi, it-traffikar ta' bnedmin, it-traffikar tad-drogi, il-flussi ta' refuġjati u migrazzjoni u flussi finanzjarji relatati; f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ulterjuri tal-Istrateġija tal-UE Kontra t-Terroriżmu;

(f)

iżomm kuntatti politiċi ta' livell għoli fuq bażi regolari mal-pajjiżi fir-reġjun li huma milquta mit-terroriżmu u mill-kriminalità internazzjonali biex ikun żgurat approċċ koerenti u komprensiv u biex ikun żgurat ir-rwol ewlieni tal-Unjoni fl-isforzi internazzjonali kontra t-terroriżmu u l-kriminalità internazzjonali. Dan jinkludi l-appoġġ attiv mill-Unjoni għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet reġjonali fil-qasam tas-sigurtà, u biex ikun żgurat rispons adegwat lill-kawżi li huma l-għeruq tat-terroriżmu u tal-kriminalità internazzjonali fis-Saħel;

(g)

isegwi mill-qrib il-konsegwenzi ta' politika u sigurtà tal-kriżijiet umanitarji fir-reġjun;

(h)

fir-rigward tal-Mali, jikkontribwixxi għall-isforzi reġjonali u internazzjonali biex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tal-kriżi fil-Mali, b'mod partikolari ritorn sħiħ għan-normalità kostituzzjonali fit-territorju kollu u djalogu nazzjonali inklużiv u kredibbli;

(i)

jippromwovi l-iżvilupp ta' istituzzjonijiet, ir-riforma fil-qasam tas-sigurtà u l-iżvilupp tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni dejjiema fil-Mali;

(j)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun f'kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi l-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Konflitt Armat, kif ukoll dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom, u l-politika tal-Unjoni dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, fost l-oħrajn permezz tal-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-iżviluppi, kif ukoll il-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward u jżomm kuntatt regolari mal-awtoritajiet rilevanti f'Mali u fir-reġjun, l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-difensuri u l-osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun.

(k)

isegwi u jirrapporta dwar il-konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà (UNSCRs), b'mod partikolari mal-UNSCRs 2056 (2012), 2071 (2012), 2085 (2012) u 2100 (2013).

2.   Għall-finijiet tat-twettiq tal-mandat tiegħu, ir-RSUE għandu, fost l-oħrajn:

(a)

jagħti parir u jirrapporta dwar il-formulazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE f'fora reġjonali u internazzjonali, kif meħtieġ, sabiex jippromovi u jsaħħaħ proattivament l-approċċ komprensiv tal-Unjoni lejn il-kriżi fis-Saħel;

(b)

iżomm ħarsa ġenerali fuq l-attivitajiet tal-Unjoni u jikkopera mill-qrib mad-delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE bi gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu, b'mod partikolari mal-Koordinatur tas-Saħel.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Marzu 2015 sal-31 ta' Ottubru 2015 għandu jkun ta' EUR 900 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi ġestita konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-ġestjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tat-tim tiegħu. Il-grupp għandu jinkludi l-għarfien espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika u ta' sigurtà kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u l-Kummissjoni mill-ewwel infurmati dwar minn min hu magħmul il-grupp.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' persunal issekondat mar-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru kkonċernat, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE. Esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jibagħtu, tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tas-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

4.   Il-persunal tar-RSUE għandu jiġi kkolokat fid-dipartimenti rilevanti tas-SEAE jew tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiżi ospitanti, kif meħtieġ. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra mill-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tiegħu u abbażi tas-sitwazzjoni ta' sigurtà fiż-żona ġeografika ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu li jaqa' taħt l-awtorità diretta tiegħu, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregola l-ġestjoni taċ-ċaqliq mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u pjan ta' kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli kif ikunu jeħtieġu l-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati li dik iż-żona;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà jiġu implimentati u jipprovdi rapporti bil-miktub lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport ta' progress u r-rapport tal-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rapportar

1.   Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi rapporti lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport skont il-ħtieġa lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

2.   Ir-RSUE għandu jirrapporta dwar l-aħjar mod sabiex jintlaħqu l-inizjattivi tal-Unjoni, bħall-kontribut tal-Unjoni għar-rifromi, u inklużi l-aspetti politiċi tal-proġetti ta' żvilupp rilevanti tal-Unjoni, f'koordinazzjoni mad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun.

Artikolu 12

Koordinazzjoni ma' atturi oħra tal-Unjoni

1.   Fil-qafas tal-Istrateġija, ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni politika u diplomatika tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiżgura konsistenza fl-użu tal-istrumenti kollha tal-Unjoni u fl-indirizz tal-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri, biex jintlaħqu l-objettivi politiċi tal-Unjoni.

2.   L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tad-delegati tal-Unjoni u dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk ta' RSUE oħrajn attivi fir-reġjun. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun b'aġġornamenti regolari ta' informazzjoni.

3.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Ir-RSUE, f'kooperazzjoni mill-qrib mad-delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni għandu jipprovdi gwida politika lokali lill-Kapijiet tal-Missjoni ta' EUCAP Sahel Niger u EUCAP Sahel Mali u lill-Kmandant tal-Missjoni ta' EUTM Mali. Ir-RSUE, il-Kmandant tal-Missjoni ta' EUTM Mali u l-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili ta' EUCAP Sahel Niger u EUCAP Sahel Mali għandhom jikkonsultaw lill xulxin kif meħtieġ.

Artikolu 13

Analiżi

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jinżammu taħt reviżjoni regolari. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sal-aħħar ta' Awwissu 2015.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Marzu 2015.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/133/PESK tat-18 ta' Marzu 2013 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (ĠU L 75, 19.3.2013, p. 29).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/130/PESK tal-10 ta' Marzu 2014 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 14).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


17.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/440

tas-16 ta' Marzu 2015

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-8 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/819/PESK (1) li taħtar lis-Sur Alexander RONDOS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Qarn tal-Afrika. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-28 ta' Frar 2015.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi ulterjurament estiż sal-31 ta' Ottubru 2015.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Alexander RONDOS bħala r-RSUE għall-Qarn tal-Afrika huwa b'dan estiż sal-31 ta' Ottubru 2015. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

Għall-finijiet tal-mandat tar-RSUE, il-Qarn tal-Afrika huwa definit bħala li jikkonsisti mir-Repubblika ta' Ġibuti, l-Istat tal-Eritrea, ir-Repubblika Demokratika Federali tal-Etjopja, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika Federali tas-Somalja, ir-Repubblika tas-Sudan, ir-Repubblika tas-Sudan t'Isfel u r-Repubblika tal-Uganda. Fir-rigward ta' kwistjonijiet b'implikazzjonijiet reġjonali aktar wesgħin, ir-RSUE għandu jingaġġa ma' pajjiżi u entitajiet reġjonali lil hinn mill-Qarn tal-Afrika, kif adatt.

Artikolu 2

Objettivi ta' politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fir-rigward tal-Qarn tal-Afrika, kif stabbilit fil-qafas strateġiku tiegħu adottat fl-14 ta' Novembru 2011 u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti, jiġifieri biex jikkontribwixxi b'mod attiv għall-isforzi reġjonali u internazzjonali għall-kisba tal-koeżistenza paċifika u l-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp dejjiema ġewwa u bejn il-pajjiżi fir-reġjun. Ir-RSUE għandu jimmira wkoll biex isaħħaħ il-kwalità, l-intensità, l-impatt u l-viżibbiltà tal-impenn f'diversi aspetti tal-Unjoni fil-Qarn tal-Afrika.

2.   L-objettivi ta' politika għandhom jinkludu, fost l-oħrajn:

(a)

it-tkomplija tal-istabbilizzazzjoni tas-Somalja, b'mod partikolari kif trattata minn dimensjoni reġjonali;

(b)

il-koeżistenza paċifika tas-Sudan u s-Sudan t'Isfel bħala żewġ stati vijabbli u għonja bi strutturi politiċi sodi u responsabbli;

(c)

ir-riżoluzzjoni ta' kunflitti attwali u l-evitar ta' kunflitti potenzjali bejn jew fil-pajjiżi fir-reġjun;

(d)

l-appoġġ lill-kooperazzjoni politika, ekonomika u ta' sigurtà reġjonali.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fir-rigward tal-Qarn tal-Afrika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jingaġġa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha tar-reġjun, il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, is-soċjetà ċivili u d-dijaspori, bil-ħsieb li jitkomplew l-objettivi tal-Unjoni, u jikkontribwixxi għal fehim aħjar tar-rwol tal-Unjoni fir-reġjun;

(b)

jirrappreżenta lill-Unjoni f'fora internazzjonali rilevanti, kif adatt, u jiżgura l-viżibbiltà għall-appoġġ tal-Unjoni fl-immaniġġar ta' kriżijiet, kif ukoll fir-riżoluzzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti;

(c)

iħeġġeġ u jappoġġa l-kooperazzjoni politika u tas-sigurtà kif ukoll l-integrazzjoni ekonomika effettivi fir-reġjun permezz tas-sħubija tal-Unjoni mal-Unjoni Afrikana (UA) u l-organizzazzjonijiet reġjonali, b'mod partikolari l-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD);

(d)

isegwi l-iżviluppi politiċi fir-reġjun u jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni lejn ir-reġjun, inkluż fir-rigward tas-Somalja, is-Sudan, is-Sudan t'Isfel, il-kwistjoni tal-fruntiera bejn l-Etjopja u l-Eritrea u l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Alġiers, l-inizjattiva dwar il-Baċin tan-Nil u tħassib ieħor f'dak ir-reġjun li għandu impatt fuq is-sigurtà, l-istabbiltà u l-prosperità tiegħu;

(e)

fir-rigward tas-Somalja, u b'ħidma f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Mibgħut Speċjali tal-UE għas-Somalja u l-imsieħba reġjonali u internazzjonali rilevanti, inkluż ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għas-Somalja u l-UA, jikkontribwixxi b'mod attiv għal azzjonijiet u inizjattivi li jwasslu għal stabbilizzazzjoni ulterjuri u arranġamenti ta' wara t-transizzjoni għas-Somalja, b'enfasi fuq il-promozzjoni ta' approċċ internazzjonali koordinat u koerenti lejn is-Somalja, il-bini ta' relazzjonijiet ta' viċinat tajbin u l-appoġġ tal-iżvilupp tas-settur tas-sigurtà fis-Somalja, inkluż, permezz tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea li tikkontribwixxi għal-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà Somali (EUTM Somalia), forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR Atalanta), il- Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP Nestor) u t-tkomplija tal-appoġġ tal-Unjoni għall-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM), b'ħidma mill-qrib mal-Istati Membri;

(f)

fir-rigward tas-Sudan u s-Sudan t'Isfel, u b'ħidma mill-qrib mal-Kapijiet rispettivi tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, jikkontribwixxi għall-koerenza u l-effettività tal-politika tal-Unjoni lejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel u jappoġġa l-koeżistenza paċifika tagħhom, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Addis u r-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet li għadhom pendenti wara l-Ftehim ta' Paċi Komprensiva, inkluż Abyei, soluzzjonijiet politiċi għall-kunflitti li għaddejjin, b'mod partikolari fid-Darfur, il-Kordofan tan-Nofsinhar u l-Blue Nile, il-bini ta' istituzzjonijiet fis-Sudan t'Isfel u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali. F'dan ir-rigward, ir-RSUE ser jikkontribwixxi għal approċċ internazzjonali koerenti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UA u b'mod partikolari l-Grupp ta' Implimentazzjoni ta' Livell Għoli tal-UA dwar is-Sudan (AUHIP), in-NU u partijiet ikkonċernati reġjonali u internazzjonali ewlenin oħra;

(g)

isegwi mill-qrib l-isfidi transkonfinali li jaffettwaw lill-Qarn tal-Afrika, inklużi t-terroriżmu, ir-radikalizzazzjoni, is-sigurtà u l-piraterija marittima, il-kriminalità organizzata, il-kontrabandu tal-armi, il-flussi ta' refuġjati u ta' migrazzjoni u kwalunkwe konsegwenza politika u ta' sigurtà ta' kriżijiet umanitarji;

(h)

jippromovi l-aċċess umanitarju madwar ir-reġjun;

(i)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK (2) u l-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, f'kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi l-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Linji Gwida tal-UE dwar it-tfal u l-kunflitt armat kif ukoll il-Linji Gwida dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom, u l-politika tal-Unjoni fir-rigward tar-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluż permezz ta' monitoraġġ u rappurtar dwar l-iżviluppi kif ukoll l-ifformular ta' rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward.

2.   Għall-fini tat-twettiq tal-mandat tiegħu, ir-RSUE għandu, fost l-oħrajn:

(a)

jagħti parir u jirrapporta dwar id-definizzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Unjoni fil-fora internazzjonali, kif adatt, sabiex jippromovi b'mod proattiv l-approċċ ta' politika komprensiv tal-Unjoni lejn il-Qarn tal-Afrika;

(b)

ikollu idea ġenerali tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, filwaqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il- KPS għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta' kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu, mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun u mal-Kummissjoni.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2015 sal-31 ta' Ottubru 2015 għandu jkun ta' EUR 1 770 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont lill-Kummissjoni dwar in-nefqa kollha.

Artikolu 6

Kostituzzjoni u kompożizzjoni tat-tim

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-kostituzzjoni tat-tim tiegħu. It-tim għandu jinkludi l-għarfien espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika u ta' sigurtà kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jinforma fil-pront u regolarment lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-kompożizzjoni tat-tim tiegħu.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu is-sekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal sekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, l-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew is-SEAE, rispettivament. L-esperti sekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew għas-SEAE jistgħu jiġu assenjati wkoll lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal sekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mittenti, tal-istituzzjoni tal-Unjoni mittenti jew tas-SEAE, u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

4.   Il-persunal tar-RSUE għandu jiġi kkolokat mad-dipartimenti rilevanti tas-SEAE jew tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex jikkontribwixxi għall-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jinfthiemu mal-pajjiżi ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi tas-sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun u l-Istati Membri, kif adatt, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha, f'konformità mal-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti tas-sigurtà u li jinkludi pjan ta' kontinġenza u pjan ta' evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli, kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew it-taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu, jew kif jaslu, fiż-żona tal-missjoni, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehma kollha magħmula wara valutazzjonijiet regolari tas-sigurtà, u li jipprovdi lill-Kunsill, ir-RGħ, u l-Kummissjoni b'rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra tas-sigurtà fil-qafas ta' progress u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

1.   Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment rapporti orali u bil-miktub lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill kif meħtieġ. Għandhom jiġu ċirkolati rapporti regolari permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

2.   Ir-RSUE għandu jirrapporta dwar l-aħjar mod sabiex jinkisbu l-inizjattivi tal-Unjoni, bħall-kontribut tal-Unjoni għar-riformi, u inklużi l-aspetti politiċi tal-proġetti ta' żvilupp rilevanti tal-Unjoni, f'koordinazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjonijiet tal-Unjoni u għandu jgħin jiżgura li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjoni tal-Istati Membri jiġu użati konsistentement, sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom ikunu kkoordinati ma' dawk tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u tal-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment informazzjoni lill-missjonijiet tal-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-missjonijiet tal-Istati Membri. Dawn għandhom jagħmlu kull sforz biex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE, f'koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni, għandu jipprovdi gwida politika lokali lill-Kmandant tal-Forzi tal-EUNAVFOR Atalanta, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Somalia u l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Nestor. Ir-RSUE, il-Kmandanti tal-Operazzjonijiet tal-UE u l-Kmandanti tal-Operazzjonijiet Ċivili għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.

3.   Ir-RSUE għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet tal-pajjiżi involuti, in-NU, l-UA, l-IGAD, partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u internazzjonali oħra, kif wkoll mas-soċjetà ċivili fir-reġjun.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħra mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sal-31 ta' Awwissu 2015.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Marzu 2015.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni 2011/819/PESK tat-8 ta' Diċembru 2011 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (ĠU L 327, 9.12.2011, p. 62).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2003/444/PESK (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 56).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


17.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/441

tas-16 ta' Marzu 2015

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Frar 2010, il-Kunsill adottata d-Deċiżjoni 2010/96/PESK (1). Il-mandat tal-missjoni militari tal-UE jintemm fil-31 ta' Marzu 2015.

(2)

Il-Konferenza ta' Brussell dwar is-Somalja, li saret fis-16 ta' Settembru 2013, ipprovdiet il-bażi għall-Patt tas-Somalja u attivat mekkaniżmu għal koordinazzjoni u għall-kontroll Somalu permezz tat-task force “Patt Ġdid” għas-Somalja.

(3)

Matul il-laqgħa internazzjonali kopreseduta mir-Renju Unit u mis-Somalja, li saret f'Londra fit-18 ta' Settembru 2014, il-Gvern Federali ddeskriva t-triq għall-iżvilupp tal-Armata Nazzjonali Somala tal-Ministeru għad-Difiża sa 2019, u r-rekwiżiti immedjati tagħha.

(4)

Wara l-Analiżi Strateġika f'Ottubru 2014, il-mandat tal-missjoni militari tal-UE għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2016.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta' din d-Deċiżjoni u għaldaqstant ma tikkontribwixxix għall-finanzjament ta' din il-missjoni.

(6)

Il-mandat tal-missjoni militari tal-UE għandu jiġi estiż ulterjorment b'mandat adattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/96/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Sabiex tikseb l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-missjoni militari tal-UE għandha tiġi skjerata fis-Somalja sabiex tindirizza kemm ir-rafforzament istituzzjonali fis-settur tad-difiża permezz ta' konsulenza strateġika kif ukoll appoġġ dirett lill-Armata Nazzjonali Somala permezz ta' taħriġ, konsulenza u gwida. Il-missjoni militari tal-UE għandha tkun ukoll lesta tipprovdi appoġġ, skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, lil atturi oħra tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-mandati rispettivi tagħhom fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża fis-Somalja.”

.

(2)

L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Għażla tal-Kwartieri Ġenerali tal-Missjoni

1.   Il-Kwartieri Ġenerali tal-Missjoni għandhom ikunu fis-Somalja, fl-Ajruport Internazzjonali ta' Mogadixu f'Mogadixu. Huma għandhom iwettqu l-funzjonijiet kemm ta' Kwartieri Ġenerali Operazzjonali kif ukoll ta' Kwartieri Ġenerali tal-Forza.

2.   Il-Kwartieri Ġenerali tal-Missjoni għandhom jinkludu uffiċċju ta' kollegament u ta' appoġġ f'Najrobi u ċellola ta' appoġġ fi Brussell.”

.

(3)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Il-missjoni militari tal-UE għandha topera, skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' atturi internazzjonali oħra fir-reġjun, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti u l-AMISOM f'konformità mar-rekwiżiti maqbula tal-Gvern Federali tas-Somalja.”

.

(4)

Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu mill-1 ta' April 2015 sal-31 ta' Diċembru 2016 għandu jkun ta' EUR 17 507 399. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) ta' ATHENA għandu jkun ta' 30 % u l-perċentwal għall-impenn imsemmi fl-Artikolu 32(3) ta' ATHENA għandu jkun ta' 90 %.”

.

(5)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 10b

Ċellula ta' proġetti

1.   Il-missjoni militari tal-UE għandu jkollha ċellola ta' proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġetti, li għandha tiġi ffinanzjata mill-Istati Membri jew minn Stati terzi li jkunu konsistenti mal-objettivi tal-missjoni u li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mandat.

2.   Soġġett għall-paragrafu 3, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għandu jkun awtorizzat li jirrikorri għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew minn Stati terzi sabiex jimplimenta proġetti identifikati li jissupplimentaw b'mod konsistenti azzjonijiet oħra tal-missjoni militari tal-UE. F'tali każ, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għandu jikkonkludi arranġament ma' dawk l-Istati, li jkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi biex jiġi ttrattat kwalunkwe lment minn partijiet terzi rigward xi dannu kkawżat bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

Taħt l-ebda ċirkostanza l-Unjoni jew ir-RGħ m'għandhom jinżammu responsabbli mill-Istati kontribwenti bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

3.   Il-KPS għandu jaqbel dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja minn Stati terzi għaċ-ċellula ta' proġetti.”

.

(6)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-frażi introduttorja tinbidel bi “ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi konnessi ma' din id-Deċiżjoni, kif adatt u skont il-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni klassifikata tal-UE ġġenerata għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (*):

(b)

fil-paragrafi 2 u 3, il-frażi “Deċiżjoni 2011/292/UE” tinbidel bil-frażi “Deċiżjoni 2013/488/UE”.

(7)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   Il-mandat tal-missjoni militari tal-UE għandu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2016.

3.   Din id-Deċiżjoni għandha titħassar mid-data tal-għeluq tal-Kwartieri Ġenerali tal-UE, l-uffiċċju ta' kollegament u ta' appoġġ f'Najrobi u ċ-ċellola ta' appoġġ fi Brussell, f'konformità mal-pjani approvati għat-tmiem tal-missjoni militari tal-UE, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri li jirrigwardaw l-awditu u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-missjoni militari tal-UE, stipulati f'ATHENA.”

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' April 2015.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16).

(*)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).”;


17.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/442

tas-16 ta' Marzu 2015

li tniedi l-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/78

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/78 tad-19 ta' Jannar 2015 dwar Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' Jannar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/78.

(2)

Fid-9 ta' Frar 2015, il-Kunsill approva r-Regoli tal-Ingaġġ tal-EUMAM RCA.

(3)

Fis-6 ta' Marzu 2015, il-Kunsill approva l-Pjan tal-Missjoni tal-EUMAM RCA.

(4)

Fil-11 ta' Marzu 2015, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà laqa' l-ittra mill-Kmandant tal-Missjoni rigward ir-rakkomandazzjoni biex titnieda l-EUMAM RCA u l-perijodu ta' żmien previst għad-dikjarazzjoni tal-Kapaċità Operattiva Inizjali tal-EUMAM RCA.

(5)

L-EUMAM RCA għandha titnieda fis-16 ta' Marzu 2015.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għaldaqstant ma tikkontribwixxix għall-finanzjament ta' din il-missjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (“EUMAM RCA”) għandha titnieda fis-16 ta' Marzu 2015.

Artikolu 2

Il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE tal-EUMAM RCA huwa b'dan awtorizzat b'effett immedjat li jagħti bidu għall-eżekuzzjoni tal-missjoni.

Artikolu 3

L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/78 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   EUMAM RCA għandha titnieda permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill fil-jum irrakkomandat mill-Kmandant tal-Missjoni, wara approvazzjoni tal-Pjan tal-Missjoni u, jekk meħtieġ, ta' Regoli ta' Ingaġġ addizzjonali.”

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 13, 20.1.2015, p. 8.


17.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2015/443

tat-13 ta' Marzu 2015

dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattati, u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan tas-sigurtà fil-Kummissjoni huwa li l-Kummissjoni tkun tista' topera f'ambjent sigur u mingħajr periklu billi tistabbilixxi approċċ koerenti u integrat f'dak li jirrigwarda s-sigurtà tagħha, tipprovdi livelli xierqa ta' protezzjoni għall-persuni, l-assi u l-informazzjoni skont ir-riskji identifikati, filwaqt li tiżgura sigurtà effiċjenti u f'waqtha.

(2)

Il-Kummissjoni, bħal korpi internazzjonali oħra, qed taffaċċja theddid u sfidi fil-qasam tas-sigurtà, b'mod partikolari rigward it-terroriżmu, attakki ċibernetiċi u spjunaġġ politiku u kummerċjali.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea ssieħbet fi strumenti dwar kwistjonijiet ta' sigurtà għas-siti ewlenin tagħha mal-gvernijiet tal-Belġju, il-Lussemburgu u l-Italja (1). Dawn l-istrumenti jikkonfermaw li l-Kummissjoni hija responsabbli għas-sigurtà tagħha.

(4)

Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-persuni, l-assi u l-informazzjoni, il-Kummissjoni jista' jkollha bżonn tieħu miżuri f'oqsma protetti bid-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u kif rikonoxxuti mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

(5)

Kull miżura bħal din għandha għalhekk tiġi ġustifikata skont l-importanza tal-interessi li hija tfittex li tipproteġi, tkun proporzjonata u tiżgura rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, inklużi b'mod speċjali d-drittijiet tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta.

(6)

F'sistema li tonora l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, il-Kummissjoni trid tisħaq għal livell xieraq ta' sigurtà għall-persunal, l-assi u l-informazzjoni tagħha li jiżgura li tkun tista' twettaq l-operazzjonijiet tagħha, filwaqt li ma jillimitax id-drittijiet fundamentali lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju.

(7)

Is-Sigurtà fil-Kummissjoni tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' legalità, trasparenza, proporzjonalità u r-responsabbiltà.

(8)

Il-membri tal-persunal inkarigati bil-miżuri ta' sigurtà ma għandhomx jitqiegħdu f'xi żvantaġġ minħabba l-azzjoni li jieħdu sakemm ma jkunux aġixxew barra mill-ambitu tal-mandat tagħhom jew bi ksur tal-liġi, u b'hekk f'dan ir-rigward, din id-Deċiżjoni għandha titqies bħala istruzzjoni ta' servizz skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

(9)

Il-Kummissjoni għandha tieħu inizjattivi xierqa biex trawwem u ssaħħaħ il-kultura ta' sigurtà tagħha, biex b'hekk ikun żgurat twassil aktar effiċjenti tas-sigurtà, titjieb il-governanza tas-sigurtà tagħha, jiġu intensifikati aktar in-netwerks u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti fil-livell internazzjonali, Ewropew u dak nazzjonali, u jitjiebu l-monitoraġġ u l-kontroll tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' sigurtà.

(10)

L-istabbiliment tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) bħala korp funzjonalment awtonomu tal-Unjoni kellu impatt sinifikanti fuq l-interessi ta' sigurtà tal-Kummissjoni, u għalhekk jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli u l-proċeduri ta' kooperazzjoni fir-rigward tas-sikurezza u s-sigurtà bejn is-SEAE u l-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-twettiq tar-responsabbiltajiet tad-dmir tal-kura li għandha l-Kummissjoni lejn persunal tagħha f'delegazzjonijiet tal-Unjoni.

(11)

Il-politika tas-sigurtà tal-Kummissjoni għandha tiġi implimentata b'mod li huwa konsistenti ma' proċessi u proċeduri interni oħra li jistgħu jinvolvu element ta' sigurtà. Dawn jinkludu, b'mod partikolari, il-Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Operat li għandha l-għan li tħares il-funzjonijiet kritiċi tal-Kummissjoni f'każ ta' interruzzjoni operattiva, u l-proċess ta' koordinazzjoni għal kriżijiet multisettorjali ARGUS.

(12)

Minkejja l-miżuri diġà fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u nnotifikati lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (2), kwalunkwe miżura skont din id-Deċiżjoni li tinvolvi l-ipproċessar ta' dejta personali tkun soġġetta għal regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 21, li jistabbilixxu protezzjoni xierqa għas-suġġetti tad-dejta.

(13)

Għaldaqstant, hemm bżonn li l-Kummissjoni teżamina mill-ġdid, taġġorna, u tikkonsolida l-bażi regolatorja eżistenti għas-sigurtà fil-Kummissjoni.

(14)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (94) 2129 (3) għandha għalhekk tiġi mħassra,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“assi” tfisser kull proprjetà mobbli u immobbli u possessjonijiet tal-Kummissjoni;

(2)

“Dipartiment tal-Kummissjoni” tfisser Direttorat Ġenerali jew servizz tal-Kummissjoni, jew Kabinett ta' Membru tal-Kummissjoni;

(3)

“Sistema ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni” jew “CIS” tfisser kwalunkwe sistema li tippermetti t-trattament ta' informazzjoni f'forma elettronika, inklużi l-assi kollha meħtieġa għall-operat tagħha, kif ukoll l-infrastruttura, l-organizzazzjoni, il-persunal u r-riżorsi ta' informazzjoni;

(4)

“Kontroll tar-riskji” tfisser kwalunkwe miżura ta' sigurtà li tista' tkun raġonevolment mistennija li tikkontrolla b'mod effettiv riskju għas-sigurtà permezz tal-prevenzjoni, il-mitigazzjoni, l-evitar jew it-trasferiment tiegħu.

(5)

“Sitwazzjoni ta' kriżi” tfisser ċirkustanza, każ, inċident jew emerġenza (jew suċċessjoni jew kombinazzjoni tagħhom) li huma ta' theddida gravi jew immedjata għas-sigurtà fil-Kummissjoni irrispettivament mill-oriġini tagħha;

(6)

“Dejta” tfisser informazzjoni f'forma li tippermetti li tiġi kkomunikata, rreġistrata jew ipproċessata;

(7)

“Membru tal-Kummissjoni responsabbli għas-sigurtà” tfisser Membru tal-Kummissjoni li taħt l-awtorità tiegħu jaqa' d-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà;

(8)

“Dejta personali” tfisser dejta personali kif definit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(9)

“siti” tfisser kwalunkwe proprjetà immobbli jew assimilata u possessjonijiet tal-Kummissjoni;

(10)

“Prevenzjoni tar-riskju” tfisser miżuri ta' sigurtà li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jimpedixxu, jdewmu jew iwaqqfu riskju għas-sigurtà.

(11)

“Riskju għas-sigurtà” tfisser kombinazzjoni tal-livell tat-theddida, il-livell tal-vulnerabbiltà u l-impatt possibbli ta' każ;

(12)

“Sigurtà fil-Kummissjoni” tfisser is-sigurtà tal-persuni, l-assi u l-informazzjoni fil-Kummissjoni, u b'mod partikolari l-integrità fiżika tal-persuni u l-assi, l-integrità, il-kunfidenzjalità u d-disponibbiltà ta' informazzjoni u ta' sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni, kif ukoll il-funzjonament bla xkiel tal-operazzjonijiet tal-Kummissjoni;

(13)

“Miżura ta' sigurtà” tfisser kwalunkwe miżura li tittieħed skont din id-Deċiżjoni għall-finijiet ta' kontroll tar-riskji għas-sigurtà;

(14)

“Regolamenti tal-Persunal” tfisser ir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (5) u tal-atti ta' emenda tiegħu;

(15)

“Theddida għas-sigurtà” tfisser każ jew aġent li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jkollhom impatt ħażin fuq is-sigurtà jekk ma jkunx hemm rispons u kontroll;

(16)

“Theddida immedjata għas-sigurtà” tfisser theddida għas-sigurtà li sseħħ mingħajr preavviż jew bi preavviż qasir ħafna, u

(17)

“Theddida kbira għas-sigurtà” tfisser theddida għas-sigurtà li tista' b'mod raġonevoli tkun mistennija li twassal għal telf ta' ħajja, korriment serju jew ħsara, dannu sinifikanti lill-proprjetà, il-kompromess ta' informazzjoni sensittiva ħafna, it-tfixkil ta' sistemi tal-IT jew ta' kapaċitajiet operazzjonali essenzjali tal-Kummissjoni;

(18)

“Vulnerabbiltà” tfisser dgħufija ta' kwalunkwe natura li tista' raġonevolment tkun mistennija li jkollha impatt ħażin fuq is-sigurtà fil-Kummissjoni, jekk tiġi sfruttata minn theddida waħda jew aktar.

Artikolu 2

Suġġett

1.   Din id-Deċiżjoni tistabilixxi l-għanijiet, il-prinċipji bażiċi, l-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet fir-rigward tas-sigurtà fil-Kummissjoni.

2.   Din id-Deċiżjoni tapplika għad-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni u fis-siti kollha tal-Kummissjoni. Il-persunal tal-Kummissjoni li jaħdem f'Delegazzjonijiet tal-Unjoni huwa soġġett għar-regoli ta' sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (6).

3.   Minkejja xi indikazzjonijiet speċifiċi dwar gruppi partikulari ta' persunal, din id-Deċiżjoni tapplika għall-Membri tal-Kummissjoni, għall-persunal tal-Kummissjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea, għal esperti nazzjonali ssekondati (SNEs) tal-Kummissjoni, għall-fornituri tas-servizzi u l-impjegati tagħhom, għal dawk li qed jitħarrġu u għal kull individwu li għandu aċċess għall-binjiet jew assi oħra tal-Kummissjoni, jew aċċess għal informazzjoni ttrattata mill-Kummissjoni.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni huma mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/47/KE, KEFA, Euratom (7) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/563/KE, Euratom (8), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1623 (9) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3602 (10).

KAPITOLU 2

PRINĊIPJI

Artikolu 3

Prinċipji għas-sigurtà fil-Kummissjoni

1.   Fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonforma mat-Trattati u b'mod partikolari mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, mal-istrumenti msemmija fil-premessa 2, ma' kull regola applikabbli tal-liġi nazzjonali kif ukoll mat-termini ta' din id-Deċiżjoni. Jekk ikun meħtieġ, jinħareġ avviż ta' sigurtà skont l-Artikolu 21(2) li jipprovdi gwida f'dan ir-rigward.

2.   Is-Sigurtà fil-Kummissjoni tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-legalità, it-trasparenza, il-proporzjonalità u r-responsabbiltà.

3.   Il-prinċipju tal-legalità jindika l-ħtieġa li wieħed jibqa' strettament fil-qafas legali fit-twettiq ta' din id-Deċiżjoni u l-ħtieġa li tinżamm konformità mal-ħtiġijiet legali.

4.   Kwalunkwe miżura ta' sigurtà tittieħed apertament sakemm ma jkunx raġonevolment mistenni li dan ifixkel l-effett tagħha. Id-destinatarji ta' miżura ta' sigurtà jkunu infurmati bil-quddiem dwar ir-raġunijiet għall-miżura u l-impatt tagħha, sakemm ma jkunx raġevolment mistenni li l-għoti ta' din l-informazzjoni twassal għall-indeboliment tal-effett tal-miżura. F'dan il-każ, id-destinatarju tal-miżura ta' sigurtà jiġi infurmat wara li jkun spiċċa r-riskju ta' indeboliment tal-effett ta' miżura ta' sigurtà.

5.   Id-dipartimenti tal-Kummissjoni jiżguraw li l-kwistjonijiet ta' sigurtà jkunu kkunsidrati mill-bidu tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki, d-deċiżjonijiet, il-programmi, il-proġetti u l-attivitajiet tal-Kummissjoni li għalihom huma responsabbli. Sabiex jagħmlu dan, huma jinvolvu lid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà b'mod ġenerali u lill-Kap Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Informatika tal-Kummissjoni rigward is-sistemi tal-IT sa mill-ewwel stadji ta' tħejjija.

6.   Fejn xieraq, il-Kummissjoni tfittex kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti, ta' Stati Membri oħra u ta' istituzzjonijiet, aġenziji jew korpi oħrajn tal-UE, fejn possibbli, billi jiġu kkunsidrati l-miżuri li ttieħdu jew huma ppjanati minn dawk l-awtoritajiet sabiex jiġi indirizzat ir-riskju għas-sigurtà kkonċernata.

Artikolu 4

Obbligu ta' konformità

1.   Il-konformità ma' din id-Deċiżjoni u r-regoli implimentattivi tagħha u mal-miżuri ta' sigurtà u l-istruzzjonijiet mogħtija minn persunal awtorizzat huma obbligatorji.

2.   Nuqqas ta' konformità mar-regoli ta' sigurtà jistgħu jattivaw imputabilità għal azzjoni dixxiplinari skont it-Trattati, ir-Regolamenti tal-Persunal, għal sanzjonijiet kuntrattwali u/jew għal azzjoni legali skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

KAPITOLU 3

IT-TWASSIL TAS-SIGURTÀ

Artikolu 5

Persunal awtorizzat

1.   Huwa biss il-persunal awtorizzat abbażi ta' mandat nominattiv ikkonferit lilhom mid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà, minħabba d-dmirijiet attwali tagħhom, li jista' jingħata s-setgħa li jieħu waħda jew iżjed minn dawn il-miżuri li ġejjin:

(1)

Iġorru armi personali;

(2)

Iwettqu inkjesti ta' sigurtà kif imsemmija fl-Artikolu 13;

(3)

Jieħdu miżuri ta' sigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 12 kif speċifikat fil-mandat.

2.   Il-mandati msemmija fil-paragrafu 1 jingħataw għal tul ta' żmien li ma jaqbiżx il-perjodu li matulu l-persuna kkonċernata tokkupa l-kariga jew il-funzjoni li għaliha ngħatat il-mandat. Il-mandati jingħataw f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

3.   Fir-rigward tal-persunal awtorizzat, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi istruzzjoni tas-servizz skont it-tifsira tal-Artikolu 21 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-miżuri ta' sigurtà

1.   Meta tieħu miżuri ta' sigurtà, il-Kummissjoni b'mod partikolari tiżgura sa fejn ikun raġonevolment possibbli li:

(a)

tfittex appoġġ jew għajnuna mill-Istat ikkonċernat biss, sakemm dan l-Istat ikun Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew, jekk le, parti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, jew tiggarantixxi drittijiet li huma tal-anqas ekwivalenti għad-drittijiet garantiti f'din il-Konvenzjoni.

(b)

tittrasferixxi biss informazzjoni dwar individwi lil destinatarji, barra minn istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità, li ma jkunux suġġetti għal-liġi nazzjonali adottata skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(c)

meta individwu jkun ta' theddida għas-sigurtà, tittieħed kull miżura ta' sigurtà kontra dak l-individwu u huwa jista' jkun suġġett li jġorr l-spejjeż li jirriżultaw. Dawn il-miżuri ta' sigurtà jistgħu jiġu diretti biss kontra individwi oħrajn jekk theddida immedjata jew kbira għas-sigurtà tkun trid tiġi kkontrollata u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-miżuri previsti kontra l-individwu li jkun qed joħloq it-theddida għas-sigurtà ma jkunux jistgħu jittieħdu jew x'aktarx li ma jkunux effettivi;

(b)

il-Kummissjoni ma tkunx tista' tistax tikkontrolla theddida għas-sigurtà permezz tal-azzjonijiet tagħha stess jew ma tistax tagħmel dan f'waqtu;

(c)

il-miżura ma tikkostitwix periklu sproporzjonat għall-individwu l-ieħor u għad-drittijiet tiegħu.

2.   Id-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà jistabbilixxi deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri ta' sigurtà li jistgħu jeħtieġu digriet minn imħallef f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri li jospitaw siti tal-Kummissjoni.

3.   Id-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà jista' jirrikorri għand kuntrattur biex iwettaq, taħt id-direzzjoni u s-superviżjoni tad-Direttorat tas-Sigurtà, kompiti relatati mas-sigurtà.

Artikolu 7

Miżuri ta' sigurtà rigward persuni

1.   Jingħata livell xieraq ta' protezzjoni lil persuni fis-siti tal-Kummissjoni, filwaqt li jitqisu r-rekwiżiti tas-sigurtà u s-sikurezza.

2.   F'każ ta' riskji sinifikanti għas-sigurtà, id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà jipprovdi protezzjoni stretta għall-Membri tal-Kummissjoni jew għal persunal ieħor fejn valutazzjoni tat-theddid tkun indikat li din il-protezzjoni hija meħtieġa biex tiżgura s-sigurtà u s-sikurezza tagħhom.

3.   F'każ ta' riskji kbar għas-sigurtà, il-Kummissjoni tista' tordna l-evakwazzjoni tas-siti tagħha.

4.   Vittmi ta' inċidenti jew attakki fis-siti tal-Kummissjoni jirċievu assistenza.

5.   Sabiex jipprevjenu u jikkontrollaw ir-riskji għas-sigurtà, il-persunal awtorizzat jista' jwettaq verifiki tal-preċedenti personali ta' persuni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, sabiex jiddetermina jekk l-għoti ta' informazzjoni jew aċċess għas-siti tal-Kummissjoni lil dawn il-persuni jippreżentax theddida għas-sigurtà. Għal dan il-għan, u b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), il-persunal awtorizzat ikkonċernat jista':

(a)

juża kwalunkwe sors ta' informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, filwaqt li jqis l-affidabbiltà tas-sors tal-informazzjoni;

(b)

jaċċessal-fajl jew id-dejta tal-persunal fil-pussess tal-Kummissjoni rigward individwi li timpjega jew li tkun beħsiebha timpjega, jew għall-persunal tal-kuntratturi, meta dan ikun dovutament iġġustifikat.

Artikolu 8

Miżuri ta' sigurtà rigward is-sigurtà fiżika u l-assi

1.   Is-sigurtà tal-assi tkun żgurata permezz ta' applikazzjoni ta' miżuri protettivi fiżiċi u tekniċi u l-proċeduri korrispondenti, minn hawn 'il quddiem imsejħa “sigurtà fiżika”, li toħloq sistema b'diversi saffi.

2.   Jistgħu jiġu adottati miżuri skont dan l-Artikolu sabiex jiġu protetti persuni jew informazzjoni fil-Kummissjoni kif ukoll biex jiġu protetti l-assi.

3.   Is-sigurtà fiżika jkollha dawn l-għanijiet li ġejjin:

Il-prevenzjoni ta' atti ta' vjolenza indirizzata kontra l-Membri tal-Kummissjoni jew persuni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni;

Il-prevenzjoni ta' spjunaġġ u spijar fuq informazzjoni sensittiva jew klassifikata;

Il-prevenzjoni ta' serq, atti ta' vandaliżmu, sabutaġġ u għal azzjonijiet vjolenti oħra bil-għan li jagħmlu ħsara jew jeqirdu binjiet u assi tal-Kummissjoni;

Li tippermetti investigazzjoni u inkjesta dwar inċidenti ta' sigurtà inkluż permezz ta' verifiki dwar fajls bir-reġistrazzjoni tal-kontroll tal-aċċess u l-ħruġ, il-kopertura tas-CCTV, reġistrazzjonijiet ta' telefonati u dejta simili kif imsemmi fl-Artikolu 22(2) hawn taħt u sorsi oħra ta' informazzjoni.

4.   Is-sigurtà fiżika tkun tinkludi:

politika ta' aċċess applikabbli għal kull persuna jew vettura li jeħtieġu aċċess għal siti tal-Kummissjoni, inklużi postijiet tal-parkeġġ;

sistema ta' kontroll tal-aċċess li tinkludu għassiesa, tagħmir u miżuri tekniċi, sistemi ta' informazzjoni jew kombinazzjoni ta' dawn l-elementi kollha.

5.   Sabiex tkun żgurata s-sigurtà fiżika, jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet li ġejjin:

jiġi rreġistrat id-dħul u l-ħruġ mis-siti tal-Kummissjoni ta' persuni, vetturi, prodotti u tagħmir;

il-kontrolli tal-identità fis-siti tal-Kummissjoni;

spezzjoni ta' vetturi, oġġetti u tagħmir b'mezzi viżwali jew tekniċi;

il-prevenzjoni ta' persuni, vetturi u merkanzija mhux awtorizzati, milli jidħlu f'siti tal-Kummissjoni.

Artikolu 9

Miżuri ta' sigurtà rigward informazzjoni

1.   Is-sigurtà tal-informazzjoni tkopri l-informazzjoni kollha ġestita mill-Kummissjoni.

2.   Is-sigurtà tal-informazzjoni, irrispettivament mill-forma tagħha, tibbilanċja t-trasparenza, il-proporzjonalità, ir-responsabbiltà u l-effiċjenza mal-ħtieġa li l-informazzjoni tiġi protetta minn aċċess mhux awtorizzat, użu, żvelar, modifika jew taħsir.

3.   Is-sigurtà tal-informazzjoni tkun immirata lejn l-protezzjoni ta' kunfidenzjalità, integrità u disponibbiltà.

4.   Il-proċessi tal-immaniġġar tar-riskju għalhekk jintużaw biex jiġu kklassifikati l-assi ta' informazzjoni u biex jiġu żviluppati miżuri ta' sigurtà, proċeduri u standards proporzjonati, inklużi miżuri ta' mitigazzjoni.

5.   Dawn il-prinċipji ġenerali sottostanti tas-sigurtà tal-informazzjoni jiġu applikati b'mod partikolari għal:

(a)

“Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea” (IKUE) jiġifieri kwalunkwe informazzjoni jew materjal magħżul minn klassifikazzjoni ta' sigurtà tal-UE, li l-iżvelar mhux awtorizzat tiegħu jista' jikkawża gradi differenti ta' preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew għal Stat Membru wieħed jew aktar;

(b)

“Informazzjoni sensittiva mhux klassifikata”, jiġifieri informazzjoni jew materjal li l-Kummissjoni trid tipproteġi minħabba obbligi legali stipulati fit-Trattati jew f'atti adottati fl-implimentazzjoni tagħhom, u/jew minħabba s-sensitività tagħhom. Informazzjoni sensittiva mhux klassifikata tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, informazzjoni jew materjal kopert mill-obbligu ta' segretezza professjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 339 TFUE, informazzjoni koperta mill-interessi mħarsa mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) flimkien mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew dejta personali fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

6.   Informazzjoni sensittiva mhux klassifikata tkun soġġetta għal regoli dwar l-immaniġġjar u l-ħażna tagħha. Hija tiġi rrilaxxata biss lil dawk l-individwi li għandhom “neċessità ta' għarfien”. Meta jitqies neċessarju għall-protezzjoni effettiva tal-kunfidenzjalità tagħha, hija tiġi identifikata permezz ta' marka tas-sigurtà u struzzjonijiet korrispondenti għat-trattament approvati mid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà. Meta tiġi ttrattata jew maħżuna f'Sistemi ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni, tali informazzjoni tiġi protetta wkoll f'konformità mad-Deċiżjoni (2006) 3602, ir-regoli ta' implimentazzjoni u l-istandards korrispondenti tagħha.

7.   Kwalunkwe individwu li jinstab responsabbli li kkomprometta jew tilef IKUE jew informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, li hija identifikata bħala tali fir-regoli tal-ġestjoni u l-ħażna tagħha, jista' jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinarja skont ir-Regolamenti tal-Persunal. Din l-azzjoni dixxiplinarja tkun mingħajr preġudizzju għal aktar proċedimenti legali jew kriminali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom u għal rimedji kuntrattwali.

Artikolu 10

Miżuri ta' sigurtà rigward Sistemi ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni

1.   Is-Sistemi ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni (“SKI”) kollha użati mill-Kummissjoni jkunu jikkonformaw mal-Politika dwar is-Sigurtà tas-Sistemi tal-Informazzjoni tal-Kummissjoni, kif stipulat fid-Deċiżjoni C (2006) 3602, ir-regoli ta' implimentazzjoni u l-istandards ta' sigurtà korrispondenti tagħha.

2.   Is-servizzi tal-Kummissjoni li għandhom, li jimmaniġġaw jew iħaddmu SKI jippermettu li istituzzjonijiet, aġenziji, korpi jew organizzazzjonijiet oħra tal-Unjoni jkollhom aċċess għal dawk is-sistemi biss jekk dawk l-istituzzjonijiet, aġenziji, korpi jew organizzazzjonijiet oħra tal-Unjoni jkunu jistgħu jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli li s-sistemi tal-IT tagħhom huma protetti f'livell ekwivalenti għall-Politika dwar is-Sigurtà tas-Sistemi tal-Informazzjoni tal-Kummissjoni, kif stipulat fid-Deċiżjoni C (2006) 3602, ir-regoli ta' implimentazzjoni u l-istandards ta' sigurtà korrispondenti tagħha. Il-Kummissjoni tissorvelja din il-konformità, u f'każ ta' nuqqas serju ta' konformità jew in-nuqqas kontinwu ta' konformità, ikollha d-dritt li tipprojbixxi l-aċċess.

Artikolu 11

Analiżi forensika dwar iċ-ċibersigurtà

Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà ikun b'mod partikolari responsabbli għat-twettiq ta' analiżi teknika forensika bil-kooperazzjoni tad-dipartimenti kompetenti tal-Kummissjoni b'appoġġ għall-inkjesti ta' sigurtà msemmija fl-Artikolu 13, relatati ma' counterintelligence, l-iżvelar ta' dejta, attakki ċibernetiċi u s-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni.

Artikolu 12

Miżuri ta' sigurtà rigward persuni u oġġetti

1.   Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà fil-Kummissjoni u għall-prevenzjoni u l-kontroll tar-riskji, il-persunal awtorizzat skont l-Artikolu 5 jista', f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3, jieħu — fost l-oħrajn, waħda jew aktar minn dawn il-miżuri ta' sigurtà:

(a)

is-sigurtà ta' xeni u evidenza, inkluz fajls bir-reġistrazzjoni tal-kontroll tal-aċċess u l-ħruġ, l-immaġnijiet tas-CCTV, f'każ ta' inċidenti jew kondotta li tista' twassal għal proċeduri amministrattivi, dixxiplinarji, ċivili jew kriminali;

(b)

miżuri limitati li jikkonċernaw persuni li jkunu ta' theddida għas-sigurtà, inkluż li persuni jiġu ordnati jħallu s-siti tal-Kummissjoni, persuni jiġu eskortati barra mis-siti tal-Kummissjoni, il-projbizzjoni ta' persuni milli jidħlu fis-siti tal-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien, dan tal-aħħar definiti skont il-kriterji li għandhom jiġu definiti fir-regoli ta' implimentazzjoni;

(c)

miżuri limitati li jikkonċernaw oġġetti li huma ta' theddida għas-sigurtà, inkluż it-tneħħija, is-sekwestru u r-rimi ta' oġġetti;

(d)

tiftix fis-siti tal-Kummissjoni, inklużi l-uffiċċji, li jkunu jinsabu f'dak il-post;

(e)

tiftix ta' SKI u tagħmir, dejta dwar it-traffiku telefoniku u tat-telekomunikazzjoni, fajls bir-reġistrazzjonijiet, kontijiet tal-utenti, eċċ.;

(f)

miżuri ta' sigurtà speċifiċi oħra b'effett simili sabiex jimpedixxu jew jikkontrollaw ir-riskji għas-sigurtà, b'mod partikolari fil-kuntest tad-drittijiet tal-Kummissjoni bħala sid il-proprjetà jew bħala impjegatur skont il-liġijiet nazzjonali applikabbli.

2.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-membri tal-persunal tad-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà, li huma awtorizzati skont l-Artikolu 5, jistgħu jieħdu kwalunkwe miżura urġenti meħtieġa, b'konformità stretta mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 3. Malajr kemm jista' jkun wara li jittieħdu dawn il-miżuri, huma jinfurmaw lid-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà, li jfittex mandat xieraq mid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà, li jikkonferma l-miżuri meħuda u jawtorizza kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa kif ukoll ikżomm kuntatt, fejn xieraq mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

3.   Miżuri ta' sigurtà skont dan l-Artikolu jiġu dokumentati fiż-żmien li jkunu ttieħdu jew, fil-każ ta' riskju immedjat jew sitwazzjoni ta' kriżi, f'perjodu ta' żmien raġonevoli wara li jittieħdu. F'dan il-każ, id-dokumentazzjoni trid tinkludi wkoll l-elementi li fuqhom tkun ġiet ibbażata l-istima rigward l-eżistenza ta' riskju immedjat jew sitwazzjoni ta' kriżi. Id-dokumentazzjoni tista' tkun konċiża, iżda trid tkun ikkostitwita b'tali mod li tippermetti lill-persuna soġġetta għall-miżura li teżerċita d-drittijiet tagħha ta' difiża u ta' protezzjoni tad-dejta personali skont ir-Regolament Nru 45/2001, u tippermetti skrutinju tal-legalità tal-miżura. L-ebda informazzjoni dwar miżuri ta' sigurtà speċifiċi indirizzati lil membru tal-persunal ma tkun parti minn fajl tal-persunal tal-persuna.

4.   Meta tieħu miżuri ta' sigurtà skont il-punt (b), il-Kummissjoni barra minn hekk tiggarantixxi li l-individwu kkonċernat jingħata l-opportunità li jagħmel kuntatt ma' avukat jew persuna ta' fiduċja tiegħu u jinġieb għall attenzjoni tiegħu d-dritt li jagħmel rikors lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Artikolu 13

Inkjesti

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 86 u l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, u għal xi arranġament speċjali bejn il-Kummissjoni u s-SEAE, bħall-arranġament speċjali ffirmat fit-28 ta' Mejju 2014 bejn id-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar id-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal tal-Kummissjoni li jinsab f'Delegazzjonijiet tal-Unjoni, jistgħu jsiru inkjesti dwar is-sigurtà:

(a)

fil-każ ta' inċidenti li jaffettwaw is-sigurtà fil-Kummissjoni, inklużi suspetti ta' reati kriminali;

(b)

fil-każ ta' żvelar, trattament ħażin jew kompromess potenzjali ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, IKUE jew Informazzjoni tal-Euratom Ikklassifikata;

(c)

fil-kuntest mill-counterintelligence u l-ġlieda kontra t-terroriżmu;

(d)

fil-każ ta' inċidenti ċibernetiċi serfji.

2.   Id-deċiżjoni biex issir inkjesta dwar is-sigurtà tittieħed mid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà li jkun ukoll id-destinatarju tar-rapport ta' inkjesta.

3.   Inkjesti ta' sigurtà jitwettqu biss minn membri tal-persunal apposta fid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà, debitament awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 5.

4.   Il-persunal awtorizzat jeżerċita s-setgħat ta' inkjesti dwar is-sigurtà b'mod indipendenti, kif speċifikat fil-mandat u jkollu s-setgħat elenkati fl-Artikolu 12.

5.   Il-persunal awtorizzat li jkollu l-kompetenza biex iwettaq inkjesti dwar is-sigurtà jista' jiġbor informazzjoni mis-sorsi kollha disponibbli relatati ma' kwalunkwe reat amministrattiv jew kriminali mwettqa fis-siti tal-Kummissjoni jew li jinvolvu l-persuni msemmija fl-Artikolu 2(3) kemm bħala vittma kif ukoll bħala l-awtur ta' reati bħal dawn.

6.   Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà jinfurma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jew kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat, fejn xieraq, u b'mod partikolari jekk l-inkjesta tat lok għal indikazzjonijiet ta' att kriminali li jkunu ġew imwettqa. F'dan il-kuntest, id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà jista', fejn hu xieraq jew meħtieġ, jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti jew kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat.

7.   Fil-każ ta' inċidenti ċibernetiċi serji d-Direttorat Ġenerali għall-Informatika jikkollabora mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà biex jipprovdi appoġġ għall-kwistjonijiet tekniċi kollha. Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà jiddeċiedi, f'konsultazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika, meta huwa xieraq li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ospitanti jew kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat. Għal dak li hu appoġġ għal istituzzjonijiet u aġenziji oħra tal-UE li jistgħu jiġu affettwati jsir użu mis-servizzi ta' koordinazzjoni rigward inċidenti tal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (“CERT-UE”).

8.   L-inkjesti ta' sigurtà jiġu ddokumentati.

Artikolu 14

Id-delineazzjoni tal-kompetenzi fir-rigward tal-inkjesti dwar is-sigurtà u tipi oħra ta' investigazzjonijiet

1.   Meta d-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà imexxi investigazzjonijiet ta' sigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 13, u jekk dawn l-inkjesti jaqgħu fil-kompetenzi tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), jew l-Uffiċċju tal-Investigazzjoni u Dixxiplina tal-Kummissjoni (IDOC), huwa jikkomunika ma' dawn il-korpi f'daqqa bil-għan li, b'mod partikolari, ma jiġux kompromessi passi li jittieħdu aktar tard kemm mill-OLAF kif ukoll mill-IDOC. Fejn xieraq, id-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà jistieden lill-OLAF jew lill-IDOC sabiex ikunu involuti fl-investigazzjoni.

2.   L-inkjesti dwar is-sigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 13, ikunu mingħajr ħsara għas-setgħat tal-OLAF u tal-IDOC kif stabbiliti fir-regoli li jirregolaw dawk il-korpi. Id-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà jista' jintalab jagħti assistenza teknika għal investigazzjonijiet mibdija mill-OLAF jew mill-IDOC.

3.   Id-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà jista' jintalab biex jassisti lill-aġenti tal-OLAF meta jidħlu fis-siti tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(5) u 4(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), sabiex jiġu ffaċilitati l-kompiti tagħhom. Id-Direttorat tas-Sigurtà jinforma b'dawn it-talbiet għall-assistenza lis-Segretarju Ġenerali u lid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà jew, jekk tali investigazzjoni ssir fis-siti tal-Kummissjoni li jkunu okkupati mill-Membri tagħha jew mis-Segretarju Ġenerali, il-President tal-Kummissjoni u l-Kummissarju responsabbli għar-Riżorsi Umani.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22(a) tar-Regolamenti tal-Persunal, meta jkun hemm il-possibbiltà li każ jaqa' kemm taħt il-kompetenza tad-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà kif ukoll tal-IDOC, id-Direttorat tas-Sigurtà, meta jirrapporta lid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani f'konformità mal-Artikolu 13, fl-aktar stadju bikri possibbli jagħti parir jekk hemmx raġunijiet li jiġġustifikaw li l-IDOC ikun involut. Jiġi kkunsidrat li ntlaħaq dan l-istadju meta theddida immedjata għas-sigurtà tkun intemmet. Id-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà jiddieċiedi dwar il-kwistjoni.

5.   Meta jkun hemm il-possibbiltà li każ jaqa' kemm taħt il-kompetenza tad-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà u l-OLAF, id-Direttorat tas-Sigurtà mingħajr dewmien jirrapporta lid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà u jinforma lid-Direttur Ġenerali tal-OLAF fl-aktar stadju bikri possibbli. Jiġi kkunsidrat li ntlaħaq dan l-istadju meta theddida immedjata għas-sigurtà tkun intemmet.

Artikolu 15

Spezzjonijiet tas-sigurtà

1.   Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà iwettaq spezzjonijiet tas-sigurtà sabiex jiġi vverifikat li s-servizzi tal-Kummissjoni u individwi huma konformi ma' din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha u biex meta jitqies li jkun meħtieġ jiġu fformulati rakkomandazzjonijiet.

2.   Fejn xieraq, id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà iwettaq spezzjonijiet tas-sigurtà jew monitoraġġ tas-sigurtà jew żjarat ta' valutazzjoni biex jiġi vverifikat jekk is-sigurtà tal-persunal tal-Kummissjoni, tal-assi u tal-informazzjoni li jaqgħu fir-responsabbiltà ta' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, aġenziji jew korpi, Stati Membri, Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, hijiex protetta b'mod xieraq f'konformità mar-regoli, regolamenti u standards ta' sigurtà li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk tal-Kummissjoni. Fejn xieraq u fi spirtu ta' kooperazzjoni tajba bejn l-amministrazzjonijiet, dawn l-ispezzjonijiet tas-sigurtà jkunu jinkludu wkoll spezzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-iskambju ta' informazzjoni kklassifikata ma' istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħra tal-Unjoni, ma' Stati Membri jew ma' Stati terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.

3.   Dan l-Artikolu jiġi implimentat, mutatis mutandis, għall-persunal tal-Kummissjoni f'Delegazzjonijiet tal-Unjoni, mingħajr ħsara għal kull arranġament speċjali bejn il-Kummissjoni u s-SEAE, bħalma hu l-arranġament speċjali ffirmat fit-28 ta' Mejju 2014 bejn il-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Siġurtà tal-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar id-dmir ta' diliġenza lejn il-persunal tal-Kummissjoni li jinsab f'Delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 16

Stati ta' Twissija u l-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi

1.   Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà huwa responsabbli biex jiddaħħlu fis-seħħ miżuri ta' stat ta' twissija xierqa b'antiċipazzjoni jew rispons għal theddidiet u inċidenti li jkollhom impatt fuq il-Kummissjoni jew għal miżuri meħtieġa għall-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi.

2.   Il-miżuri ta' stat ta' twissija msemmija fil-paragrafu 1 ikunu korrispondenti għal-livell ta' theddid għas-sigurtà. Il-livelli ta' stat ta' twissija jiġu definit f'kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi kompetenti ta' istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra tal-Unjoni, u tal-Istat Membru jew l-Istati Membri li jospitaw is-siti tal-Kummissjoni.

3.   Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà jkun il-punt ta' kuntatt għall-istati ta' twissija u l-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi.

KAPITOLU 4

ORGANIZZAZZJONI

Artikolu 17

Ir-responsabbiltajiet ġenerali tas-servizzi tal-Kummissjoni

1.   Ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni msemmija f'din id-Deċiżjoni jitħaddmu mid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà taħt l-awtorità u r-responsabbiltà tal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għas-sigurtà.

2.   L-arranġamenti speċifiċi rigward iċ-ċibersigurtà huma definiti fid-Deċiżjoni (2006) 3602.

3.   Ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u r-regoli implimentattivi tagħha u għall-konformità minn jum għal jum jistgħu jiġu ddelegati lil dipartimenti oħra tal-Kummissjoni, kull meta d-deċentralizzazzjoni tat-twassil tas-sigurtà tfisser aktar effiċjenza, iffrankar ta' riżorsi u ħin, pereżempju minħabba l-lokazzjoni ġeografika tas-servizzi kkonċernati.

4.   Fejn japplika l-paragrafu 3, id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà, u fejn ikun xieraq, id-Direttur Ġenerali tal-Informatika, jikkonkludu arranġamenti ma' servizzi individwali tal-Kummissjoni li jistabbilixxu b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki ta' sigurtà.

Artikolu 18

Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà

1.   Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà b'mod partikolari jkun responsabbli:

(1)

għall-iżvilupp tal-politika ta' sigurtà tal-Kummissjoni, tar-regoli ta' implimentazzjoni u l-avviżi ta' sigurtà;

(2)

għall-ġbir ta' informazzjoni bil-għan li ssir stima tat-theddid u r-riskji għas-sigurtà u dwar il-kwistjonijiet kollha li jista' jkollhom impatt fuq is-sigurtà fil-Kummissjoni;

(3)

biex jipprovdi sorveljanza elettronika u protezzjoni lis-siti kollha tal-Kummissjoni, billi jikkunsidra l-valutazzjonijiet tat-theddid u l-evidenza rigward attivitajiet mhux awtorizzati kontra l-interessi tal-Kummissjoni;

(4)

biex jipprovdi servizz ta' emerġenza 24siegħa/7 ijiem għas-servizzi u l-persunal tal-Kummissjoni għal kwalunkwe kwistjoni relatata mas-sikurezza u s-sigurtà;

(5)

għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' sigurtà li għandhom l-għan li jtaffu r-riskji għas-sigurtà u għall-iżvilupp u l-manutenzjoni xierqa tas-SKI biex tkopri l-ħtiġijiet operattivi tagħha, b'mod partikolari fl-oqsma ta' kontroll tal-aċċess fiżiku, l-amministrazzjoni ta' awtorizzazzjonijiet ta' sigurtà u t-trattament ta' informazzjoni sensittiva u klassifikata tal-UE;

(6)

biex jissensibilizza, jorganizza eżerċizzji u taħriġ u jipprovdi taħriġ u konsulenza dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mas-sigurtà fil-Kummissjoni, bil-ħsieb tal-promozzjoni ta' kultura ta' sigurtà u jinħoloq grupp ta' persunal imħarreġ kif jixraq fi kwistjonijiet ta' sigurtà.

2.   Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi u r-responsabbiltajiet ta' servizzi oħra tal-Kummissjoni, jiżgura kollegament estern:

(1)

mad-dipartimenti tas-sigurtà tal-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-Unjoni fuq kwistjonijiet dwar is-sigurtà tal-persuni, l-assi u l-informazzjoni fil-Kummissjoni;

(2)

ma' servizzi tas-sigurtà, intelligence u tal-valutazzjoni tat-theddid, inklużi l-awtoritajiet tas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri, tal-pajjiżi terzi u tal-organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali dwar kwistjonijiet li jaffettwaw is-sigurtà tal-persuni, l-assi u l-informazzjoni fil-Kummissjoni;

(3)

mal-pulizija u servizzi oħra ta' emerġenza rigward il-kwistjonijiet kollha ta' rutina u ta' emerġenza li jolqtu s-sigurtà tal-Kummissjoni;

(4)

mal-awtoritajiet ta' sigurtà tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni, ta' aġenziji u korpi, tal-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi fil-qasam tar-rispons għal attakki ċibernetiċi b'impatt potenzjali fuq is-sigurtà fil-Kummissjoni;

(5)

dwar it-twassil, il-valutazzjoni u t-tqassim ta' intelligence rigward theddid minn attivitajiet terroristiċi u spjunaġġ li għandhom impatt fuq is-sigurtà fil-Kummissjoni;

(6)

rigward kwistjonijiet li jirrigwardaw informazzjoni klassifikata, kif hemm speċifikat aktar fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (14).

3.   Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà huwa responsabbli għat-trażmissjoni sigura ta' informazzjoni mwettqa skont dan l-Artikolu, inkluż it-trażmissjoni ta' dejta personali.

Artikolu 19

Il-Grupp ta' Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni (ComSEG)

Jiġi stabbilit Grupp ta' Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, b'mandat li jagħti pariri lill-Kummissjoni, fejn xieraq, dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw il-politika tas-sigurtà interna tagħha u b'mod aktar partikolari dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 20

Uffiċjali għas-Sigurtà Lokali (LSOs)

1.   Kull dipartiment jew Kabinett tal-Kummissjoni jaħtar Uffiċjal tas-Sigurtà Lokali (Local Security Officer — LSO), li jaġixxi bħala l-punt ewlieni ta' kuntatt bejn is-servizz tiegħu u d-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mas-sigurtà fil-Kummissjoni. Fejn xieraq jista' jinħatar viċi LSO wieħed jew aktar. L-LSO jkun uffiċjal jew aġent temporanju.

2.   Bħala l-punt ta' kuntatt ewlieni tad-dipartiment jew Kabinett tiegħu fl-Kummissjoni dwar is-sigurtà, l-LSO, f'intervalli regolari, jirrapporta lid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà u lill-ġerarkija tiegħu dwar kwistjonijiet ta' sigurtà li jinvolvu lid-dipartiment tiegħu fil-Kummissjoni u, minnufih, dwar kwalunkwe inċident ta' sigurtà, inkluż dawk fejn l-IKUE jew informazzjoni sensittiva mhux klassifikata jistgħu jkunu ġew kompromessi.

3.   Għal kwistjonijiet relatati mas-sigurtà ta' sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni, L-LSO jżomm kuntatt mal-Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Informatika Lokali (Local Informatics Security Officer -LISO) tad-dipartiment tiegħu fil-Kummissjoni, li r-rwol u r-responsabbiltajiet tiegħu huma stabbiliti fid-Deċiżjoni C (2006) 3602.

4.   Huwa jikkontribwixxi għal attivitajiet ta' taħriġ u sensibilizzazzjoni tas-sigurtà billi jindirizza l-bżonnijiet speċifiċi tal-persunal, il-kuntratturi u individwi oħra li jaħdmu taħt l-awtorità tad-dipartiment tiegħu fil-Kummissjoni.

5.   L-LSO jista' jiġi assenjat kompiti speċifiċi f'każijiet ta' riskji kbar jew immedjati għas-sigurtà jew ta' emerġenzi fuq talba tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà. Id-Direttur Ġenerali jew id-Direttur tar-Riżorsi Umani tad-Direttorat Ġenerali lokali tal-LSO jiġi mgħarraf b'dawn il-kompiti speċifiċi mid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà.

6.   Ir-responsabbiltajiet tal-LSO jkunu mingħajr preġudizzju għar-rwol u r-responsabbiltajiet assenjati lill-Uffiċjali tas-Sigurtà tal-Informatika Lokali (LISOs), il-Maniġers tas-Saħħa u s-Sikurezza, l-Uffiċjali tal-Kontroll tar-Reġistri (Registry Control Officers — RCOs) jew kwalunkwe funzjoni oħra li timplika responsabbiltajiet relatati mas-sigurtà jew is-sikurezza. L-LSO jżomm kuntatt magħhom sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti u konsistenti lejn is-sigurtà u fluss effiċjenti ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà fil-Kummissjoni.

7.   L-LSO jkollu aċċess dirett għal Direttur Ġenerali jew il-Kap tas-Servizz tiegħu, filwaqt li jinforma lill-ġerarkija diretta tiegħu. Huwa jkollu awtorizzazzjoni ta' sigurtà biex jaċċessal-IKUE, tal-inqas sal-livell ta' SECRET UE/EU SECRET.

8.   Sabiex jippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki, id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà jorganizza konferenza għall-LSOs mill-inqas darbtejn fis-sena. L-attendenza tal-LSOs f'dawn il-konferenzi hija obbligatorja.

KAPITOLU 5

IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 21

Regoli ta' implimentazzjoni u avviżi ta' sigurtà

1.   Kif meħtieġ, l-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ser tkun s-suġġett ta' deċiżjoni tal-għoti ta' setgħa tal-Kummissjoni favur il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għal kwistjonijiet ta' sigurtà, f'konformità sħiħa mar-regoli ta' proċedura interni.

2.   Wara li jingħata s-setgħa b'segwitu għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq, il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet ta' sigurtà jista' jiżviluppa l-avviżi ta' sigurtà li jistabbilixxu linji gwida ta' sigurtà u l-aħjar prattiki fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.

3.   Il-Kummissjoni tista' tiddelega l-kompiti msemmija fl-ewwel u t-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu lid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà permezz ta' deċiżjoni ta' delega, f'konformità sħiħa mar-regoli ta' proċedura interni.

KAPITOLU 6

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U MIXXELLANJI

Artikolu 22

L-ipproċessar ta' dejta personali

1.   Il-Kummissjoni tipproċessa d-dejta personali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.   Minkejja l-miżuri diġà fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u nnotifikati lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (15), kwalunkwe miżura skont din id-Deċiżjoni li tinvolvi l-ipproċessar ta' dejta personali, bħal dik li tirrigwarda r-reġistru tal-aċċess u l-ħruġ, ir-reġistrazzjonijiet b'CCTV, ir-reġistrazzjonijiet tat-telefonati lill-uffiċċji tas-servizz jew iċ-ċentri tad-dispaċċ u dejta simili, li huma meħtieġa għal raġunijiet ta' sigurtà jew ta' rispons għall-kriżijiet, ikunu soġġetti għal regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 21, li jistabbilixxi salvagwardji xierqa għas-suġġetti tad-dejta.

3.   Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà huwa responsabbli għas-sigurtà ta' kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali li jsir fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni.

4.   Dawn ir-regoli u proċeduri ta' implimentazzjoni jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Dejta u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 23

Trasparenza

Din id-Deċiżjoni u r-regoli implimentattivi tagħha jinġiebu għall-attenzjoni tal-persunal tal-Kummissjoni u tal-individwi kollha li japplikaw għalihom.

Artikolu 24

Revoka tad-Deċiżjonijiet preċedenti

Id-Deċiżjoni C(94) 2129 hija mħassra.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ara “Arrangement entre le Gouvernement belge et le Parlement européen, le Conseil, la Commission, le Comité économique et social européen, le Comité des régions, la Banque européenne d'investissement en matière de sécurité” (Arranġament bejn il-Gvern Belġjan u l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Bank Ewropew tal-Investiment dwar is-sigurtà) tal-31 ta' Diċembru 2004, l-“Accord de sécurité signé entre la Commission et le Gouvernement luxembourgeois” (Il-ftehim dwar is-sigurtà bejn il-Kummissjoni u l-Gvern Lussemburgiż) tal-20 ta' Jannar 2007, u l-“Accordo tra il Governo Italiano e la Commissione europea dell' energia atomica (Euratom) per l'istituzione di un Centro Comune di Ricerche nucleari di competenza generale” (il-Ftehim bejn il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni Ewropea tal-Enerġija Atomika (euratom) għat-twaqqif ta' Ċentru Konġunt ta' Riċerka Nukleari b'kompetenza ġenerali) tat-22 ta' Lulju 1959.

(2)  DPO-914.2, DPO-93.7, DPO-153.3, DPO-870.3, DPO-2831.2, DPO-1162.4, DPO-151.3, DPO-3302.1, DPO-508.6, DPO-2638.3, DPO-544.2, DPO-498.2, DPO-2692.2, DPO-2823.2.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (94) 2129 tat-8 ta' Settembru 1994 dwar il-kompiti tal-Uffiċċju tas-Sigurtà.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (Ir-Regolamenti tal-Istaff) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

(6)  Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà 2013/C 190/01 tad-19 ta' April 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU C 190, 29.6.2013, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/47/KE, KEFA, Euratom tat-23 ta' Jannar 2002 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tagħha (ĠU L 21, 24.1.2002, p. 23) flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tad-dokumenti.

(8)  Id- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/563/KE, Euratom tas-7 ta' Lulju 2004 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tagħha (ĠU L 251, 27.7.2004, p. 9) flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar id-dokumenti elettroniċi u diġitalizzati.

(9)  C (2006) 1623 tal-21 ta' April 2006 li tistabbilixxi politika armonizzata fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għal persunal kollu tal-Kummissjoni Ewropea.

(10)  C (2006) 3602 tas-16 ta' Awwissu 2006 dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni użati mill-Kummissjoni Ewropea.

(11)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43)

(13)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ara l-paġna 53 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(15)  DPO-914.2, DPO-93.7, DPO-153.3, DPO-870.3, DPO-2831.2, DPO-1162.4, DPO-151.3, DPO-3302.1, DPO-508.6, DPO-2638.3, DPO-544.2, DPO-498.2, DPO-2692.2, DPO-2823.2.


17.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2015/444

tat-13 ta' Marzu 2015

dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattati, u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dispożizzjonijiet ta' sigurtà tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea (IKUE) jeħtieġ li jiġu rieżaminati u aġġornati, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi istituzzjonali, organizzazzjonali, operazzjonali u teknoloġiċi.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea daħlet fi ftehimiet dwar kwistjonijiet ta' sigurtà għas-siti ewlenin tagħha mal-Gvernijiet tal-Belġju, tal-Lussemburgu u tal-Italja (1)

(3)

Il-Kummissjoni, il-Kunsill u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna huma impenjati li japplikaw standards ta' sigurtà ekwivalenti biex tiġi protetta l-IKUE.

(4)

Huwa importanti li skont il-każ, il-Parlament Ewropew u istituzzjonijiet tal-Unjoni, aġenziji, korpi jew uffiċċji oħra tal-UE jkunu assoċajti mal-prinċipji, l-istandards u r-regoli għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata, li huma meħtieġa sabiex jiġu protetti l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

(5)

Ir-riskju għall-IKUE jiġi ġestit bħala proċedura. Din il-proċedura għandha l-għan li tiddetermina r-riskji ta' sigurtà magħrufin, tiddefinixxi l-miżuri ta' sigurtà sabiex jitnaqqsu dawn ir-riskji għal livell aċċettabbli skont il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, u li tapplika fil-fond dawn il-miżuri f'konformità mal-kunċett ta' difiża. L-effikaċja ta' dawn il-miżuri tiġi evalwata kontinwament.

(6)

Fil-Kummissjoni, is-sigurtà fiżika li għandha l-għan li tipproteġi l-informazzjoni klassifikata sseħħ billi jiġu applikati l-miżuri protettivi fiżiċi u tekniċi intiżi biex jiġi evitat l-aċċess mhux awtorizzat għall-IKUE.

(7)

Il-ġestjoni tal-IKUE hija l-applikazzjoni ta' miżuri amministrattivi għall-ikkontrollar tal-IKUE matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha sabiex jiġu ssupplementati l-miżuri previsti fil-Kapitoli 2, 3 u 5 ta' din id-Deċiżjoni u b'hekk jgħinu biex id-dannu jew it-telf intenzjonat jew aċċidentali ta' din l-informazzjoni jiġi skoraġġut, identifikat u rkuprat. Tali miżuri jirrelataw b'mod partikolari għall-ħolqien, il-ħżin, ir-reġistrazzjoni, l-ikkuppjar, it-traduzzjoni, it-tnaqqis fil-grad, id-deklassifikazzjoni, il-ġarr u l-qerda tal-IKUE, u dawn jissupplimentaw ir-regoli ġenerali dwar il-ġestjoni tad-dokumenti tal-Kummissjoni (id-Deċiżjonijiet 2002/47/KE (2), KEFA, Euratom u 2004/563/KE, Euratom (3)).

(8)

Id-dispożizzjoni ta' din id-Deċiżjoni tkun bla ħsara għal:

(a)

Ir-Regolament (Euratom) Nru 3 (4);

(b)

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll (5);

(c)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll (6);

(d)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83 (7),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU 1

IL-PRINĊIPJI BAŻIĊI U L-ISTANDARDS MINIMI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Dipartiment tal-Kummissjoni” tfisser kull Direttorat Ġenerali jew Servizz tal-Kummissjoni, jew kull Kabinett ta' Membru tal-Kummissjoni;

(2)

“materjal kriptografiku (Kripto)” tfisser algoritmi kriptografiċi, hardware kriptografiku u moduli tas-software, u prodotti li jkollhom id-dettalji tal-implimentazzjoni u d-dokumenti assoċjati kif ukoll il-materjal ta' kodifika;

(3)

“deklassifikazzjoni” tfisser it-tneħħija ta' kull klassifikazzjoni tas-sigurtà;

(4)

“difiża fil-fond” tfisser l-applikazzjoni ta' firxa ta' miżuri tas-sigurtà organizzati bħala saffi multipli ta' difiża;

(5)

“dokument” tfisser kull informazzjoni rreġistrata, tkun xi tkun il-forma fiżika jew il-karatteristiċi tagħha;

(6)

“tnaqqis fil-grad” tfisser tnaqqis fil-livell tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà;

(7)

it-“trattament” tal-IKUE tfisser kull azzjoni possibbli li għaliha l-IKUE tista' tkun suġġetta matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha. Dan ikopri l-ħolqien, ir-reġistrazzjoni, l-ipproċessar, il-ġarr, it-tnaqqis fil-grad, id-deklassifikazzjoni u l-qerda tagħha. Meta marbut mas-Sistemi tal-Komunikazzjoni u l-Informazzjoni (SKI), it-trattament ikopri wkoll il-ġbir, il-wiri, it-trażmissjoni u l-ħżin tagħha;

(8)

“detentur” tfisser individwu debitament awtorizzat li jkollu stabbilit il-ħtieġa li jkun jaf min għandu l-pussess ta' attribut tal-IKUE, u huwa għaldaqstant responsabbli li jipproteġih;

(9)

“regoli ta' implimentazzjoni” tfisser kwalunkwe sett ta' regoli jew avviżi ta' sigurtà adottati skont il-Kapitolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (8);

(10)

“materjal” tfisser kwalunkwe mezz, trasportatur tad-dejta jew oġġett ta' makkinarju jew ta' tagħmir, kemm jekk manifatturat kif ukoll jekk fil-proċedura tal-manifattura;

(11)

“oriġinatur” tfisser istituzzjoni, aġenzija jew korp tal-Unjoni, Stat Membru, stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali li taħt l-awtorità tagħha tkun inħolqot u/jew ġiet introdotta informazzjoni klassifikata fl-istrutturi tal-Unjoni;

(12)

“siti” tfisser kwalunkwe proprjetà immobbli jew assimilata u l-possessjonijiet tal-Kummissjoni;

(13)

il-“proċedura tal-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà” tfisser il-proċedura intiera tal-identifikazzjoni, il-kontroll u l-minimizzar ta' avvenimenti inċerti li jistgħu jaffettwaw s-sigurtà ta' organizzazzjoni jew ta' xi sistema li hija tuża. Din tkopri kompletament l-attivitajiet relatati mar-riskju, inklużi l-valutazzjoni, it-trattament, l-aċċettazzjoni u l-komunikazzjoni;

(14)

“Regolamenti tal-Persunal” tfisser ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (9);

(15)

“theddida” tfisser il-kawża potenzjali ta' inċident mhux mixtieq li jista' jirriżulta fi ħsara għal organizzazzjoni jew għal xi waħda mis-sistemi li din tuża; dawn it-theddidiet jistgħu jkunu aċċidentali jew intenzjonati (malizzjużi) u huma kkaratterizzati minn elementi ta' theddid, miri potenzjali u metodi ta' attakk;

(16)

“vulnerabbiltà” tfisser dgħufija ta' kwalunkwe natura li tista' tiġi sfruttata minn theddida jew aktar. Vulnerabbiltà tista' tkun ommissjoni jew tista' tkun relatata ma' dgħufija fil-kontrolli f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa, mal-kompletezza jew mal-konsistenza tagħhom, u tista' tkun ta' natura teknika, proċedurali, fiżika jew operattiva.

Artikolu 2

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi ta' sigurtà għall-protezzjoni tal-IKUE.

2.   Din id-Deċiżjoni tapplika għad-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni u fis-siti kollha tal-Kummissjoni.

3.   Minkejja kull indikazzjoni speċifika li tirrigwarda gruppi partikulari tal-persunal, din id-Deċiżjoni tapplika għall-Membri tal-Kummissjoni, għall-persunal tal-Kummissjoni taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej, għall-esperti nazzjonali ssekondati (SNEs) mal-Kummissjoni, għall-fornituri tas-servizzi u l-impjegati tagħhom, għall-apprendisti u għal kwalunkwe individwu li għandu aċċess għall-bini tal-Kummissjoni jew għal assi oħra, jew għall-informazzjoni li tiġi ġestita mill-Kummissjoni.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jkunu bla ħsara għad-Deċiżjoni 2002/47/KE, KEFA, Euratom u d-Deċiżjoni 2004/563/KE, Euratom.

Artikolu 3

Id-Definizzjoni tal-IKUE, tal-klassifikazzjonijiet tas-sigurtà u l-immarkar għas-sigurtà

1.   “Informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea” (IKUE) tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal indikati bi klassifikazzjoni tas-sigurtà tal-UE, li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jikkawża gradi differenti ta' preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru jew ta' aktar.

2.   L-IKUE tiġi kklassifikata f'wieħed mil-livelli li ġejjin:

(a)   TRES SECRET UE/EU TOP SECRET: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jikkaġuna preġudizzju eċċezzjonalment gravi għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru jew ta' aktar.

(b)   SECRET UE/EU SECRET: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jikkaġuna dannu serju għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru jew ta' aktar.

(c)   CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jikkaġuna dannu għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru jew ta' aktar;

(d)   RESTREINT UE/EU RESTRICTED: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jkun ta' żvantaġġ għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru jew ta' aktar.

3.   L-IKUE jkollha marka ta' klassifikazzjoni ta' sigurtà skont il-paragrafu 2. Hija jista' jkollha marki addizzjonali li ma jkunux marki ta' klassifikazzjoni, iżda huma intiżi biex jindikaw il-qasam ta' attività relatat magħha, jidentifikaw l-oriġinatur, jillimitaw id-distribuzzjoni, jirrestrinġu l-użu jew jindikaw ir-rilaxxabilità.

Artikolu 4

Ġestjoni tal-klassifikazzjoni

1.   Kull Membru tal-Kummissjoni jew dipartiment tal-Kummissjoni jiżgura li l-IKUE li joħloq, hija kklassifikata kif suppost, identifikata b'mod ċar bħala IKUE u żżomm il-livell ta' klassifikazzjoni sakemm ikun meħtieġ biss.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 26 ta' hawn taħt, la l-IKUE, ma titnaqqas fil-grad jew tiġi deklassifikata, u lanqas kull marka ta' klassifikazzjoni tas-sigurtà imsemmija fl-Artikolu 3(2), ma tiġi mmodifikata jew imneħħija mingħajr il-permess bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur.

3.   Fejn xieraq, regoli ta' implimentazzjoni dwar il-ġestjoni tal-IKUE, inkluża gwida ta' klassifikazzjoni prattika, jiġu adottati skont l-Artikolu 60 ta' hawn taħt.

Artikolu 5

Il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata

1.   L-IKUE tkun protetta skont din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha.

2.   Id-detentur ta' kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE jkun responsabbli li jipproteġiha skont din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha, u skont ir-regoli stipulati fil-Kapitolu 4 ta' hawn taħt.

3.   Meta l-Istati Membri jintroduċu informazzjoni klassifikata fl-istrutturi jew fin-netwerks tal-Kummissjoni li l-marka ta' klassifikazzjoni tagħha tkun sigurtà nazzjonali, il-Kummissjoni tipproteġi din l-informazzjoni skont ir-rekwiżiti applikabbli għall-IKUE tal-istess livell, kif stabbilit fit-tabella ta' ekwivalenza tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà li tinsab fl-Anness I.

4.   Aggregat ta' IKUE jista' jkun jeħtieġ livell ta' protezzjoni li jikkorrispondi għal klassifikazzjoni ogħla minn dak tal-komponenti individwali tiegħu.

Artikolu 6

Il-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà

1.   Il-miżuri tas-sigurtà sabiex tiġi protetta l-IKUE matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha jkunu proporzjonati b'mod partikolari mal-klassifikazzjoni tas-sigurtà, il-forma u l-volum tal-informazzjoni jew il-materjal tagħha, il-lokazzjoni u l-kostruzzjoni ta' faċilitajiet li jħaddnu l-IKUE u t-theddida, li tkun evalwata lokalment, minn attivajiet malizzjużi u/jew kriminali, inkluż l-ispjunaġġ, is-sabutaġġ u t-terroriżmu.

2.   Il-pjanijiet ta' kontinġenza jieħdu inkonsiderazzjoni l-ħtieġa li l-IKUE tiġi protetta f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza sabiex jiġi evitat l-aċċess mhux awtorizzat, l-iżvelar jew it-telf ta' integrità jew ta' disponibbiltà.

3.   Miżuri preventivi u ta' rkupru sabiex jiġi minimizzat l-impatt ta' fallimenti jew ta' inċidenti kbar fuq l-immaniġjar u l-ħżin tal-IKUE, jiġu inklużi fil-pjanijiet tal-kontinwità tan-negozju tas-servizzi kollha.

Artikolu 7

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni

1.   Fejn meħtieġ, regoli ta' implimentazzjoni li jissupplimentaw jew jappoġġaw din id-Deċiżjoni jiġu adottati skont l-Artikolu 60 ta' hawn taħt.

2.   Id-dipartimenti tal-Kummissjoni jieħdu l-miżuri neċessarji kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom sabiex jiżguraw li meta tiġi ttrattata jew maħżuna l-IKUE, jew kwalunkwe informazzjoni klassifikata oħra, jiġu applikati din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni rilevanti.

3.   Il-miżuri ta' sigurtà meħuda fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni jkunu konformi mal-prinċipji tas-sigurtà fil-Kummissjoni stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/443.

4.   Id-Direttur Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà jwaqqaf l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni fid-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà. L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni jkollha r-responsabbiltajiet assenjati lilha minn din id-Deċiżjoni u mir-regoli ta' implimentazzjoni tagħha.

5.   F'kull dipartiment tal-Kummissjoni, l-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali (LSO), kif imsemmi fl-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/443, jkollu dawn ir-responsabilitajiet kollha għall-protezzjoni tal-IKUE skont din id-Deċiżjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà:

(a)

il-ġestjoni tat-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet ta' sigurtà għall-persunal;

(b)

jikkontribwixxi fit-taħriġ dwar is-sigurtà u fis-sessjonijiet ta' għarfien;

(c)

jissupervizza lill-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru (RCO) tad-dipartiment;

(d)

jirrapporta dwar il-ksur tas-sigurtà u meta tiġi kompromessal-IKUE;

(e)

iżomm sett ċwievet żejda u rekord bil-miktub ta' kull kombinazzjoni;

(f)

jidħol għal kompiti oħra relatati mal-protezzjoni tal-IKUE jew stipulati fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 8

Il-ksur ta' sigurtà u meta tiġi kompromessal-IKUE

1.   Il-ksur tas-sigurtà jseħħ bħala r-riżultat ta' att jew ommissjoni minn individwu li jmur kontra r-regoli tas-sigurtà stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u fir-regoli ta' implimentazzjoni tagħha.

2.   L-IKUE tiġi kompromessa meta, bħala riżultat ta' ksur ta' sigurtà, tkun ġiet żvelata parti minnha, jew kollha kemm hi, lil persuni mhux awtorizzati.

3.   Kwalunkwe ksur jew suspett ta' ksur ta' sigurtà jiġi rrappurtat immedjatament lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni.

4.   Meta jkun magħruf jew meta jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jassumi li l-IKUE ġiet kompromessa jew mitlufa, issir inkjesta dwar is-sigurtà skont l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/443.

5.   Jittieħdu l-miżuri adegwati kollha biex:

(a)

jiġi infurmat l-oriġinatur;

(b)

jiġi żgurat li l-każ jiġi investigat minn persunal li ma jkunx ikkonċernat direttament bil-ksur sabiex jistabbilixxi l-fatti;

(c)

jiġi vvalutat id-dannu potenzjali kkawżat għall-interessi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri;

(d)

jittieħdu miżuri xierqa biex ma terġax isseħħ; u

(e)

l-awtoritajiet adattati jiġu nnotifikati bl-azzjoni meħuda.

6.   Kwalunkwe individwu li huwa responsabbli mill-ksur tar-regoli ta' sigurtà stabbiliti f'din id-Deċiżjoni jista' jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari skont ir-regolamenti tal-Persunal. Kwalunkwe individwu responsabbli li kkomprometta jew tilef IKUE jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari u/jew legali skont il-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli.

KAPITOLU 2

IS-SIGURTÀ TAL-PERSUNAL

Artikolu 9

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:

(1)

“awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-IKUE” tfisser deċiżjoni tal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni li tittieħed abbażi ta' assigurazzjoni mogħtija minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru li uffiċjal, aġent ieħor jew espert nazzjonali sekondat tal-Kummissjoni, jista', dment li “il-ħtieġa li jkun jaf” tkun ġiet iddeterminata u jkun ġie infurmat adegwatament dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu, jingħata aċċess għall-IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla) sa data speċifikata; l-individwu hekk deskritt jingħad li jkun “awtorizzat għas-sigurtà”.

(2)

l-“awtorizzazzjoni ta' sigurtà għall-persunal” hija l-applikazzjoni ta' miżuri sabiex jiġi żgurat li l-aċċess għall-IKUE tingħata biss lil individwi li:

(a)

jkollhom il-ħtieġa li jkunu jafu;

(b)

ingħataw l-awtorizzazzjoni ta' sigurtà sal-livell rilevanti, skont il-każ; u

(c)

ikunu ġew infurmati dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom.

(3)

L-“Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal” (PSC) tfisser dikjarazzjoni minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru li ssir wara t-tlestija ta' investigazzjoni tas-sigurtà mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru u li tiċċertifika li individwu jista', sakemm tkun ġiet iddeterminata “il-ħtieġa li jkun jaf” kif ukoll ikun ġie infurmat kif xieraq dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu, jingħata aċċess għall-IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla) sa data speċifikata;

(4)

“Ċertifikat ta' Approvazzjoni ta' Sigurtà tal-Persunal” (PSCC) tfisser ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti li tistabbilixxi li individwu għandu approvazzjoni tas-sigurtà valida jew awtorizzazzjoni tas-sigurtà mill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni li turi l-livell ta' IKUE li għalih dan l-individwu jista' jingħata aċċess (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), il-perjodu ta' validità tal-approvazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni ta' sigurtà relevanti, u d-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat innifsu.

(5)

“investigazzjoni tas-sigurtà” tfisser il-proċeduri investigattivi mwettqa mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tiegħu sabiex tinkiseb assigurazzjoni li ma hemm xejn avvers magħruf li jista' jipprevjeni individwu milli jingħata approvazzjoni ta' sigurtà sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla).

Artikolu 10

Prinċipji Bażiċi

1.   Individwu jingħata biss aċċess għall-IKUE wara li:

(1)

l-ħtieġa li jkun jaf tkun ġiet determinata;

(2)

ikun ġie infurmat dwar ir-regoli ta' sigurtà biex tiġi protetta l-IKUE, l-istandards ta' sigurtà relevanti u l-linji gwida, u jkun irrikonoxxa r-responsabbiltajiet tiegħu fir-rigward tal-protezzjoni ta' din l-informazzjoni;

(3)

ikun ġie awtorizzat għas-sigurtà sal-livell relevanti jew inkella jkun awtorizzat kif dovut bis-saħħa tal-funzjonijiet tiegħu, għall-informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

2.   L-individwi kollha li dmirijiethom jistgħu jitolbu li jkollhom aċċess għall-IKUE li tkun ikklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, jkunu awtorizzati għas-sigurtà sal-livell rilevanti qabel ma jingħataw aċċess għal din l-IKUE. L-individwu kkonċernat jagħti l-kunsens bil-miktub li huwa jaqa' taħt il-proċedura ta' approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal. Jekk ma jagħmilx dan ifisser li l-individwu ma jistax jiġi assenjat post, funzjoni jew kompitu li jinvolvu l-aċċess għall-informazzjoni kklassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla.

3.   Il-proċeduri ta' approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal jiġu mfassla b'tali mod li jiddeterminaw jekk individwu jistax ikun awtorizzat biex ikollu aċċess għal IKUE, wara li jiġu kkunsidrati l-lealtà, il-fiduċja u l-affidabbiltà tiegħu.

4.   Il-lealtà, il-fiduċja u l-affidabilità ta' individwu sabiex jingħata approvazzjoni tas-sigurtà għall-aċċess tal-informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla tiġi ddeterminata permezz ta' investigazzjoni ta' sigurtà mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tiegħu.

5.   L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tkun hi biss responsabbli mill-kuntatt mal-awtoritajiet tas-sigurtà nazzjonali (national security authorities, “NSAs”) jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra fil-kuntest tal-kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-approvazzjoni tas-sigurtà. Il-kuntatti kollha bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-persunal tagħhom u l-NSAs kif ukoll awtoritajiet kompetenti oħra jsiru permezz tal-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni.

Artikolu 11

Il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tas-sigurtà

1.   Kull Direttur Ġenerali jew kap ta' servizz fil-Kummissjoni jidentifika l-pożizzjonijiet fid-dipartiment tiegħu li għalihom id-detenturi jeħtieġ li jkollhom aċċess għall-informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, u għaldaqstant jeħtieġ li jkollhom l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà.

2.   Hekk kif isir magħruf li individwu jkun se jinħatar għal kariga li għaliha hemm bżonn ta' aċċess għall-informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, l-LSO tad-dipartiment tal-Kummissjoni kkonċernat jinforma lill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, u dan jibgħat lill-individwu l-kwestjonarju għall-approvazzjoni tas-sigurtà maħruġ mill-NSA tal-Istat Membru li abbażi tan-nazzjonalità tiegħu l-individwu jkun ġie maħtur bħala membru tal-persunal tal-istituzzjonijiet Ewropej. L-individwu jagħti l-kunsens bil-miktub li huwa jaqa' taħt il-proċedura ta' approvazzjoni tas-sigurtà u jibgħat lura l-kwestjonarju mimli fl-inqas żmien possibbli lill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni.

3.   L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tgħaddi l-kwestjonarju għall-approvazzjoni tas-sigurtà lill-NSA tal-Istat Membru li abbażi tan-nazzjonalità tiegħu jkun ġie maħtur bħala membru tal-persunal tal-istituzzjonijiet Ewropej, u titlob li titwettaq investigazzjoni tas-sigurtà għal-livell ta' IKUE li għalih l-individwu se jkun jeħtieġ l-aċċess.

4.   Meta l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tkun taf b'informazzjoni dwar individwu li applika għall-approvazzjoni tas-sigurtà, li għandha x'taqsam mal-investigazzjoni tas-sigurtà, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni filwaqt li taġixxi skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, tinnotifika lill-NSA kompetenti dwarha.

5.   Wara li titlesta l-investigazzjoni tas-sigurtà, u kemm jista' jkun malajr wara li tkun ġiet innotifikata mill-NSA rilevanti bl-evalwazzjoni ġenerali tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tas-sigurtà, l-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni:

(a)

tista' tagħti lill-individwu kkonċernat awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-IKUE u tawtorizza aċċess għall-IKUE sal-livell rilevanti sa data speċifikata minnu stess iżda għall-massimu ta' ħames (5) snin, meta l-investigazzjoni tas-sigurtà tirriżulta f'assigurazzjoni li xejn avvers li jista' jqajjem dubju dwar il-lealtà, il-fiduċja u l-affidabilità tal-individwu ma huwa magħruf;

(b)

meta l-investigazzjoni tas-sigurtà ma tirriżultax f'assigurazzjoni bħal din, skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, tinnotifika lill-individwu kkonċernat, li jista' jitlob sabiex jinstema' mill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, li min-naħa tagħha tista' titlob lill-NSA kompetenti jekk tistax tagħti aktar kjarifiki skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħha. Jekk l-eżitu tal-investigazzjoni tas-sigurtà jiġi kkonfermat, l-awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-IKUE ma tinħariġx.

6.   L-investigazzjoni ta' sigurtà flimkien mar-riżultati miksuba jkunu suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, inklużi dawk li jikkonċernaw appelli. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jkunu suġġetti għal appelli skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

7.   Il-Kummissjoni taċċetta l-awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-IKUE mogħtija minn kwalunkwe istituzzjoni, korp jew aġenzija oħra tal-Unjoni, sakemm din tkun valida. L-awtorizzazzjonijiet ikopru kwalunkwe kompitu tal-individwu kkonċernat fil-Kummissjoni. L-istituzzjoni, il-korp jew l-aġenzija tal-Unjoni li fiha l-individwu jkun ser jibda impjieg tinnotifika lill-NSA rilevanti bil-bidla tal-impjegatur.

8.   Jekk perjodu ta' servizz ta' individwu ma jibdix fi żmien 12-il xahar min-notifika tal-eżitu tal-investigazzjoni tas-sigurtà lill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, jew jekk ikun hemm pawża ta' 12-il xahar fis-servizz ta' individwu, li matul dan iż-żmien ma jkunx impjegat mal-Kummissjoni jew ma xi istituzzjoni, korp jew aġenzija oħra tal-Unjoni, jew f'kariga fl-amministrazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tirreferi l-każ lill-NSA rilevanti sabiex tikkonferma li l-approvazzjoni tas-sigurtà għadha valida u f'lokha.

9.   Meta l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tkun taf b'informazzjoni dwar riskju għas-sigurtà kkawżat minn individwu li jkollu awtorizzazzjoni tas-sigurtà valida, l-Awtorità għas-Sigurtà, filwaqt li taġixxi skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, tinnotifika b'dan lill-NSA rilevanti.

10.   Meta NSA tinnotifika lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni li ġiet irtirata l-assigurazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 5(a) ta' individwu li għandu awtorizzazzjoni valida għall-aċċess għall-IKUE, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tista' titlob għal kwalunkwe kjarifika li l-NSA tista' tipprovdi skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħha. Jekk l-informazzjoni negattiva tiġi kkonfermata mill-NSA rilevanti, l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tiġi irtirata u l-individwu jiġi eskluż mill-aċċess għall-IKUE u minn karigi fejn dan l-aċċess ikun possibbli, jew fejn jista' jikkomprometti s-sigurtà.

11.   Kull deċiżjoni, li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, sabiex l-awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-IKUE ta' individwu tiġi rtirata jew sospiża, u jekk ikun il-każ ir-raġunijiet għal dan, tiġi nnotifikata lill-individwu kkonċernat, li jista' jitlob li jinstema' mill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. L-informazzjoni pprovduta mill-NSA tkun suġġetta għal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat. Id-deċiżjonijiet magħmula f'dan il-kuntest mill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jkunu suġġetti għal appelli skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

12.   Id-dipartimenti tal-Kummissjoni jiżguraw li l-esperti nazzjonali ssekondati lilhom għal pożizzjoni li titlob awtorizzazzjoni tas-sigurtà għall-aċċess għall-IKUE, jippreżentaw qabel ma jibdew ħidmiethom, ASP jew Ċertifikat ta' Approvazzjoni ta' Sigurtà tal-Persunal (“ĊASP”) validu, skont il-liġi u r-regolamenti nazzjonali, lill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, li abbażi tiegħu, tagħti awtorizzazzjoni tas-sigurtà għall-aċċess għall-IKUE sal-livell ekwivalenti għal dak imsemmi fl-approvazzjoni tas-sigurtà nazzjonali, li tibqa' valida l-aktar sakemm iddum ħidmiethom.

13.   Il-Membri tal-Kummissjoni, li għandhom aċċess għall-IKUE minħabba l-funzjonijiet tagħhom abbażi tat-Trattat, jiġu infurmati dwar l-obbligi ta' sigurtà tagħhom sabiex tiġi protetta l-IKUE.

14.   Ir-rekords dwar l-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà mogħtija għall-aċċess tal-IKUE jinżammu mill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni f'konformità ma din id-Deċiżjoni. Dawn ir-rekords ikollhom mill-inqas il-livell tal-IKUE li individwu jista' jingħata aċċess għaliha, id-data li fiha ngħatat l-approvazzjoni tas-sigurtà u l-perijodu ta' validità tagħha.

15.   L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tista' toħroġ PSCC li juri l-livell tal-IKUE li individwu jista' jingħata aċċess għaliha (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), id-data ta' validità tal-awtorizzazzjoni rilevanti għall-aċċess għall-IKUE, u d-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat innifsu.

16.   Wara l-għoti inizjali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sigurtà u dejjem jekk l-individwu kellu servizz mingħajr interruzzjoni mal-Kummissjoni Ewropea jew ma' istituzzjoni, korp jew aġenzija oħra tal-Unjoni, u jkollu bżonn li kontinwament ikollu aċċess għall-IKUE, l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà għall-aċċess għall-IKUE, bħala regola ġenerali, tkun rieżaminata għal tiġdid kull ħames snin mid-data ta' notifika tar-riżultat tal-aħħar investigazzjoni ta' sigurtà li kienet ibbażata fuqu.

17.   L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tista' testendi l-validità tal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà eżistenti għal perijodu ta' 12-il xahar l-aktar, jekk ma tasal l-ebda informazzjoni negattiva mill-NSA rilevanti jew minn awtorità nazzjonali kompetenti oħra fi żmien xahrejn mid-data tat-trażmissjoni tat-talba għal tiġdid u tal-kwestjonarju korrispondenti dwar l-approvazzjoni għas-sigurtà. Jekk, fl-aħħar ta' dan il-perijodu ta' 12-il xahar l-NSA rilevanti jew xi awtorità nazzjonali kompetenti oħra ma jkunux innotifikaw lill-Awtorità ta' Sigurtà tal-Kummissjoni dwar l-opinjoni tagħhom, l-individwu jiġi assenjat kompiti li ma jeħtiġux awtorizzazzjoni ta' sigurtà.

Artikolu 12

Il-laqgħat informattivi dwar l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà

1.   Wara li jkunu pparteċipaw fil-laqgħat informattivi dwar l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà organizzati mill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, l-individwi kollha li jkunu ngħataw l-awtorizzazzjoni ta' sigurtà jridu jirrikonoxxu bil-miktub li huma fehmu l-obbligi tagħhom biex jipproteġu l-IKUE u l-konsegwenzi ta' jekk l-IKUE tiġi kompromessa. L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni żżomm rekord ta' dan il-kunsens bil-miktub..

2.   L-individwi kollha li huma awtorizzati li jkollhom aċċess għall-IKUE jew li jeħtieġ li jimmaniġjawha, l-ewwel jiġu mgħarrfa, u perjodikament jingħataw informazzjoni dwar it-theddid għas-sigurtà, u jridu jirrappurtaw immedjatament lill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni dwar kwalunkwe approċċ jew attività li huma jikkunsidraw suspettuża jew mhux tas-soltu.

3.   L-individwi kollha li ma jibqgħux impenjati f'doveri li jeħtieġu aċċess għal IKUE jiġu mgħarrfa, u fejn ikun adegwat jirrikonoxxu bil-miktub, l-obbligi tagħhom rigward il-protezzjoni kontinwa ta' IKUE.

Artikolu 13

L-awtorizzazzjonijiet ta' sigurtà temporanji

1.   F'ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn ikun debitament iġġustifikat l-interess tas-servizz u sakemm tintemm investigazzjoni sħiħa dwar is-sigurtà, l-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tista', wara konsultazzjoni mal-NSA tal-Istat Membru li tiegħu l-individwu jkun ċittadin u soġġett għall-eżitu ta' kontrolli preliminari biex jiġi vverifikat li ma hemm l-ebda informazzjoni negattiva, tagħti awtorizzazzjoni temporanja lil individwi biex ikollhom aċċess għall-IKUE għal funzjoni speċifika, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet marbutin mat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sigurtà. Dawn l-awtorizzazzjonijiet temporanji għall-aċċess għall-IKUE jkunu validi għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur u ma jippermettux aċċess għall-informazzjoni kklassifikata bħala TRES SECRET UE/EU TOP SECRET.

2.   Wara li jkunu ngħataw it-tagħrif skont l-Artikolu 12(1), l-individwi kollha li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni temporanja jirrikonoxxu bil-miktub li huma fehmu l-obbligi tagħhom dwar il-protezzjoni tal-IKUE, u l-konsegwenzi jekk l-IKUE tiġi kompromessa. L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni żżomm rekord ta' dan il-kunsens bil-miktub.

Artikolu 14

L-attendenza għal laqgħat fil-magħluq organizzati mill-Kummissjoni

1.   Id-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli mill-organizzazzjoni ta' laqgħat fejn l-informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla tiġi diskussa, jinfurmaw sew minn qabel lill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni bid-dati, il-ħinijiet, il-post u l-parteċipanti ta' dawn il-laqgħat, permezz tal-LSO tagħhom jew permezz tal-organizzatur tal-laqgħa.

2.   Suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(13), l-individwi assenjati biex jipparteċipaw f'laqgħat organizzati mill-Kummissjoni li fihom tiġi diskussa informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, jistgħu jagħmlu dan biss wara li jiġi kkonfermat l-istatus tagħhom marbut mal-approvazzjoni tas-sigurtà jew mal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà. Ma jingħatax aċċess għal dawn il-laqgħat fil-magħluq lill-individwi li l-awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni ma tkun rat l-ebda PSCC jew prova oħra marbuta mal-approvazzjoni tas-sigurtà, jew, lill-parteċipanti tal-Kummissjoni li ma għandhomx awtorizzazzjoni ta' sigurtà.

3.   Qabel ma tiġi organizzata laqgħa fil-magħluq, l-organizzatur tal-laqgħa jew l-LSO tad-dipartiment tal-Kummissjoni li jkun responsabbli u li jkun qed jorganizza l-laqgħa, jitlob lill-parteċipanti biex jagħtu PSCC jew prova oħra marbuta mal-approvazzjoni tas-sigurtà lill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tinforma lill-LSO jew lill-organizzatur tal-laqgħa dwar il-PSCC jew il-provi l-oħra li tkun irċeviet. Fejn applikabbli, tista' tintuża lista kkonsolidata ta' ismijiet, li tagħti l-prova rilevanti marbuta mal-approvazzjoni tas-sigurtà.

4.   Meta l-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tiġi infurmata mill-awtoritajiet kompetenti li tkun ġiet irtirata ASP lil individwu li d-doveri tiegħu jeħtieġu li jattendi f'laqgħat organizzati mill-Kummissjoni, l-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tinforma lill-LSO tad-dipartiment tal-Kummissjoni li jkun responsabbli mill-organizzazzjoni tal-laqgħa.

Artikolu 15

L-aċċess potenzjali għall-IKUE

Kurrieri, għassiesa u skorti jingħataw awtorizzazzjoni ta' sigurtà sal-livell adegwat, jew inkella jkunu investigati adegwatament skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, jiġu infurmati dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-protezzjoni tal-IKUE u jingħataw struzzjonijiet dwar id-doveri tagħhom biex jipproteġu din l-informazzjoni fdata lilhom.

KAPITOLU 3

IS-SIGURTÀ FIŻIKA BL-GĦAN LI TIĠI PROTETTA L-INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA

Artikolu 16

Il-prinċipji bażiċi

1.   Il-miżuri ta' sigurtà fiżika jkunu mfassla sabiex iċaħħdu d-dħul bil-moħbi jew furzat minn intruż, sabiex ikunu ta' deterrent, jimpedixxu u jinnotaw azzjonijiet mhux awtorizzati u sabiex tkun permessa s-segregazzjoni tal-membri tal-persunal fl-aċċess tagħhom għall-IKUE abbażi tal-ħtieġa li jkunu jafu. Dawn il-miżuri jiġu ddeterminati abbażi ta' proċedura għall-ġestjoni ta' riskju, f'konformità ma' din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha.

2.   B'mod partikolari, il-miżuri għas-sigurtà fiżika jkunu mfassla sabiex jiġi evitat l-aċċess mhux awtorizzat għall-IKUE billi:

(a)

jiġi żgurat li l-IKUE tiġi ttrattata u maħżuna b'mod xieraq;

(b)

tkun permesa s-segregazzjoni tal-membri tal-persunal fir-rigward tal-aċċess għall-IKUE abbażi tal-ħtieġa li jkunu jafu u, fejn xieraq, l-approvazzjoni tas-sigurtà tagħhom;

(c)

jiġu skoraġġuti, impeduti u nnotati azzjonijiet mhux awtorizzati; u

(d)

jiġi miċħud jew imdewwem id-dħul sigriet jew furzat minn intrużi.

3.   Għandhom jiddaħħlu miżuri ta' sigurtà fiżika fis-siti, fil-bini, fl-uffiċċji, fil-kmamar u f'żoni oħra li fihom tiġi ttrattata u maħżuna l-IKUE, inklużi żoni fejn jinżammu sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni kif msemmi fil-Kapitolu 5.

4.   Żoni li fihom tiġi ttrattata jew maħżuna l-IKUE kklassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla jiġu stabbiliti bħala Żoni ta' Sigurtà f'konformità ma' dan il-Kapitolu u akkreditati mill-Awtorità ta' Akkreditament ta' Sigurtà tal-Kummissjoni.

5.   Jintuża biss tagħmir jew apparat approvat mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni biex tiġi protetta l-IKUE fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla.

Artikolu 17

Ir-rekwiżiti u l-miżuri għas-sigurtà fiżika

1.   Il-miżuri għas-sigurtà fiżika jintgħażlu abbażi ta' valutazzjoni tat-theddid li ssir mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, u jekk ikun il-każ, b'konsultazzjoni ma' dipartimenti oħra tal-Kummissjoni, ma' istituzzjonijiet, aġenziji jew korpi oħra tal-Unjoni u/jew l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni tapplika proċedura għall-ġestjoni tar-riskju sabiex tipproteġi l-IKUE fis-siti tagħha, sabiex tiżgura li tingħata livell xieraq ta' protezzjoni fiżika kontra r-riskju vvalutat. Il-proċedura tal-ġestjoni tar-riskju tikkunsidra l-fatturi rilevanti kollha, b'mod partikulari:

(a)

il-livell ta' klassifikazzjoni tal-IKUE;

(b)

il-forma u l-volum tal-IKUE, waqt li jitqies il-fatt li kwantitajiet kbar jew kompilazzjoni tal-IKUE jistgħu jkunu jeħtieġu li jiġu applikati miżuri protettivi iktar stretti;

(c)

l-ambjent ta' madwar u l-istruttura tal-bini jew taż-żoni fejn tinżamm l-IKUE; u

(d)

it-theddida evalwata minn servizzi ta' intelligence, li jkollha bħala l-mira tagħha l-Unjoni, l-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji tagħha, jew l-Istati Membri u t-thedida minn sabutaġġ, terroriżmu, attivitajiet sovversivi jew attivitajiet kriminali oħrajn.

2.   L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, fl-applikazzjoni tal-kunċett ta' difiża fil-fond, tiddetermina l-kombinazzjoni xierqa ta' miżuri għas-sigurtà fiżika li għandhom jiġu implimentati. Għal dan l-għan, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tiżviluppa standards, normi u kriterji minimi, stipulati fir-regoli ta' implimentazzjoni.

3.   L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni hija awtorizzata twettaq tiftix mad-dħul u l-ħruġ sabiex dan ikun ta' deterrent għall-introduzzjoni mhux awtorizzata ta' materjal, jew il-preljev mhux awtorizzata ta' IKUE mis-sit jew mill-bini.

4.   Meta l-IKUE tkun f'riskju li tiġi injorata, anke jekk aċċidentalment, id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkonċernat jieħdu l-miżuri xierqa, kif stipulat mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, sabiex jiġi miġġieled dan ir-riskju.

5.   Għall-faċilitajiet il-ġodda, ir-rekwiżiti fiżiċi tas-sigurtà u l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali tagħhom jiġu ddefiniti f'kunsens mal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni bħala parti mill-ippjanar u mit-tfassil tal-faċilitajiet. Għall-faċilitajiet eżistenti, ir-rekwiżiti għas-sigurtà fiżika jiġu implimentati skont l-istandards, in-normi u l-kriterji minimi stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 18

It-tagħmir għall-protezzjoni fiżika tal-IKUE

1.   Jiġu stabbiliti żewġ tipi ta' żoni protetti fiżikament, għall-protezzjoni fiżika tal-IKUE:

(a)

Żoni Amministrattivi; u

(b)

Żoni ta' Sigurtà (inklużi ż-Żoni Siguri teknikament)

2.   L-Awtorità ta' Akkreditament ta' Sigurtà tal-Kummissjoni tistabbilixxi li żona tissodisfa r-rekwiżiti biex tiġi indikata bħala Żona Amministrattiva, Żona ta' Sigurtà jew Żona Protetta teknikament.

3.   Għal Żoni Amministrattivi:

(a)

jiġi stabbilit perimetru ddefinit b'mod viżibbli li jippermetti li individwi u, fejn possibbli, vetturi jiġu kkontrollati;

(b)

aċċess mhux skortat jingħata biss lil individwi li huma awtorizzati kif suppost mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni jew minn xi awtorità oħra kompetenti; u

(c)

l-individwi l-oħra kollha jiġu skortati l-ħin kollu jew ikunu soġġetti għal kontrolli ekwivalenti.

4.   Għaż-Żoni ta' Sigurtà:

(a)

jiġi stabbilit perimetru ddefinit b'mod viżibbli u protett minn fejn id-dħul u l-ħruġ kollu jkun ikkontrollat permezz ta' pass jew sistema ta' rikonoxximent personali;

(b)

aċċess mhux skortat jingħata biss lil individwi b'approvazzjoni ta' sigurtà u speċifikament awtorizzati biex jidħlu fiż-żona abbażi tal-ħtieġa li jkunu jafu;

(c)

l-individwi l-oħra kollha jiġu skortati l-ħin kollu jew ikunu soġġetti għal kontrolli ekwivalenti.

5.   Fejn id-dħul f'Żona ta' Sigurtà jikkostitwixxi, għall-finijiet prattiċi kollha, aċċess dirett għall-informazzjoni klassifikata li tinsab fiha, japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)

il-livell tal-ogħla klassifikazzjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni li normalment jinżamm fiż-żona jkun indikat b'mod ċar;

(b)

il-viżitaturi kollha jkunu jeħtieġu awtorizzazzjoni speċifika biex jidħlu fiż-żona, jiġu skortati l-ħin kollu u jkollhom approvazzjoni ta' sigurtà adegwata sakemm ma jittiħdux passi biex jiġi żgurat li ebda aċċess għall-IKUE ma jkun possibbli.

6.   Żoni ta' sigurtà protetti kontra s-smigħ bil-moħbi jiġu indikati bħala Żoni Siguri teknikament. Japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)

żoni bħal dawn ikunu mgħammra b'Sistema Kontra l-Intrużjoni (“IDS”), jkunu msakkrin meta ma jkunux okkupati u jiġu mgħassin meta jkunu okkupati. Kull ċavetta tiġi ġestita skont l-Artikolu 20;

(b)

il-persuni u l-materjal kollu li jidħlu f'dawn iż-żoni jkunu kkontrollati;

(c)

tali żoni jkunu spezzjonati regolarment b'mod fiżiku u/jew tekniku mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni. Tali ispezzjonijiet jitwettqu wkoll wara kwalunkwe dħul mhux awtorizzat jew is-suspett li kien hemm dan id-dħul; u

(d)

tali żoni jkunu ħielsa minn linji ta' komunikazzjoni mhux awtorizzati, telefowns mhux awtorizzati, u apparat ta' komunikazzjoni u tagħmir elettriku jew elettroniku ieħor mhux awtorizzat.

7.   Minkejja l-punt (d) tal-paragrafu 6, qabel ma jintuża f'żoni fejn isiru laqgħat jew fejn tkun qed titwettaq ħidma li tkun tinvolvi informazzjoni klassifikata SECRET UE/EU SECRET u ogħla, u meta t-theddida għal IKUE hija vvalutata bħala waħda għolja, kwalunkwe tagħmir ta' komunikazzjoni u tagħmir tal-elettriku jew elettroniku l-ewwel jiġi eżaminat mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni sabiex ikun żgurat li l-ebda informazzjoni inteliġibbli ma tkun tista' tiġi trasmessa involontarjament jew illeċitament minn tali tagħmir lil hinn mill-perimetru taż-Żona ta' Sigurtà.

8.   Iż-Żoni ta' Sigurtà li ma jkunux okkupati mill-persunal fuq xogħol fuq bażi ta' 24 siegħa għandhom, fejn xieraq, jiġu spezzjonati wara s-sigħat normali tax-xogħol u f'intervalli sporadiċi barra l-ħinijiet normali tax-xogħol, sakemm ma jkunx hemm SSI installata.

9.   Jistgħu jiġu stabbiliti Żoni ta' Sigurtà u Żoni ta' Sigurtà teknika b'mod temporanju f'Żona Amministrattiva għal laqgħa klassifikata jew għal kwalunkwe għan simili ieħor.

10.   L-LSO tad-dipartiment tal-Kummissjoni ikkonċernat ifassal il-Proċeduri Operattivi tas-Sigurtà(SecOPs) għal kull Żona ta' Sigurtà li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha jistipula:

(a)

il-livell ta' IKUE li tista' tiġi ttrattata u maħżuna fiż-żona;

(b)

il-miżuri ta' sorveljanza u ta' protezzjoni li għandhom jinżammu;

(c)

l-individwi awtorizzati li jkollhom aċċess mhux skortat għaż-żona minħabba l-ħtieġa li jkunu jafu u l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tagħhom;

(d)

fejn xieraq, il-proċeduri għall-iskorti u għall-protezzjoni tal-IKUE meta kwalunkwe individwu ieħor jiġi awtorizzat aċċess għaż-żona;

(e)

kwalunkwe miżura u proċedura oħra rilevanti.

11.   Fiż-Żoni ta' Sigurtà jinbnew kmamar tas-sigurtà. Il-ħitan, l-art, is-soqfa, it-twieqi u l-bibien li jissakkru jiġu approvati mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni u jagħtu protezzjoni ekwivalenti għal kontenitur tas-sigurtà approvat għall-ħżin tal-IKUE tal-istess livell ta' klassifikazzjoni.

Artikolu 19

Miżuri ta' protezzjoni fiżika għat-trattament u l-ħżin tal-IKUE

1.   L-IKUE klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED tista' tiġi ttrattata:

(a)

f'Żona ta' Sigurtà,

(b)

f'Żona Amministrattiva bil-kundizzjoni li l-IKUE tkun protetta kontra l-aċċess minn individwi mhux awtorizzati, jew

(c)

barra Żona ta' Sigurtà jew Żona Amministrattiva dment li d-detentur iġorr l-IKUE skont l-Artikolu 31 u jimpenja ruħu li jikkonforma mal-miżuri kompensatorji stabbiliti fil-miżuri implimentattivi, sabiex jiġi żgurat li l-IKUE tkun protetta mill-aċċess ta' persuni mhux awtorizzati.

2.   L-IKUE kklassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED tinħażen f'għamara tal-uffiċċju msakkra sew f'Żona Amministrattiva jew Żona ta' Sigurtà. Tista' tinħażen temporanjament barra minn Żona Amministrattiva jew Żona ta' Sigurtà bil-kundizzjoni li d-detentur ikun intrabat li jikkonforma mal-miżuri kumpensatorji stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni.

3.   L-IKUE kklassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET tista' tiġi ttrattata:

(a)

f'Żona ta' Sigurtà,

(b)

f'Żona Amministrattiva dment li l-IKUE tkun protetta mill-aċċess ta' individwi mhux awtorizzati; jew

(c)

barra Żona ta' Sigurtà jew Żona Amministrattiva bil-kundizzjoni li d-detentur:

(i)

ikun intrabat li jikkonforma mal-miżuri kumpensatorji stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni biex jiġi żgurat li l-IKUE tkun protetta kontra l-aċċess ta' persuni mhux awtorizzati;

(ii)

iżomm l-IKUE l-ħin kollu taħt il-kontroll personali tiegħu; u

(iii)

fil-każ ta' dokumenti stampati, ikun innotifika lill-uffiċċju rilevanti tar-reġistrar bil-fatt.

4.   L-IKUE kklassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET tinħażen f'Żona ta' Sigurtà f'kontenitur ta' sigurtà jew f'kamra ta' sigurtà.

5.   L-IKUE li hija kklassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET tiġi ttrattata f'Żona ta' Sigurtà, stabbilita u miżmuma mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, u akkreditata għal dan il-livell mill-Awtorità ta' Akkreditament ta' Sigurtà tal-Kummissjoni.

6.   L-IKUE li hija kklassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET tinħażen f'Żona ta' Sigurtà akkreditata għal dan il-livell mill-Awtorità ta' Akkreditament ta' Sigurtà tal-Kummissjoni taħt waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

f'kontenitur ta' sigurtà f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 b'wieħed jew aktar mill-kontrolli supplimentari li ġejjin:

(1)

protezzjoni jew verifika kontinwa minn persunal tas-sigurtà awtorizzat jew persunal fuq ix-xogħol;

(2)

IDS approvata flimkien ma' persunal ta' tas-sigurtà li jintervjeni;

jew

(b)

f'kamra tas-sigurtà mgħammra b'IDS flimkien ma' persunal tas-sigurtà li jintervjeni;

Artikolu 20

Il-ġestjoni taċ-ċwievet u l-kombinazzjonijiet użati għall-protezzjoni tal-IKUE

1.   Il-proċeduri għall-ġestjoni taċ-ċwievet u l-issettjar ta' kombinazzjonijiet għall-uffiċċji, il-kmamar, il-kmamar ta' sigurtà u l-kontenituri ta' sigurtà jiġu stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 60 ta' hawn taħt. Tali proċeduri għandhom l-intenzjoni li jipproteġu kontra l-aċċess mhux awtorizzat.

2.   Il-kombinazzjonijiet jkunu memorizzati mill-iżgħar numru possibbli ta' individwi li jkunu jeħtiġuhom. Il-kombinazzjonijiet għall-kontenituri tas-sigurtà u għall-kmamar ta' sigurtà li fihom tinħażen l-IKUE jinbidlu:

(a)

meta jasal kontenitur ġdid;

(b)

kull meta jkun hemm bidla fil-persunal li jaf il-kombinazzjoni;

(c)

kull meta jkun seħħ kompromess jew ikun suspettat kompromess;

(d)

meta serratura tkun saritilha manutenzjoni jew tiswija; u

(e)

mill-inqas kull 12-il xahar.

KAPITOLU 4

IL-ĠESTJONI TA' INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA TAL-UE

Artikolu 21

Il-prinċipji bażiċi

1.   Id-dokumenti kollha tal-IKUE jiġu ġestiti f'konformità mal-politika tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tad-dokumenti u konsegwentement għandhom jiġu rreġistrati, jinħażnu, jinżammu u finalment jiġu eliminati, jiddaħlu fil-kampjun jew jiġu ttrasferiti fl-Arkivji Storiċi skont il-lista komuni ta' ritenzjoni fil-livell ta' Kummissjoni għall-fajls tal-Kummisjoni Ewropea.

2.   Informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla tiġi rreġistrata għal finijiet ta' sigurtà qabel id-distribuzzjoni u malli tasal. Informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET tiġi rreġistrata f'reġistri magħżula.

3.   Fil-Kummissjoni tiġi stabbilita sistema ta' reġistrazzjoni tal-IKUE skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27.

4.   Id-dipartimenti u s-siti tal-Kummissjoni fejn tiġi ttrattata jew maħżuna l-IKUE jkunu suġġetti għall-ispezzjoni regolari mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni.

5.   L-IKUE tintbagħat bejn servizzi u siti li mhumiex f'żoni protetti fiżikament kif ġej:

(a)

bħala regola ġenerali, l-IKUE tiġi trasmessa b'mezzi elettroniċi protetti bi prodotti kriptografiċi approvati skont il-Kapitolu 5;

(b)

meta ma jintużawx il-mezzi msemmija fil-punt (a), l-IKUE tinġarr jew:

(i)

b'mezzi elettroniċi (pereżempju f'USB sticks, CDs, hard drives) protetti bi prodotti kriptografiċi approvati skont il-Kapitolu 5; jew

(ii)

fil-każijiet l-oħra kollha, kif preskritt fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 22

Klassifikazzjonijiet u mmarkar

1.   L-informazzjoni tiġi kklassifikata, meta trid tiġi protetta, skont il-kunfidenzjalità tagħha, f'konformità mal-Artikolu 3(1).

2.   L-oriġinatur tal-IKUE jkun responsabbli biex jiddetermina l-livell ta' klassifikazzjoni ta' sigurtà, f'konformità mar-regoli ta' implimentazzjoni, l-istandards u l-linji gwida rilevanti dwar il-klassifikazzjoni u d-disseminazzjoni inizjali tal-informazzjoni.

3.   Il-livell ta' klassifikazzjoni tal-IKUE jiġi determinat f'konformità mal-Artikolu 3(2) u mar-regoli ta' implimentazzjoni rilevanti.

4.   Il-klassifikazzjoni tas-sigurtà tkun indikata b'mod ċar u korrett, tkun kif tkun l-IKUE, kemm jekk tkun fuq il-karta, bil-fomm, elettronika jew fi kwalunkwe forma oħra.

5.   Partijiet individwali ta' dokument partikolari (jiġifieri paġni, paragrafi, taqsimiet, annessi, appendiċijiet, u dokumenti mehmużin u allegati) jistgħu jeħtieġu klassifikazzjonijiet differenti u jiġu mmarkati kif meħtieġ, inkluż meta jinħażnu f'forma elettronika.

6.   Il-livell ta' klassifikazzjoni ġenerali ta' dokument jew fajl jkun għoli mill-inqas daqs dak tal-komponent tiegħu li jkollu l-ogħla klassifikazzjoni. Meta tinġabar l-informazzjoni minn diversi sorsi, il-prodott finali jiġi rieżaminat biex jiġi ddeterminat il-livell ta' klassifikazzjoni tas-sigurtà ġenerali tiegħu, peress li jista' jkun jeħtieġ klassifikazzjoni ogħla minn dik tal-partijiet komponenti tiegħu.

7.   Safejn ikun possibbli, dokumenti li jkun fihom partijiet b'livelli differenti ta' klassifikazzjoni jkunu strutturati b'mod li l-partijiet b'livell differenti ta' klassifikazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati u mwarrba faċilment, jekk ikun meħtieġ.

8.   Il-klassifikazzjoni ta' ittra jew nota li tkopri xi allegati tkun għolja daqs l-ogħla klassifikazzjoni tal-allegati tagħha. L-oriġinatur jindika b'mod ċar f'liema livell hija kklassifikata meta jiddistakkaha mill-allegati tagħha permezz ta' mmarkar xieraq, pereżempju:

 

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL

 

Mingħajr parti(jiet) mehmuża RESTREINT UE/EU RESTRICTED

Artikolu 23

Marki

Minbarra waħda mill-marki ta' klassifikazzjoni ta' sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 3(2), l-IKUE jista' jkollha marki addizzjonali, bħal:

(a)

identifikatur li jindika l-oriġinatur;

(b)

kwalunkwe twissija, kelma bħala kodiċi jew akronimu li jispeċifikaw il-qasam tal-attività li għandu x'jaqsam magħha d-dokument, id-distribuzzjoni partikolari abbażi tal-ħtieġa ta' għarfien jew ir-restrizzjonijiet dwar l-użu;

(c)

il-marki tar-rilaxx;

(d)

fejn applikabbli, id-data jew l-avveniment speċifiku li warajhom tista' tiġi mnaqqsa fil-grad jew deklassifikata.

Artikolu 24

Il-marki ta' klassifikazzjoni abbrevjati

1.   Jistgħu jintużaw marki ta' klassifikazzjoni abbrevjati standardizzati biex jindikaw il-livell ta' klassifikazzjoni ta' paragrafi individwali f'test. L-abbrevjazzjonijiet ma jiħdux post il-marki sħaħ tal-klassifikazzjoni.

2.   L-abbrevjazzjonijiet standard li ġejjin jistgħu jintużaw f'dokumenti klassifikati tal-UE biex jindikaw il-livell ta' klassifikazzjoni ta' taqsimiet jew blokok ta' test li fihom inqas minn paġna waħda:

TRES SECRET UE/EU TOP SECRET

TS-UE/EU-TS

SECRET UE/EU SECRET

S-UE/EU-S

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL

C-UE/EU-C

RESTREINT UE/EU RESTRICTED

R-UE/EU-R

Artikolu 25

Ħolqien tal-IKUE

1.   Meta jinħoloq dokument klassifikat tal-UE:

(a)

kull paġna tkun immarkata b'mod ċar bil-livell ta' klassifikazzjoni;

(b)

kull paġna tkun innumerata;

(c)

id-dokument ikollu numru ta' reġistrazzjoni u suġġett, li fih innifsu mhuwiex informazzjoni klassifikata, sakemm ma jkunx immarkat bħala tali;

(d)

id-dokument jkun iddatat;

(e)

id-dokumenti kklassifikati SECRET UE/EU SECRET jew ogħla jkollhom in-numru tal-kopja f'kull paġna, jekk se jitqassmu diversi kopji.

2.   Fejn ma jkunx possibbli li jiġi applikat il-paragrafu 1 għall-IKUE, jittieħdu miżuri adegwati oħra f'konformità mar-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 26

It-tnaqqis fil-grad u d-deklassifikazzjoni tal-IKUE

1.   Hekk kif tinħoloq l-IKUE, l-oriġinatur jindika, fejn possibbli, jekk l-IKUE tistax tiġi mnaqqsa fil-grad jew deklassifikata f'data partikolari jew wara avveniment speċifiku.

2.   Kull dipartiment tal-Kummissjoni jirrieżamina regolarment l-IKUE, u jkun għall-oriġinatur li jaċċerta jekk il-livell ta' klassifikazzjoni jkunx għadu japplika għaliha. Sistema biex jiġi rieżaminat il-livell ta' klassifikazzjoni tal-IKUE rreġistrata li tkun oriġinat mill-Kummissjoni ta' mill-inqas kull ħames snin tkun stabbilita permezz ta' regoli ta' implimentazzjoni. Tali rieżami ma jkunx meħtieġ meta l-oriġinatur ikun indika mill-ewwel li l-informazzjoni ser tiġi awtomatikament imnaqqsa fil-grad jew deklassifikata u l-informazzjoni ġiet immarkata skont dan.

3.   L-informazzjoni kklassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED li oriġinat mill-Kummissjoni tiġi awtomatikament kkunsidrata deklassifikata wara tletin sena, skont ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1700/2003 (10).

Artikolu 27

Is-sistema tar-reġistri tal-IKUE fil-Kummissjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 tal-Artikolu 52 ta' hawn taħt, f'kull dipartiment tal-Kummissjoni li fih hija ttrattata jew maħżuna l-IKUE fil-livell ta' CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET, jiġi identifikat reġistru lokali responsabbli mill-IKUE sabiex jiġi żgurat li l-IKUE tiġi ttrattata f'konformità ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Ir-reġistru tal-IKUE ġestit mis-Segretarjat Ġenerali jkun ir-Reġistru Ċentrali tal-IKUE tal-Kummissjoni. Dan jkun jiffunzjona bħala:

ir-Reġistru lokali tal-IKUE għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni;

ir-Reġistru tal-IKUE għall-uffiċċji privati tal-Membri tal-Kummissjoni, sakemm dawn ma jkollhomx speċifikat Reġistru lokali tal-IKUE;

ir-Reġistru tal-IKUE għad-Direttorati Ġenerali jew għas-servizzi li ma għandhomx reġistru lokali tal-IKUE;

il-punt prinċipali ta' dħul u ħruġ għall-informazzjoni kollha kklassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED u li tinkludi wkoll SECRET UE/EU SECRET, skambjata bejn il-Kummissjoni u s-servizzi tagħha u Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, u, meta l-arranġamenti speċifiċi jkunu jipprevedu dan, għal istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra tal-Unjoni.

3.   Fil-Kummissjoni jiġi speċifikat reġistru mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni biex jiffunzjona bħala l-awtorità ċentrali li tirċievi u li tibgħat l-informazzjoni kklassifikata bħala TRES SECRET UE/EU TOP SECRET. Fejn meħtieġ, jistgħu jintgħażlu reġistri subordinati biex jittrattaw din l-informazzjoni għall-finijiet ta' reġistrazzjoni.

4.   Ir-reġistri subordinati ma jistgħux jittrasmettu dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET direttament lil reġistri subordinati oħra tal-istess reġistru ċentrali TRES SECRET UE/EU TOP SECRET jew esternament mingħajr l-approvazzjoni espliċita bil-miktub ta' dan tal-aħħar.

5.   Ir-reġistri tal-IKUE jiġu stabbiliti bħala Żoni ta' Sigurtà kif stipulat fil-Kapitolu 3, u akkreditati mill-Awtorità ta' Akkreditament ta' Sigurtà tal-Kummissjoni (AAS).

Artikolu 28

L-uffiċjal tal-kontroll tar-reġistru

1.   Kull reġistru tal-IKUE jkun ġestit minn Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru (“RCO”).

2.   L-RCO jkun approvat għas-sigurtà kif suppost.

3.   L-RCO jkun suġġett għas-superviżjoni tal-LSO fid-dipartiment tal-Kummissjoni, f'dak li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward it-trattament tad-dokumenti tal-IKUE u l-konformità mar-regoli ta' sigurtà, l-istandards u l-linji gwida relevanti.

4.   L-RCO, bħala parti mir-responsabbiltà tiegħu li jiġġestixxi r-reġistru tal-IKUE li hu kien ġie assenjat għalih, jassumi l-kompiti ġenerali skont din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni, l-istandards u l-linji gwida relevanti li ġejjin:

jiġġestixxi l-operazzjonijiet relatati mar-reġistrazzjoni, il-preservazzjoni, ir-riproduzzjoni, it-traduzzjoni, it-trażmissjoni, it-tqassim u l-qerda jew it-trasferiment fl-arkivji storiċi tas-servizz tal-IKUE;

jivverifikaw perjodikament il-ħtieġa li tinżamm il-klassifikazzjoni ta' informazzjoni;

jassumi kompiti oħra relatati mal-protezzjoni tal-IKUE stipulati fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 29

Ir-reġistrazzjoni tal-IKUE għal-finijiet ta' sigurtà

1.   Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-reġistrazzjoni għall-finijiet tas-sigurtà (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ir-reġistrazzjoni”) tfisser l-applikazzjoni ta' proċeduri li jirreġistraw iċ-ċiklu tal-ħajja tal-IKUE, inkluż id-disseminazzjoni tagħha.

2.   L-informazzjoni jew il-materjal kollu kklassifikati CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla jiġu rreġistrati f'reġistri magħżulin apposta meta jaslu jew jitilqu minn entità organizzattiva.

3.   Meta l-IKUE tiġi ttrattata jew maħżuna bl-użu tas-Sistema ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni (SKI), il-proċeduri ta' reġistrazzjoni jistgħu jsiru bil-proċess li jinsab fis-SKI stess.

4.   Dispożizzjonijiet aktar iddettaljati dwar ir-reġistrazzjoni tal-IKUE għall-finijiet ta' sigurtà jiġu stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 30

L-ikkupjar u t-traduzzjoni ta' dokumenti kklassifikati tal-UE

1.   Dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET ma jiġux ikkupjati jew tradotti mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur.

2.   Meta l-oriġinatur tad-dokumenti kklassifikati SECRET UE/EU SECRET jew anqas ma jkunx impona restrizzjonijiet dwar l-ikkupjar jew it-traduzzjoni tagħhom, tali dokumenti jistgħu jiġu kkupjati jew tradotti fuq l-istruzzjoni tad-detentur.

3.   Il-miżuri tas-sigurtà applikabbli għad-dokument oriġinali japplikaw għall-kopji u għat-traduzzjoni ta' dan.

Artikolu 31

Il-ġarr tal-IKUE

1.   L-IKUE tinġarr b'tali mod li tiġi mħarsa minn żvelar mhux awtorizzat matul it-trasport tagħha.

2.   Il-ġarr ta' IKUE jkun soġġett għall-miżuri ta' protezzjoni li:

jkunu proporzjonati mal-livell ta' klassifikazzjoni tal-IKUE ttrasportata; u

jiġu adattati għal kundizzjonijiet speċifiċi marbutin mal-ġarr tagħha, b'mod partikolari skont jekk tkunx qed tinġarr IKUE:

f'bini tal-Kummissjoni jew fil-istess grupp ta' bini tal-Kummissjoni;

bejn il-bini tal-Kummissjoni li jinsabu fl-istess Stat Membru;

fl-Unjoni;

mill-Unjoni għat-territorju ta' Stat terz u

jkunu adattati għan-natura u l-forma tal-IKUE.

3.   Dawn il-miżuri ta' protezzjoni jkunu stabbiliti fid-dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni, jew, fil-każ tal-proġetti u l-programmi msemmija fl-Artikolu 42, bħala parti integrali mill-Programm jew mill-Istruzzjonijiet tas-Sigurtà tal-Proġett (PSI) relevanti.

4.   Ir-regoli ta' implimentazzjoni jew il-PSI jkunu jinkludu dispożizzjonijiet li jikkorrispondu mal-livell tal-IKUE, fir-rigward ta':

it-tip ta' ġarr, bħall-ġarr bl-idejn, il-ġarr b'kurrier diplomatiku jew militari, il-ġarr permezz tas-servizzi postali jew tas-servizzi ta' kurrier kummerċjali;

il-pakkett tal-IKUE;

il-kontromiżuri tekniċi għall-IKUE li tinġarr fuq il-mezzi elettroniċi;

kull miżura proċedurali, fiżika jew elettronika;

il-proċeduri ta' reġistrazzjoni

l-użu ta' persunal awtorizzat tas-sigurtà.

5.   Meta l-IKUE tinġarr b'mezzi elettroniċi, u rrispettivament mill-paragrafu 5 tal-Artikolu 21, il-miżuri protettivi stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni relevanti jistgħu jiġu ssupplimentati b'kontramiżuri tekniċi adegwati approvati mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta' telf jew kompromess.

Artikolu 32

Il-qerda tal-IKUE

1.   Id-dokumenti klassifikati tal-UE li ma għadhomx meħtieġa jistgħu jinqerdu, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni r-regolamenti dwar l-arkivji kif ukoll ir-regoli u r-regolamenti tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni u l-arkivjar tad-dokumenti u b'mod partikolari l-lista komuni ta' ritenzjoni fil-livell ta' Kummissjoni.

2.   L-IKUE fil-livell ta' CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla tinqered mill-RCO li jkun responsabbli mir-reġistru tal-IKUE, fuq struzzjoni mid-detentur jew minn awtorità kompetenti. L-RCO jaġġorna r-reġistri kif ukoll informazzjoni oħra dwar ir-reġistrazzjoni skont il-każ.

3.   Id-dokumenti kklassifikati bħala SECRET UE/EU SECRET jew TRES SECRET UE/EU TOP SECRET jinqerdu mill-RCO fil-preżenza ta' xhud li jkun approvat mill-inqas sal-livell ta' klassifikazzjoni tad-dokument li jkun qed jinqered.

4.   Ir-reġistratur u x-xhud, meta tkun meħtieġa l-preżenza ta' dan tal-aħħar, jiffirmaw ċertifikat ta' qerda, li jiddaħħal fir-reġistru. L-RCO responsabbli mir-reġistru tal-IKUE jżomm iċ-ċertifikati ta' qerda tad-dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għal perjodu ta' mill-inqas għaxar snin u għad-dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin.

5.   Id-dokumenti klassifikati, inklużi dawk ikklassifikati bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED, jinqerdu b'metodi li jkunu ddefiniti fir-regoli ta' implimentazzjoni u li jilħqu l-istandards relevanti tal-UE jew oħrajn ekwivalenti.

6.   Il-mezzi ta' ħżin elettroniku użati għall-IKUE jinqerdu skont il-proċeduri stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 33

Il-qerda tal-IKUE f'emerġenza

1.   Id-dipartimenti tal-Kummissjoni li jkollhom l-IKUE jħejju pjanijiet abbażi tal-kundizzjonijiet lokali għas-salvagwardja ta' materjal klassifikat tal-UE waqt kriżi, li jkunu jinkludu pjanijiet ta' qerda u ta' evakwazzjoni f'emerġenza jekk ikun meħtieġ. Huma jxerrdu l-istruzzjonijiet meqjusin meħtieġa sabiex jevitaw li l-IKUE tispiċċa f'idejn mhux awtorizzati.

2.   L-arranġamenti għas-salvagwardja u/jew il-qerda ta' materjal CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET waqt kriżi ma għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jaffettwaw b'mod negattiv s-salvagwardja jew qerda ta' materjal TRES SECRET UE/EU TOP SECRET, inkluż it-tagħmir li jikkodifika, li t-trattament tiegħu jieħdu prijorità fuq kwalunkwe kompitu ieħor.

3.   Fil-każ ta' emerġenza, jekk ikun hemm riskju imminenti ta' żvelar mhux awtorizzat, l-IKUE tinqered mid-detentur b'tali mod li ma tkunx tista' tiġi rikostruwita kompletament jew parzjalment. L-oriġinatur u r-reġistru tal-oriġini jiġu infurmati bil-qerda ta' emerġenza tal-IKUE rreġistrata.

4.   Dispożizzjonijiet aktar iddettaljati dwar il-qerda tal-IKUE jiġu stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni.

KAPITOLU 5

IL-PROTEZZJONI TAL-INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA TAL-UE FIS-SISTEMI TAL-KOMUNIKAZZJONI U INFORMAZZJONI (SKI)

Artikolu 34

Il-prinċipji bażiċi għall-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni

1.   L-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni (AI) fil-qasam tas-sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni hija l-fiduċja li tali sistemi jipproteġu l-informazzjoni li jittrattaw, u li jiffunzjonaw kif meħtieġ u meta meħtieġ taħt il-kontroll ta' utenti leġittimi.

2.   L-assigurazzjoni effikaċi tal-informazzjoni tiżgura livelli xierqa ta':

Awtentiċità

:

il-garanzija li l-informazzjoni hija ġenwina u minn sorsi bona fide;

Disponibilità

:

il-fatt li tkun aċċessibbli u tista' tintuża meta tintalab minn entità awtorizzata;

Kunfidenzjalità

:

il-fatt li l-informazzjoni ma tiġix żvelata lil individwi, entitajiet jew proċeduri mhux awtorizzati;

Integrità

:

il-fatt li jiġu salvagwardjati l-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni u l-assi;

Non-rifjut

:

l-abbiltà li jiġi ppruvat li azzjoni jew avveniment seħħ, sabiex dan l-avveniment jew azzjoni wara ma jkunux jistgħu jiġu miċħuda.

3.   L-AI tkun ibbażata fuq proċedura tal-ġestjoni tar-riskju.

Artikolu 35

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:

(a)

“Akkreditament” tfisser l-awtorizzazzjoni u l-approvazzjoni formali mogħtija lil sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni mill-Awtorità ta' Akkreditament tas-Sigurtà (AAS) sabiex tiġi pproċessata l-IKUE fl-ambjent operattiv tagħha wara l-validazzjoni formali ta' Pjan ta' Sigurtà u l-implimentazzjoni korretta tiegħu;

(b)

“il-Proċedura ta' Akkreditament” tfisser l-passi u l-kompiti meħtieġa qabel l-akkreditament mill-Awtorità ta' Akkreditament tas-Sigurtà. Dawn il-passi u l-kompiti jiġu speċifikati fi Standard għall-Proċeduri ta' Akkreditament;

(c)

“Sistemi ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni” (SKI) tfisser kwalunkwe sistema li tippermetti t-trattament tal-informazzjoni f'forma elettronika. Sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni tkun tkopri l-assi kollha meħtieġa biex hija topera, inklużi l-infrastruttura, l-organizzazzjoni, il-persunal u r-riżorsi ta' informazzjoni;

(d)

“Riskju residwu” tfisser ir-riskju li jibqa' wara li jkunu ġew implimentati l-miżuri tas-sigurtà, peress li mhux it-theddid kollu jista' jiġi affrontat u mhux il-vulnerabbiltajiet kollha jistgħu jiġu eliminati;

(e)

“Riskju” tfisser il-potenzjal li theddida partikolari tisfrutta vulnerabbiltajiet interni jew esterni ta' organizzazzjoni jew ta' kwalunkwe waħda mis-sistemi li tuża u għalhekk tikkawża dannu lill-organizzazzjoni u lill-assi tanġibbli jew intanġibbli tagħha. Dan jitkejjel bħala t-total tal-probabbiltà tat-theddid li jseħħ u l-impatt tiegħu.

(f)

“Aċċettazzjoni tar-riskju” tfisser id-deċiżjoni li jkun hemm qbil dwar l-eżistenza ulterjuri ta' riskju residwu wara t-trattament tar-riskju;

(g)

“Valutazzjoni tar-riskju” tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta' theddid u vulnerabbiltajiet u t-twettiq tal-analiżi tar-riskju relatata, jiġifieri l-analiżi tal-probabbiltà u l-impatt;

(h)

“Komunikazzjoni tar-riskju” tikkonsisti fis-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji fost il-komunitajiet tal-utenti tas-SKI, f'li jiġu infurmati l-awtoritajiet tal-approvazzjoni u li dawn jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet operattivi;

(i)

“Trattament tar-riskju” jikkonsisti fil-mitigazzjoni, it-tneħħija, it-tnaqqis (permezz ta' taħlita adatta ta' miżuri tekniċi, fiżiċi, organizzattivi jew proċedurali), it-trasferiment jew il-monitoraġġ tar-riskju;

Artikolu 36

Is-SKI li tittratta l-IKUE

1.   Is-SKI tittratta l-IKUE skont il-kunċett tal-AI.

2.   Għas-SKI li tittratta l-IKUE, li tkun konformi mal-politika dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni tal-Kummissjoni, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006)3602 (11), timplika li:

(a)

jiġi applikat l-approċċ Ippjana-Wettaq-Iċċekkja-Aġixxi (Plan-Do-Check-Act) għall-implimentazzjoni tal-politika dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tas-sistema tal-informazzjoni;

(b)

iridu jiġu identifikati l-ħtiġijiet tas-sigurtà permezz ta' valutazzjoni tal-impatt tan-negozju;

(c)

is-sistema tal-informazzjoni u d-dejta li tinsab fiha jridu jgħaddu minn klassifikazzjoni tal-assi formali;

(d)

iridu jiġu implimentati l-miżuri obbligatorji ta' sigurtà kollha kif stipulati mill-politika dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni;

(e)

irid jiġi applikat proċess ta' ġestjoni tar-riskju li jikkonsisti minn dawn il-passi li ġejjin: l-identifikazzjoni ta' theddid u ta' vulnerabilitajiet, il-valutazzjoni tar-riskju, it-trattament tar-riskju, l-aċċettazzjoni tar-riskju u l-komunikazzjoni tar-riskju;

(f)

pjan ta' sigurtà, inklużi l-Politika dwar is-Sigurtà u l-Proċeduri Operattivi tas-Sigurtà, jiġi definit, implimentat, ikkontrollat u rieżaminat.

3.   Il-persunal kollu involut fit-tfassil, l-iżvilupp, l-ittestjar, l-operat, il-ġestjoni jew l-użu tas-SKI li tittratta l-IKUE jinnotifika lill-AAS dwar id-dgħufijiet potenzjali kollha ta' sigurtà, inċidenti, ksur ta' sigurtà jew kompromess li jista' jkollhom impatt fuq il-protezzjoni tas-SKI u/jew tal-IKUE li tinkludi.

4.   Meta l-protezzjoni tal-IKUE tingħata permezz ta' prodotti kriptografiċi, dawn il-prodotti jiġu approvati kif ġej:

(a)

tingħata preferenza lil prodotti li jkunu ġew approvati mill-Kunsill jew mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fil-funzjoni tiegħu bħala Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika tal-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Grupp ta' Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni;

(b)

Meta jkun meħtieġ, minħabba raġunijiet operattivi speċifiċi, l-Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika tal-Kummissjoni (AAK) tista' fuq rakkomandazzjoni tal-Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tneħħi r-rekwiżiti msemmija taħt a) u tagħti approvazzjoni interim għal perijodu speċifiku.

5.   Waqt it-trażmissjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tal-IKUE b'mezzi elettroniċi, jintużaw prodotti kriptografiċi approvati. Minkejja dan ir-rekwiżit, proċeduri speċifiċi jistgħu jiġu applikati taħt ċirkostanzi ta' emerġenza jew konfigurazzjonijiet tekniċi speċifiċi wara approvazzjoni mill-AAK.

6.   Jiġu implimentati miżuri ta' sigurtà għall-protezzjoni tas-SKI li tittratta l-informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla sabiex din l-informazzjoni ma tiġix kompromessa permezz ta' sinjali elettromanjetiċi mhux intenzjonali (“miżuri ta' sigurtà TEMPEST”). Tali miżuri ta' sigurtà jkunu proporzjonati mar-riskju tal-isfruttament u l-livell ta' klassifikazzjoni tal-informazzjoni.

7.   L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tassumi l-funzjonijiet li ġejjin:

Awtorità għall-AI (AAI);

Awtorità tal-Akkreditament tas-Sigurtà (AAS);

Awtorità TEMPEST (AT);

Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika (AAK);

Awtorità għad-Distribuzzjoni Kriptografika (ADK).

8.   L-Awtorità għas-Sigurtà Kummissjoni taħtar għal kull sistema l-Awtorità Operattiva għall-AI.

9.   Ir-responsabbiltajiet tal-funzjonijiet deskritti fil-paragrafi 7 u 8 ser jiġu definiti fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 37

L-akkreditament tas-SKI li tittratta l-IKUE

1.   Kull SKI li tittratta l-IKUE tgħaddi minn proċess ta' akkreditament, abbażi tal-prinċipji tal-AI, li l-livell ta' dettall tagħha jrid ikun proporzjonat mal-livell ta' protezzjoni meħtieġ.

2.   Il-proċess ta' akkreditament jinkludi l-validazzjoni formali, mill-AAS tal-Kummissjoni, tal-Pjan ta' Sigurtà għas-SKI kkonċernata sabiex jiġi assigurat li:

(a)

il-proċess għall-ġestjoni tar-riskju, kif imsemmi fl-Artikolu 36(2), twettaq b'mod korrett;

(b)

sid is-sistema, b'kosapevolezza, jkun aċċetta r-riskju residwu; u

(c)

livell suffiċjenti ta' protezzjoni tas-SKI, u tal-IKUE ttrattata fiha, intlaħaq f'konformità ma' din id-Deċiżjoni.

3.   L-AAS tal-Kummissjoni toħroġ dikjarazzjoni ta' akkreditament li tiddetermina l-livell massimu ta' IKUE li tista' tiġi ttrattata f'SKI kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet korrispondenti għall-operat. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-kompiti fdati lill-Bord ta' Akkreditament tas-Sigurtà definiti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 512/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

4.   Bord ta' Akkreditament tas-Sigurtà (BAS) konġunt jkun responsabbli biex jakkredita s-SKI tal-Kummissjoni li tinvolvi diversi partijiet. Ikun magħmul minn rappreżentant tal-AAS ta' kull parti involuta u jkun presedut minn rappreżentant tal-AAS tal-Kummissjoni.

5.   Il-proċess ta' akkreditament jikkonsisti minn għadd ta' kompiti li għandhom jiġu assunti mill-partijiet involuti. Ir-responsabbiltà għat-tħejjija tal-fajls u tad-dokumentazzjoni ta' akkreditament tkun kompletament tas-sid tas-SKI.

6.   L-akkreditament jkun ir-responsabbiltà tal-AAS tal-Kummissjoni, li fi kwalunkwe ħin waqt iċ-ċiklu tal-ħajja tas-SKI jkollha d-dritt li:

(a)

tesiġi li jiġi applikat proċess ta' akkreditament;

(b)

tawditja jew tispezzjona s-SKI;

(c)

meta l-kundizzjonijiet tal-operat ma jibqgħux jiġu ssodisfati, tesiġi d-definizzjoni u l-implimentazzjoni effikaċi ta' pjan għat-titjib fis-sigurtà f'perjodu ta' żmien definit sew, u potenzjalment tirtira l-permess biex is-SKI topera, sakemm jerġgħu jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-operat.

7.   Il-proċess ta' akkreditament jiġi stabbilit fl-standard għall-proċeduri ta' akkreditament għas-SKI li tittratta l-IKUE, u jiġi adottat skont l-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3602.

Artikolu 38

Iċ-ċirkustanzi ta' emerġenza

1.   Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-proċeduri speċifiċi deskritti hawn taħt jistgħu jiġu applikati f'emerġenza, bħal waqt kriżi imminenti jew reali, kunflitt, jew sitwazzjonijiet ta' gwerra jew f'ċirkostanzi operattivi eċċezzjonali.

2.   L-IKUE tista' tiġi trażmessa bl-użu ta' prodotti kriptografiċi li jkunu ġew approvati għal livell ta' klassifikazzjoni aktar baxx jew mingħajr ikkodifikar bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jekk kwalunkwe dewmien ikun se jikkawża dannu li jegħleb b'mod ċar id-dannu li jirriżulta minn kwalunkwe żvelar tal-materjal klassifikat u jekk:

(a)

l-ispeditur u r-riċevitur ma jkollux il-faċilità meħtieġa għall-kriptaġġ; u

(b)

il-materjal klassifikat ma jkunx jista' jintbagħat fil-ħin b'mezzi oħrajn.

3.   L-informazzjoni klassifikata trażmessa taħt iċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jkollha l-ebda marka jew indikazzjoni li tiddistingwiha minn informazzjoni mhux klassifikata jew li tista' tiġi protetta minn prodott kriptografiku disponibbli. Dawk li jirċevuha jiġu nnotifikati dwar il-livell ta' klassifikazzjoni, mingħajr dewmien, permezz ta' mezzi oħrajn.

4.   Wara jsir rapport lill-awtorità kompetenti u lill-Grupp ta' Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjon.

KAPITOLU 6

IS-SIGURTÀ INDUSTRIJALI

Artikolu 39

Il-prinċipji bażiċi

1.   Is-sigurtà industrijali hija l-applikazzjoni ta' miżuri sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-IKUE

(a)

fil-qafas tal-kuntratti klassifikati, minn:

(i)

kandidati jew offerenti tul il-proċedura tat-tfigħ tal-offerti u l-għoti tal-kuntratti;

(ii)

kuntratturi jew sottokuntratturi matul iċ-ċiklu ta' ħajja kollu tal-kuntratti klassifikati;

(b)

fil-qafas ta' ftehimiet ta' għotja klassifikati, minn:

(i)

applikanti matul il-proċeduri tal-aġġudikazzjoni tal-għotjiet;

(ii)

benefiċjarji matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' ftehimiet ta' għotjiet klassifikati.

2.   Dawn il-kuntratti jew ftehimiet ta' għotja ma jinvolvux informazzjoni kklassifikata bħala TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET.

3.   Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu li jirreferu għall-kuntratti klassifikati jew għall-kuntratturi jkunu applikabbli wkoll għas-sottokuntratti klassifikati jew għas-sottokuntratturi.

Artikolu 40

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Kuntratt klassifikat” tfisser kuntratt qafas jew kuntratt, kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (13), li tagħmel il-Kummissjoni jew wieħed mid-dipartimenti tagħha ma' kuntrattur għall-provvista ta' assi mobbli jew immobbli, it-twettiq ta' xogħlijiet jew il-forniment ta' servizzi, li l-eżekuzzjoni tiegħu teħtieġ jew tinvolvi l-ħolqien, it-trattament jew il-ħżin tal-IKUE;

(b)

“Sottokuntratt klassifikat” tfisser kuntratt li jsir minn kuntrattur tal-Kummissjoni jew minn wieħed mid-dipartimenti tagħha ma' kuntrattur ieħor (jiġifieri s-sottokuntrattur) għall-provvista ta' assi mobbli jew immobbli, it-twettiq ta' xogħlijiet jew il-forniment ta' servizzi, li l-eżekuzzjoni tiegħu teħtieġ jew tinvolvi l-ħolqien, it-trattament jew il-ħżin tal-IKUE;

(c)

“ftehim ta' għotja klassifikata” tfisser ftehim li bih il-Kummissjoni tagħti għotja, kif imsemmi fil-Parti I tat-Titolu VI tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, li l-eżekuzzjoni tiegħu teħtieġ jew tinvolvi l-ħolqien, it-trattament jew il-ħżin tal-IKUE;

(d)

“Awtorità tas-Sigurtà Magħżula” (ASM) tfisser awtorità taħt ir-responsabbilta tal-Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali (ASN) ta' Stat Membru li hija responsabbli biex tikkomunika lill-entitajiet industrijali jew lil entitajiet oħra l-politika nazzjonali dwar il-kwistjonijiet kollha ta' sigurtà industrijali, u biex tipprovdi direzzjoni u assistenza fl-implimentazzjoni tagħha. Il-funzjoni ta' ASM tista' titwettaq mill-ASN jew minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.

Artikolu 41

Il-proċedura għall-kuntratti klassifikati jew għall-ftehimiet ta' għotja

1.   Kull dipartiment tal-Kummissjoni, bħala awtorità kontraenti, jiżgura li l-istandards minimi dwar is-sigurtà industrijali stabbiliti f'dan il-Kapitolu, jiġu msemmija jew inkorporati fil-kuntratt, u jkun hemm konformità magħhom waqt l-għoti tal-kuntratti klassifikati jew il-ftehimiet ta' għotja.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-servizzi kompetenti fil-Kummissjoni jfittxu l-parir tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà, u b'mod partikolari tad-Direttorat tas-Sigurtà tiegħu, u jiżguraw li l-mudell tal-kuntratti u tas-sottokuntratti u l-mudell tal-ftehimiet ta' għotja jkunu jinkludu dispożizzjonijiet li jirriflettu l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-IKUE, li jridu jikkonformaw magħhom kuntratturi u sottokuntratturi, u rispettivament il-benefiċjarji tal-ftehimiet ta' għotja.

3.   Il-Kummissjoni tikkoopera mill-qrib mal-ASN, l-ASM jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra tal-Istati Membri kkonċernati.

4.   Meta awtorità kontraenti jkollha l-ħsieb li tiftaħ proċedura bil-għan li tikkonkludi kuntratt jew ftehim ta' għotja klassifikati, tfittex li tieħu parir mingħand l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw in-natura klassifikata u l-elementi ta' proċedura, matul l-istadji kollha tagħha.

5.   Galvi u mudelli għal kuntratti klassifikati u sottokuntratti, ftehimiet ta' għotja klassifikati, avviżi ta' kuntratt, gwidi dwar iċ-ċirkustanzi meta tkun meħtieġa Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità (ASF), l-Istruzzjonijiet ta' Sigurtà ta' Programm jew Proġett (SSP), l-Ittri dwar Aspetti ta' Sigurtà (IAS), iż-żjarat, it-trażmissjoni u l-ġarr tal-IKUE taħt kuntratti klassifikati jew ftehimiet ta' għotja klassifikati jiġu stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni dwar is-sigurtà industrijali, wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni.

6.   Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi kuntratti klassifikati jew ftehimiet ta' għotja li l-kompiti jinvolvu jew jimplikaw l-aċċess jew it-trattament jew il-ħżin tal-IKUE minn operaturi ekonomiċi rreġistrati fi Stat Membru jew fi Stat terz li miegħu jkun ġie konkluż ftehim jew arranġament amministrattiv skont il-Kapitolu 7 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 42

L-elementi ta' sigurtà f'kuntratt jew fi ftehim ta' għotja klassifikati

1.   Il-kuntratti klassifikati jew il-ftehimiet ta' għotja jkunu jinkludu l-elementi ta' sigurtà li ġejjin:

Struzzjonijiet ta' Sigurtà ta' Programm jew Proġett

(a)

“Struzzjonijiet ta' Sigurtà ta' Programm jew Proġett” (SSP) tfisser lista ta' proċeduri tas-sigurtà li huma applikati għal programm jew proġett speċifiku sabiex ikunu standardizzati l-proċeduri tas-sigurtà. Dawn jistgħu jiġu riveduti matul il-programm jew il-proġett.

(b)

Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà jiżviluppaw SSP ġeneriċi, li d-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli mill-programmi jew mill-proġetti li jinvolvu t-trattament jew il-ħżin tal-IKUE jistgħu jiżviluppaw, fejn ikun adegwat, SSP speċifiċi li jkunu bbażati fuq l-SSP ġeneriċi.

(c)

L-SSP speċifiċi jiġu żviluppati b'mod partikolari għal programmi u proġetti kkaratterizzati mill-kamp ta' applikazzjoni, l-iskala jew il-kumplessita konsiderevoli tagħhom, jew mill-għadd kbir u/jew mid-diversità ta' kuntratturi, benefiċjarji u sħab u partijiet interessati oħra involuti, pereżempju fir-rigward tal-istatus legali tagħhom. L-SSP speċifiċi jiġu żviluppati mid-dipartiment(i) tal-Kummissjoni li jiġġestixxi/jiġġestixxu l-programm jew il-proġett, b'kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà.

(d)

Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà jissottometti kemm l-SSP ġeneriċi kif ukoll dawk speċifiċi għall-parir tal-Grupp tal-Esperti għas-sigurtà tal-Kummissjoni.

Ittra dwar Aspetti ta' Sigurtà

(a)

“Ittra dwar Aspetti ta' Sigurtà” (IAS) tfisser sett ta' kondizzjonijiet kuntrattwali speċjali maħruġ mill-awtorità kontraenti li jifforma parti integrali minn kwalunkwe kuntratt klassifikat li jinvolvi l-aċċess għal jew il-ħolqien tal-IKUE, li jidentifika r-rekwiżiti ta' sigurtà u dawk l-elementi tal-kuntratt li jkunu jeħtieġu protezzjoni ta' sigurtà;

(b)

Ir-rekwiżiti tas-sigurtà speċifiċi għal kuntratt ikunu deskritti fl-IAS. L-IAS ikollha, skont il-każ, il-Gwida tal-Klassifikazzjoni ta' Sigurtà (“GKS”), u tkun parti integrali minn kuntratt jew sottokuntratt klassifikat, jew minn ftehim ta' għotja.

(c)

L-IAS ikun fiha d-dispożizzjonijiet li jistipulaw li l-kuntrattur jew il-benefiċjarju jikkonforma mal-istandards minimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. L-awtorità kontraenti tiżgura li l-IAS tindika li nuqqas ta' konformità ma' dawn l-istandards minimi jista' jikkostitwixxi raġuni suffiċjenti biex il-kuntratt jew il-ftehim tal-għotja jiġi terminat.

2.   Kemm l-SSP u l-IAS jkunu jinkludu GKS bħala element ta' sigurtà obbligatorju:

(a)

“Gwida tal-Klassifikazzjoni ta' Sigurtà” (GKS) tfisser dokument li jiddeskrivi l-elementi ta' programm, proġett, kuntratt jew ftehim ta' għotja li huma kklassifikati, waqt li jispeċifika l-livelli tal-klassifikazzjoni ta' sigurtà applikabbli. Il-GKS tista' titwessa' matul il-ħajja tal-programm, tal-proġett, tal-kuntratt jew tal-ftehim tal-għotja, u l-elementi ta' informazzjoni jistgħu jiġu riklassifikati jew imnaqqsa fil-grad; meta jkun hemm GKS, din tkun parti mill-IAS.

(b)

Qabel it-tnedija ta' sejħa għal offerti jew l-għoti ta' kuntratt klassifikat, id-dipartiment tal-Kummissjoni, bħala l-awtorità kontraenti, jiddetermina l-klassifikazzjoni ta' sigurtà ta' kwalunkwe informazzjoni li għandha tingħata lill-kandidati u lill-offerenti jew lill-kuntratturi, kif ukoll il-klassifikazzjoni ta' sigurtà ta' kwalunkwe informazzjoni li għandha tinħoloq mill-kuntrattur. Għal dan l-għan, għandu jħejji GKS li għandha tintuża għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, f'konformità ma' din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha, wara konsultazzjoni mal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoini.

(c)

Sabiex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni tas-sigurtà tad-diversi elementi ta' kuntratt klassifikat, japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(i)

fit-tħejjija ta' GKS, id-dipartiment tal-Kummissjoni, bħala l-awtorità kontraenti, jqis l-aspetti rilevanti kollha tas-sigurtà, inkluża l-klassifikazzjoni tas-sigurtà assenjata lill-informazzjoni pprovduta u approvata li għandha tintuża għall-kuntratt mill-oriġinatur tal-informazzjoni;

(ii)

il-livell ġenerali ta' klassifikazzjoni tal-kuntratt ma jistax ikun inqas mill-ogħla klassifikazzjoni ta' kwalunkwe wieħed mill-elementi tiegħu; u

(iii)

fejn rilevanti, l-awtorità kontraenti tikkollabora permezz tal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, mal-ASN/ASM tal-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra kkonċernata fil-każ ta' xi tibdil fil-klassifikazzjoni tal-informazzjoni maħluqa minn jew ipprovduta lill-kuntratturi fit-twettiq ta' kuntratt u meta ssir xi bidla sussegwenti fil-GKS.

Artikolu 43

L-aċċess għall-IKUE għall-persunal tal-kuntratturi u tal-benefiċjarji

L-awtorità kontraenti jew dik awtorizzanti, tiżgura li l-kuntratt klassifikat jew il-ftehim ta' għotja klassifikat jinkludu dispożizzjonijiet li jindikaw li l-persunal ta' kuntrattur, sottokuntrattur jew benefiċjarju li, biex iwettaq kuntratt, sottokuntratt jew ftehim ta' għotja klassifikat, jeħtieġ aċċess għall-IKUE, jingħata dan l-aċċess biss jekk:

(a)

ikun ingħata awtorizzazzjoni ta' sigurtà fil-livell rilevanti jew inkella jkun debitament awtorizzat minħabba li tkun ġiet iddeterminata l-ħtieġa li jkun jaf;

(b)

ikun ġie infurmat dwar ir-regoli ta' sigurtà applikabbli biex tiġi protetta l-IKUE u jkun irrikonoxxa r-responsabbiltajiet tiegħu fir-rigward tal-protezzjoni ta' din l-informazzjoni.

(c)

ikollu approvazzjoni ta' sigutà fil-livell rilevanti għall-informazzjoni kklassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET mill-ASN, l-ASM rispettiva, jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.

Artikolu 44

Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità

1.   “Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità” (ASF) tfisser id-deċiżjoni amministrattiva mill-ASN, l-ASM jew awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra li, mill-perspettiva ta' sigurtà, faċilità tista' tippermetti livell adegwat ta' protezzjoni għall-IKUE sa livell speċifiku fil-klassifikazzjoni tas-sigurtà;

2.   L-ASF mogħtija minn ASN jew ASM jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra ta' Stat Membru, li tindika skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali li operatur ekonomiku jista' jipproteġi l-IKUE fil-livell ta' klassifikazzjoni adegwat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET) fil-faċilitajiet tiegħu, tiġi ppreżentata lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, li tgħaddiha lid-dipartiment tal-Kummissjoni li jaġixxi bħala awtorità kontraenti jew awtorità awtorizzanti, qabel ma' kandidat, offerent jew kuntrattur, jew applikant għal għotja jew benefiċjarju jkunu jistgħu jingħataw aċċess għall-IKUE.

3.   Fejn ikun rilevanti, l-awtorità kontraenti, tinnotifika, permezz tal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, lill-ASN, l-ASM xierqa jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra, li għat-twettiq tal-kuntratt hija meħtieġa ASF. Tintalab ASF jew ASP meta trid tingħata IKUE kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET waqt il-proċedura tal-akkwist jew dik tal-aġġudikazzjoni tal-għotja.

4.   L-awtorità kontraenti jew dik awtorizzanti ma tagħtix kuntratt klassifikat jew ftehim ta' għotja lill-offerent preferut jew parteċipant qabel ma tkun irċeviet konferma mill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih il-kuntrattur jew is-sottokuntrattur ikkonċernat ikun irreġistrat, li fejn meħtieġ, tkun inħarġet ASF adegwata.

5.   Meta l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tkun ġiet innotifikata mill-ASN, l-ASM jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra li tkun ħarġet l-ASF dwar xi tibdil li jolqot lill-ASF, hija tinforma lid-dipartiment tal-Kummissjoni li jkun qed jaġixxi bħala awtorità kontraenti jew awtorità awtorizzanti. Fil-każ ta' sottokuntratt, l-ASN, ASM jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra tiġi infurmata skont il-każ.

6.   L-irtirar ta' ASF mill-ASN, ASM rilevanti jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra jikkostitwixxi raġuni biżżejjed għall-awtorità kontraenti jew l-awtorità awtorizzanti biex ittemm kuntratt klassifikat, jew biex teskludi kandidat, offerent jew applikant mill-kompetizzjoni. Għal dan l-għan tiddaħħal dispożizzjoni fil-mudelli ta' kuntratt u fil-ftehimiet ta' għotja li għandhom jiġu żviluppati.

Artikolu 45

Dispożizzjonijiet għall-kuntratti klassifikati jew għall-ftehimiet ta' għotja

1.   Meta tingħata l-IKUE lil kandidat, offerent jew applikant waqt il-proċedura tal-offerti, is-sejħa għall-offerti jew is-sejħa għal proposta jkollhom dispożizzjoni li tobbliga lill-kandidat, l-offerent jew l-applikant li jonqsu milli jitfgħu l-offerta jew il-proposta jew li ma jintgħażilx, biex jirritorna d-dokumenti klassifikati kollha f'perjodu taż-żmien speċifiku.

2.   L-awtorità kontraenti jew dik awtorizzanti tinnotifika, permezz tal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, lill-ASN, ASM kompetenti jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra dwar il-fatt li kuntratt jew ftehim ta' għotja klassifikati ġew mogħtija, u dwar id-dejta rilevanti, bħal pereżempju l-isem tal-kuntrattur(i) jew tal-benefiċjarji, it-tul tal-kuntratt u l-livell massimu ta' klassifikazzjoni.

3.   Meta dawn il-kuntratti jew il-ftehimiet ta' għotja jiġu tterminati, l-awtorità kontraenti jew dik awtorizzanti jinnotifikaw minnufih, permezz tal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, lill-ASN, l-ASM jew lil kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih il-kuntrattur jew il-benefiċjarju ta' għotja jkunu rreġistrati.

4.   Bħala regola ġenerali, il-kuntrattur jew il-benefiċjarju ta' għotja jkun jeħtiġilhom jirritornaw kull IKUE li jkollhom lill-awtorità kontraenti jew dik awtorizzanti hekk kif jintemm il-kuntratt klassifikat jew il-ftehim ta' għotja, jew kif tintemm il-parteċipazzjoni ta' benefiċjarju ta' għotja.

5.   Jiġu stabbiliti fl-IAS dispożizzjonijiet speċifiċi għall-qerda tal-IKUE matul it-twettiq tal-kuntratt klassifikat jew tal-ftehim ta' għotja klassifikat jew hekk kif jintemm.

6.   Meta l-kuntrattur jew il-benefiċjarju tal-għotja jiġu awtorizzati jżommu l-IKUE wara li jintemm kuntratt jew ftehim ta' għotja klassifikati, huma jibqgħu jikkonformaw mal-istandards minimi li jinsabu f'din id-Deċiżjoni u l-kuntrattur jew il-benefiċjarju tal-għotja jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-IKUE.

Artikolu 46

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti klassifikati

1.   Il-kundizzjonijiet relevanti għall-protezjoni tal-IKUE li taħthom il-kuntrattur jista' jagħmel sottokuntratti jiġu stipulati fis-sejħa għall-offerti u fil-kuntratt klassifikat.

2.   Kuntrattur jikseb permess, mill-awtorità kontraenti, qabel ma jissottokuntratta xi partijiet ta' kuntratt klassifikat. L-ebda sottokuntratt li jinvolvi l-aċċess għall-IKUE ma jista' jingħata lil sottokuntratturi rreġistrati f'pajjiż terz, sakemm ma jkunx hemm qafas regolatorju għas-sigurtà tal-informazzjoni kif previst fil-Kapitolu 7.

3.   Il-kuntrattur ikun responsabbli biex jiżgura li l-attivitajiet kollha ta' sottokuntrattar jitwettqu skont l-istandards minimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u ma jipprovdix IKUE lil sottokuntrattur mingħajr il-kunsens bil-miktub u minn qabel tal-awtorità kontraenti.

4.   Fir-rigward tal-IKUE maħluqa jew ittrattata mill-kuntrattur, il-Kummissjoni titqies bħala l-oriġinatur, u d-drittijiet tal-oriġinatur jiġu eżerċitati mill-awtorità kontraenti.

Artikolu 47

Iż-żjarat li għandhom x'jaqsmu mal-kuntratti klassifikati

1.   Meta membru tal-persunal tal-Kummissjoni jew il-persunal tal-kuntratturi jew tal-benefiċjarji ta' għotja jeħtieġu aċċess għall-informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fis-siti ta' xulxin għat-twettiq ta' kuntratt jew ftehim ta' għotja klassifikati, iż-żjajjar isiru b'kollegament mal-ASN, ASM jew ma' kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra kkonċernata. L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tkun infurmata b'dawn iż-żjarat. Madankollu, fil-kuntest ta' programmi jew proġetti speċifiċi, l-ASN, l-ASM jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra jistgħu wkoll jaqblu fuq proċedura li biha tali żjarat ikunu jistgħu jiġu organizzati direttament.

2.   Il-viżitaturi kollha jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà xierqa u jkollhom “il-ħtieġa li jkunu jafu” biex ikollhom aċċess għall-IKUE relatata mal-kuntratt klassifikat.

3.   Il-viżitaturi jingħataw aċċess biss għal IKUE relatata mal-iskop taż-żjara.

4.   Dispożizzjonijiet aktar dettaljati jkunu stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni.

5.   Il-konformità mad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu maż-żjarat marbutin mal-kuntratti klassifikati, stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u skont ir-regoli ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, hija obbligatorja.

Artikolu 48

It-trażmissjoni u l-ġarr tal-IKUE b'rabta mal-kuntratti klassifikati jew il-ftehimiet ta' għotja klassifikati

1.   Fir-rigward tat-trażmissjoni tal-IKUE b'mezzi elettroniċi, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu 5 ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Fir-rigward tal-ġarr tal-IKUE, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu 4 ta' din id-Deċiżjoni u japplikaw ir-regoli ta' implimentazzjoni tagħha, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

3.   Għat-trasport ta' materjal ikklassifikat bħala merkanzija, jiġu applikati l-prinċipji li ġejjin waqt id-determinazzjoni tal-arranġamenti tas-sigurtà:

(a)

is-sigurtà tkun assigurata fl-istadji kollha matul it-trasport, mill-punt tal-oriġini sad-destinazzjoni finali;

(b)

il-grad ta' protezzjoni mogħti lill-kunsinna jiġi ddeterminat mill-ogħla livell ta' klassifikazzjoni tal-materjal li jkun jinsab fiha;

(c)

qabel ma jsir kwalunkwe ċaqliq transfruntier ta' materjal ikklassifikat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, jitfassal pjan ta' trasport mill-konsenjatur u jiġi approvat mill-ASN, ASM jew minn kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra kkonċernata;

(d)

safejn ikun possibbli, il-vjaġġi jkunu minn punt għal punt, u jintemmu fl-iqsar żmien li ċ-ċirkostanzi jippermettu;

(e)

kull meta jkun possibbli, ir-rotot għandhom jgħaddu biss minn Stati Membri. Ir-rotot li jgħaddu minn stati oħra li mhumiex Stati Membri għandhom jittieħdu biss meta dawn ikunu awtorizzati mill-ASN, ASM jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra tal-Istati ta' kemm il-konsenjatur kif ukoll id-destinatarju.

Artikolu 49

It-trasferiment tal-IKUE lil kuntratturi jew lil benefiċjarji ta' għotja li jinsabu fi Stati terzi

It-trażmissjoni tal-IKUE lil kuntratturi jew lil benefiċjarji ta' għotja li jinsabu fi Stati terzi ssir skont miżuri ta' sigurtà maqbulin bejn l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, id-Dipartiment tal-Kummissjoni bħala l-awtorità kontraenti jew dik awtorizzanti, u l-ASN, ASM jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra tal-pajjiż terz ikkonċernat, fejn il-kuntrattur jew il-benefiċjarju tal-għotja jkunu rreġistrati.

Artikolu 50

It-trattament tal-informazzjoni kklassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED fil-kuntest tal-kuntratti klassifikati jew tal-ftehimiet ta' għotja klassifikati

1.   Il-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED ttrattata jew maħżuna skont kuntratti jew ftehimiet ta' għotja klassifikati tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' kosteffettività.

2.   Ma jkun meħtieġ l-ebda ASF jew ASP fil-kuntest tal-kuntratti jew tal-ftehimiet ta' għotja klassifikati li jinvolvi t-trattament ta' informazzjoni klassifikata fil-livell ta' RESTREINT UE/EU RESTRICTED.

3.   Meta kuntratt jew ftehim ta' għotja jkun jinvolvi t-trattament ta' informazzjoni kklassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED fis-SKI operata minn kuntrattur jew benefiċjarju ta' għotja, l-awtorità kontraenti jew dik awtorizzanti tiżgura, wara li tikkonsulta mal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, li l-kuntratt jew il-ftehim ta' għotja jispeċifika r-rekwiżiti tekniċi u amministrattivi meħtieġa rigward l-akkreditament jew l-approvazzjoni tas-SKI li jkunu proporzjonati mar-riskju vvalutat, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament jew tal-approvazzjoni ta' din is-SKI jiġi miftiehem bejn l-Awtorità għas-Sigurta tal-Kummissjoni u l-ASN jew l-ASM rilevanti.

KAPITOLU 7

L-ISKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA MA' ISTITUZZJONIJIET, AĠENZIJI, KORPI U UFFIĊĊJI OĦRA TAL-UNJONI, MA' STATI MEMBRI U MA' STATI TERZI U ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

Artikolu 51

Il-prinċipji bażiċi

1.   Meta l-Kummissjoni jew wieħed mid-dipartimenti tagħha jiddeterminaw li hemm bżonn li l-IKUE tiġi skambjata ma' istituzzjoni, aġenzija, korp jew uffiċċju ieħor tal-Unjoni, jew ma' Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġi stabbilit għal dan l-għan qafas legali jew amministrattiv xieraq, li jista' jinkludi ftehimiet jew arranġamenti amministrattivi għas-sigurtà tal-informazzjoni, konklużi skont ir-regolamenti rilevanti.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 57, l-IKUE tiġi skambjata biss ma' istituzzjoni, aġenzija, korp jew uffiċċju ieħor tal-Unjoni, jew ma' Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, dejjem jekk ikun hemm fis-seħħ qafas amministrattiv jew legali xieraq, u jekk ikun hemm biżżejjed garanziji li l-istituzzjoni, l-aġenzija, il-korp jew l-uffiċċju tal-Unjoni, jew l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali, se japplikaw l-istess prinċipji bażiċi u standards minimi għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata.

Artikolu 52

L-iskambju tal-IKUE ma' istituzzjonijiet, aġenziji, korpi u uffiċċji oħra tal-Unjoni

1.   Qabel ma tidħol f'arranġament amministrattiv għall-iskambju tal-IKUE ma' istituzzjoni aġenzija, korp jew uffiċċju ieħor tal-Unjoni, il-Kummissjoni tfittex l-assigurazzjoni li l-istituzzjoni, l-aġenzija, il-korp jew l-uffiċċju tal-Unjoni kkonċernat:

(a)

ikollu fis-seħħ qafas regolatorju għall-protezzjoni tal-IKUE li jistipula l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha;

(b)

japplika standards ta' sigurtà u linji gwida rigward is-sigurtà tal-persunal, is-sigurtà fiżika, il-ġestjoni tal-IKUE u s-sigurtà tas-Sistemi ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni (SKI), li jiggarantixxu livell ekwivalenti ta' protezzjoni għall-IKUE bħal dak mogħti fil-Kummissjoni.

(c)

jimmarka l-informazzjoni klassifikata li joħloq bħala IKUE.

2.   Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà jkun, b'kooperazzjoni mill-qrib ma' dipartimenti oħra kompetenti tal-Kummissjoni, is-servizz ewlieni fil-Kummissjoni għall-konklużjoni ta' arranġamenti amministrattivi għall-iskambju tal-IKUE ma' istituzzjonijiet, aġenziji, korpi jew uffiċċji oħra tal-Unjoni.

3.   L-arranġamenti amministrattivi, bħala regola ġenerali, jieħdu l-forma ta' skambju ta' ittri, iffirmati mid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà f'isem il-Kummissjoni.

4.   Qabel ma tidħol f'arranġament amministrattiv dwar l-iskambju tal-IKUE, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni twettaq żjara ta' valutazzjoni bl-għan li jiġi evalwat il-qafas regolatorju għall-protezzjoni tal-IKUE, u biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-miżuri implimentati għall-protezzjoni tal-IKUE. L-arranġament amministrattiv jidħol fis-seħħ, u l-IKUE tiġi skambjata, dejjem jekk ir-riżultat ta' din iż-żjara ta' valutazzjoni jkun sodisfaċenti, u jekk ikun hemm konformità mar-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru wara ż-żjara. Bħala segwitu, isiru żjarat ta' valutazzjoni biex jiġi vverifikat li hemm konformità mal-arranġament amministrattiv, u li l-miżuri ta' sigurtà fis-seħħ baqgħu jissodisfaw il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi miftiehma.

5.   Fil-Kummissjoni, ir-reġistru tal-IKUE ġestit mis-Segretarjat Ġenerali jkun bħala regola ġenerali, il-punt prinċipali ta' dħul u ħruġ għall-iskambji tal-informazzjoni klassifikata ma' istituzzjonijiet, aġenziji, korpi jew uffiċċji oħra tal-Unjoni. Madankollu, meta minħabba raġunijiet ta' sigurtà, ta' organizzazzjoni jew ta' operat ikun aktar adegwat għall-protezzjoni tal-IKUE, jitħaddmu reġistri tal-IKUE lokali stabbiliti fid-dipartimenti tal-Kummissjoni skont din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha, bħala l-punt ta' dħul u ħruġ għall-informazzjoni klassifikata dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tad-dipartimenti tal-Kummissjoni kkonċernati.

6.   Il-Grupp ta' Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni jiġi infurmat dwar il-proċedura għall-konklużjoni tal-arranġamenti amministrattivi skont il-paragrafu 2.

Artikolu 53

L-iskambju tal-IKUE ma' Stati Membri

1.   L-IKUE tista' tiġi skambjata ma' Stati Membri u rilaxxata lilhom sakemm dawn jipproteġu din l-informazzjoni skont ir-rekwiżiti applikabbli għall-informazzjoni klassifikata li jkollha l-klassifikazzjoni ta' sigurtà nazzjonali fl-istess livell kif inhu stabbilit fit-tabella ta' ekwivalenza tal-klassifikazzjonijiet tas-sigurtà li jinsabu fl-Anness I.

2.   Meta l-Istati Membri jintroduċu informazzjoni klassifikata fl-istrutturi jew fin-netwerks tal-Unjoni Ewropea li l-marka ta' klassifikazzjoni tagħha tkun sigurtà nazzjonali, il-Kummissjoni tipproteġi din l-informazzjoni skont ir-rekwiżiti applikabbli għall-IKUE tal-istess livell, kif stabbilit fit-tabella ta' ekwivalenza tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà li tinsab fl-Anness I.

Artikolu 54

L-iskambju tal-informazzjoni klassifikata ma' Stati terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

1.   Meta l-Kummissjoni tiddetermina li hemm bżonn li tiġi skambjata fuq terminu twil informazzjoni klassifikata ma' Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġi stabbilit għal dan l-għan qafas legali jew amministrattiv xieraq, li jista' jinkludi ftehimiet jew arranġamenti amministrattivi għas-sigurtà tal-informazzjoni, konklużi skont ir-regolamenti rilevanti.

2.   Dawn il-ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew il-ftehimiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1, jinkludu dispożizzjonijiet biex jiżguraw li meta Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jirċievu l-IKUE, din l-informazzjoni tingħata l-protezzjoni xierqa għal-livell ta' klassifikazzjoni tagħha, u skont l-istandards minimi li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Kummissjoni tista' tidħol f'arranġamenti amministrattivi, skont l-Artikolu 56, meta l-livell ta' klassifikazzjoni tal-IKUE bħala regola ġenerali ma jkunx ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED.

4.   L-arranġamenti amministrattivi għall-iskambju tal-informazzjoni klassifikata msemmija fil-paragrafu 3, jinkludu dispożizzjonijiet biex jiżguraw li meta Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jirċievu l-IKUE, din l-informazzjoni tingħata l-protezzjoni xierqa għal-livell ta' klassifikazzjoni tagħha, u skont l-istandards minimi li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. Il-Grupp ta' Esperti tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jkun ikkonsultat dwar il-konklużjoni ta' ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew l-arranġamenti amministrattivi.

5.   Id-deċiżjoni li tiġi rilaxxata IKUE li toriġina mill-Kummissjoni lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali tittieħed mid-dipatiment tal-Kummissjoni bħala l-oriġinatur ta' din l-IKUE fil-Kummissjoni, skont kull każ, u skont in-natura u l-kontenut ta' tali informazzjoni, il-ħtieġa li r-riċevitur ikun jaf u l-miżura ta' vantaġġ għall-Unjoni. Jekk l-oriġinatur tal-informazzjoni klassifikata jew tal-materjal ewlieni li jista' jkollha, li għaliha jkun mixtieq ir-rilaxx, ma tkunx tal-Kummissjoni, id-dipartiment tal-Kummisjoni l-ewwel ifittex il-kunsens bil-miktub tal-oriġinatur għar-rilaxx. Jekk l-oriġinatur ma jistax jiġi stabbilit, id-dipartiment tal-Kummissjoni, li jżomm din l-informazzjoni klassifikata, jieħu r-responsabbiltà tal-oriġinatur, wara li jikkonsulta mal-Grupp ta' Esperti tas-Sigurtà tal-Kummissjoni.

Artikolu 55

Ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni

1.   Ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni ma' Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jiġu konklużi f'konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE.

2.   Il-ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni:

(a)

jistabbilixxu l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi li jirregolaw l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata bejn l-Unjoni u Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali.

(b)

jipprevedu li jkun hemm ftehim dwar l-arranġamenti implimentattivi tekniċi bejn l-awtoritajiet tas-sigurtà kompetenti tal-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti tal-Unjoni u l-awtorità ta' sigurtà kompetenti tal-Istat terz jew tal-organizzazjoni internazzjonali inkwistjoni. Dawn l-arranġamenti jieħdu inkonsiderazzjoni l-livell ta' protezzjoni pprovdut mir-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri ta' sigurtà li jkunu fis-seħħ fl-Istat terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati.

(c)

jipprevedu li qabel l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata skont il-ftehim, jiġi assigurat li l-parti riċeventi tista' tipproteġi u tissalvagwardja l-informazzjoni mogħtija lilha b'mod adegwat.

3.   Il-Kummissjoni, meta tiddetermina li hemm bżonn li tiġi skambjata informazzjoni klassifikata skont l-Artikolu 51(1), tikkonsulta mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni skont il-każ, sabiex tiddetermina jekk rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 218(3) tat-TFUE għandiex tiġi sottomessa.

4.   L-ebda IKUE ma tiġi skambjata b'mezzi elettroniċi jekk dan ma jkunx espliċitament previst fil-ftehim dwar is-sigurtà ta' informazzjoni jew fl-arranġamenti implimentattivi tekniċi.

5.   Fil-Kummissjoni, ir-reġistru tal-IKUE ġestit mis-Segretarjat Ġenerali jkun bħala regola ġenerali, il-punt prinċipali ta' dħul u ħruġ għall-iskambji tal-informazzjoni klassifikata ma' Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Madankollu, meta minħabba raġunijiet ta' sigurtà, ta' organizzazzjoni jew ta' operat ikun aktar adegwat għall-protezzjoni tal-IKUE, jitħaddmu reġistri tal-IKUE lokali stabbiliti fid-dipartimenti tal-Kummissjoni skont din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha, bħala l-punt ta' dħul u ħruġ għall-informazzjoni klassifikata dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tad-dipartimenti tal-Kummissjoni kkonċernati.

6.   Sabiex tkun ivvalutata l-effikaċja tar-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri ta' sigurtà fl-Istat terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata, il-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni ma' istituzzjonijiet, aġenziji jew korpi oħra tal-Unjoni, tipparteċipa fi żjarat ta' valutazzjoni bi ftehim reċiproku mal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata. Dawn iż-żjarat ta' valutazzjoni jevalwaw:

(a)

il-qafas regolatorju applikabbli għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata;

(b)

kwalunkwe karatteristika speċifika tal-politika ta' sigurtà u l-mod li bih is-sigurtà tiġi organizzata fl-Istat terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali li jista' jkollhom impatt fuq il-livell ta' informazzjoni klassifikata li tista' tiġi skambjata;

(c)

il-miżuri u l-proċeduri ta' sigurtà li jkunu tabilħaqq fis-seħħ; u

(d)

il-proċeduri ta' approvazzjoni tas-sigurtà għal-livell ta' IKUE li għandha tiġi rilaxxata.

Artikolu 56

Arranġamenti amministrattivi

1.   Fil-kuntest ta' qafas politiku jew legali tal-Unjoni, meta jkun meħtieġ għal perjodu fit-tul li tiġi skambjata informazzjoni kklassifikata, li bħala regola ġenerali, mhix ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED, ma' Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, u fejn l-Awtorità għas-Sigurta tal-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-Grupp ta' Esperti tas-Sigurtà tal-Kummisjoni, tkun stabbilixxiet b'mod partikolari, li l-parti inkwistjoni ma jkollhiex sistema ta' sigurtà żviluppata biżżejjed biex ikun possibbli għaliha li tidħol fi ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tidħol fi ftehim amministrattiv mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni.

2.   Dawn l-arranġamenti amministrattivi bħala regola ġenerali jseħħu bl-iskambju ta' ittri.

3.   Issir żjara ta' valutazzjoni qabel il-konklużjoni tal-arranġament. Il-Grupp ta' Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni jiġi infurmat dwar l-eżitu taż-żjara ta' valutazzjoni. Meta jkun hemm raġunijiet eċċezzjonali għal skambju urġenti ta' informazzjoni klassifikata, l-IKUE tista' tiġi rilaxxata dejjem jekk isir kull tentattiv biex żjara ta' valutazzjoni ssir malajr kemm jista' jkun.

4.   L-ebda IKUE ma tiġi skambjata b'mezzi elettroniċi jekk dan ma jkunx espliċitament previst fl-arranġament amministrattiv.

Artikolu 57

Ir-rilaxx eċċezzjonali ad hoc tal-IKUE

1.   Meta ma jkun hemm l-ebda ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew arranġament amministrattiv, u meta l-Kummissjoni jew wieħed mid-dipartimenti tagħha jistabbilixxu li hemm ħtieġa eċċezzjonali fil-kuntest ta' qafas legali jew politiku tal-Unjoni li tiġi rilaxxata IKUE lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tivverifika, sa fejn ikun possibbli, mal-awtoritajiet tas-sigurtà tal-Istat terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati li r-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri tagħhom tas-sigurtà qegħdin b'tali mod, li l-IKUE rilaxxata lilhom tkun protetta skont standards li mhumiex aktar laxki minn dawk stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

2.   Id-deċiżjoni li tiġi rilaxxata l-IKUE lill-Istat terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati tittieħed mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma' Grupp ta' Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, abbażi ta' proposta mill-membru tal-Kummissjoni responsabbli mill-kwistjonijiet ta' sigurtà.

3.   Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiġi rilaxxata l-IKUE u suġġett għal kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur, inklużi l-oriġinaturi tal-materjal sors li jista' jkun fiha, id-Dipartiment tal-Kummissjoni kompetenti jgħaddi l-informazzjoni kkonċernata, li jkollha marka ta' rilaxxabilità, li tindika l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li lilhom tkun ġiet mgħoddija. Qabel ir-rilaxx jew malli dan effettivament iseħħ, il-parti terza inkwistjoni tintrabat bil-miktub li tipproteġi l-IKUE li tirċievi skont il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

KAPITOLU 8

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 58

Is-sostituzzjoni ta' deċiżjonijiet preċedenti

Din id-Deċiżjoni tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/844/KE, KEFA, Euratom (14).

Artikolu 59

L-informazzjoni klassifikata maħluqa qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni

1.   L-IKUE klassifikata kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/844/KE, KEFA, Euratom tkompli tiġi protetta skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Kull informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kummissjoni fid-data li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tkun daħlet fis-seħħ, bl-eċċezzjoni ta' Informazzjoni klassifikata tal-Euratom, trid:

(a)

jekk maħluqa mill-Kummissjoni, tibqa' tiġi kkunsidrata li ġiet riklassifikata RESTREINT UE b'mod awtomatiku, dejjem jekk l-awtur tagħha ma jiddeċidix li jagħtiha klassifikazzjoni oħra sal-31 ta' Jannar 2002, u jkun għarraf lid-destinatarji kollha tad-dokument konċernat;

(b)

jekk maħluqa minn awturi mhux mill-Kummissjoni, iżżomm il-klassifikazzjoni oriġinali tagħha, u b'hekk tiġi ttrattata bħala IKUE tal-istess livell, jekk l-awtur ma jaqbilx li jiddeklassifika l-informazzjoni jew inaqqasha fil-grad.

Artikolu 60

Ir-regoli ta' implimentazzjoni u l-avviżi ta' sigurtà

1.   Skont kif ikun il-każ, l-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni għal din id-deċiżjoni jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni separata mill-Kummissjoni, għall-għoti tas-setgħa lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mill-kwistjonijiet tas-sigurtà, f'konformità sħiħa mar-regoli interni ta' proċedura.

2.   Il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mill-kwistjonijiet tas-sigurtà, wara li jkun awtorizzat wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq, jista' jfassal avviżi ta' sigurtà li jistabbilixxu linji gwida ta' sigurtà u l-aħjar prattiki fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u tar-regoli ta' implimentazzjoni tagħha.

3.   Il-Kummissjoni tista' tiddelega l-kompiti msemmija fl-ewwel u fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu lid-Direttur Ġenerali għar-Riżorsi Umani u għas-Sigurtà permezz ta' deċiżjoni ta' delega separata, f'konformità sħiħa mar-regoli interni ta' proċedura.

Artikolu 61

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ara l-“Arrangement entre le Gouvernement belge et le Parlement européen, le Conseil, la Commission, le Comité économique et social européen, le Comité des régions, la Banque européenne d'investissement en matière de sécurité” tal-31 ta' Diċembru 2004, l-“Accord de sécurité signé entre la Commission et le Gouvernement luxembourgeois” tal-20 ta' Jannar 2007, u l-“Accordo tra il Governo italiano e la Commissione europea dell'energia atomica (Euratom) per l'istituzione di un Centro comune di ricerche nucleari di competenza generale” tat-22 ta' Lulju 1959.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/47/KE, KEFA, Euratom tat-23 ta' Jannar 2002 li temenda r-regoli ta' proċedura tagħha (ĠU L 21, 24.1.2002, p. 23)

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/563/KE, Euratom tas-7 ta' Lulju 2004 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tagħha (ĠU L 251, 27.7.2004, p. 9).

(4)  Ir-Regolament (Euratom) Nru 3 tal-31 ta' Lulju 1958 li jimplimenta l-Artikolu 24 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, (ĠU 17, 6.10.1958, p. 406/58).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83 tal-1 ta' Frar 1983 dwar il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika (ĠU L 43, 15.2.1983, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ara paġna 41 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (Il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1700/2003 tat-22 ta' Settembru 2003 li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 dwar il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 1).

(11)  C (2006) 3602 tas-16 ta' Awwissu 2006 dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni użati mill-Kummissjoni Ewropea.

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 512/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-16 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 72).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1)


ANNESS I

EKWIVALENZA TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET TA' SIGURTÀ

UE

TRES SECRET UE/EU TOP SECRET

SECRET UE/EU SECRET

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL

RESTREINT UE/EU RESTRICTED

Euratom

EURA TOP SECRET

EURA SECRET

EURA CONFIDENTIAL

EURA RESTRICTED

Il-Belġju

Très Secret (Loi 11.12.1998)

Zeer Geheim (Wet 11.12.1998)

Secret (Loi 11.12.1998)

Geheim (Wet 11.12.1998)

Confidentiel (Loi 11.12.1998)

Vertrouwelijk (Wet 11.12.1998)

ara n-nota (1) hawn taħt

Il-Bulgarija

Cтpoгo ceкретно

Ceкретно

Поверително

За служебно ползване

Ir-Repubblika Ċeka

Přísně tajné

Tajné

Důvěrné

Vyhrazené

Id-Danimarka

Yderst hemmeligt

Hemmeligt

Fortroligt

Til tjenestebrug

Il-Ġermanja

Streng geheim

Geheim

VS (2) — Vertraulich

VS — Nur für den Dienstgebrauch

L-Estonja

Täiesti salajane

Salajane

Konfidentsiaalne

Piiratud

L-Irlanda

Top Secret

Secret

Confidential

Restricted

Il-Greċja

Άκρως Απόρρητο

Abr: ΑΑΠ

Απόρρητο

Abr: (ΑΠ)

Εμπιστευτικό

Αbr: (ΕΜ)

Περιορισμένης Χρήσης

Abr: (ΠΧ)

Spanja

Secreto

Reservado

Confidencial

Difusión Limitada

Franza

Très Secret Défense

Secret Défense

Confidentiel Défense

ara n-nota (3) hawn taħt

Il-Kroazja

VRLO TAJNO

TAJNO

POVJERLJIVO

OGRANIČENO

L-Italja

Segretissimo

Segreto

Segretissimo

Riservato

Ċipru

Άκρως Απόρρητο

Αbr: (ΑΑΠ)

Απόρρητο

Αbr: (ΑΠ)

Εμπιστευτικό

Αbr: (ΕΜ)

Περιορισμένης Χρήσης

Αbr: (ΠΧ)

Il-Latvja

Sevišķi slepeni

Slepeni

Konfidenciāli

Dienesta vajadzībām

Il-Litwanja

Visiškai slaptai

Slaptai

Konfidencialiai

Riboto naudojimo

Il-Lussemburgu

Très Secret Lux

Secret Lux

Confidentiel Lux

Restreint Lux

L-Ungerija

“Szigorúan titkos!”

“Titkos!”

“Bizalmas!”

“Korlátozott terjesztésű!”

Malta

L-Ghola Segretezza

Sigriet

Kunfidenzjali

Ristrett

In-Netherlands

Stg. ZEER GEHEIM

Stg. GEHEIM

Stg. CONFIDENTIEEL

Dep. VERTROUWELIJK

L-Awstrija

Streng Geheim

Geheim

Vertraulich

Eingeschränkt

Il-Polonja

Ściśle Tajne

Tajne

Poufne

Zastrzeżone

Il-Portugall

Muito Secreto

Secreto

Confidencial

Reservado

Ir-Rumanija

Strict secret de importanță deosebită

Strict secret

Secret

Secret de serviciu

Is-Slovenja

Strogo tajno

Tajno

Zaupno

Interno

Is-Slovakkja

Prísne tajné

Tajné

Dôverné

Vyhradené

Il-Finlandja

ERITTÄIN SALAINEN

YTTERST HEMLIG

SALAINEN

HEMLIG

LUOTTAMUKSELLINEN

KONFIDENTIELL

KÄYTTÖ RAJOITETTU

BEGRÄNSAD TILLGÅNG

L-Iżvezja (4)

HEMLIG/TOP SECRET

HEMLIG AV SYNNERLIG BETYDELSE FÖR RIKETS SÄKERHET

HEMLIG/SECRET

HEMLIG

HEMLIG/CONFIDENTIAL

HEMLIG

HEMLIG/RESTRICTED

HEMLIG

Ir-Renju Unit

UK TOP SECRET

UK SECRET

L-ebda ekwivalenti (5)

UK OFFICIAL — SENSITIVE


(1)  Diffusion Restreinte/Beperkte Verspreiding mhijiex klassifikazzjoni tas-sigurtà fil-Belġju. Il-Belġju jittratta u jipproteġi informazzjoni “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” b'mod xejn anqas strett mill-istandards u l-proċeduri deskritti fir-regoli tas-sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)  Il-Ġermanja: VS = Verschlusssache.

(3)  Franza ma tużax il-klassifikazzjoni “RESTREINT” fis-sistema nazzjonali tagħha. Franza tittratta u tipproteġi informazzjoni “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” b'mod xejn anqas strett mill-istandards u l-proċeduri deskritti fir-regoli tas-sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(4)  L-Iżvezja: il-marki tal-klassifikazzjoni ta' sigurtà fir-ringiela ta' fuq jintużaw mill-awtoritajiet tad-difiża u l-marki fir-ringiela ta' taħt minn awtoritajiet oħra.

(5)  Għal UK SECRET ir-Renju Unit jittratta u jipproteġi IKEU mmarkata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL f'konformità mal-ħtiġijiet tas-sigurtà protettiva.


ANNESS II

LISTA TA' ABBREVJAZZJONIJIET

Akronimu

Tifsira

CA

Crypto Authority (L-Awtorità Kriptografika)

CAA

Crypto Approval Authority (L-Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika)

CCTV

Closed Circuit Television (televiżjoni b'ċirkwit magħluq)

CDA

Crypto Distribution Authority (Awtorità tad-Distribuzzjoni Kriptografika)

CIS

Communication and Information Systems (Sistemi ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni li jitrattaw IKEU)

DSA

Designated Security Authority (Awtorità ta' Sigurtà Kompetenti)

EUCI

EU Classified Information (Informazzjoni Klassifikata tal-UE — IKUE)

FSC

Facility Security Clearance (Approvazzjoni ta' Sigurtà għal Faċilità)

IA

Information Assurance (Assigurazzjoni ta' Informazzjoni)

IAA

Information Assurance Authority (Awtorità AI)

IDS

Intrusion Detection System (Sistema ta' Sejbien ta' Intrużjoni)

IT

Information Technology (Teknoloġija tal-Informazzjoni)

LSO

Local Security Officer (Uffiċjal tas-Sigurtà Lokali)

NSA

National Security Authority (Awtorità ta' Sigurtà Nazzjonali)

PSC

Personnel Security Clearance (Approvazzjoni ta' Sigurtà ta' Persunal)

PSC

Personnel Security Clearance Certificate (Ċertifikat ta' Approvazzjoni ta' Sigurtà tal-Persunal)

PSI

Programme/Project Security Instructions (Struzzjonijiet ta' Sigurtà ta' Programm/Proġett)

RCO

Registry Control Officer (Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru)

SAA

Security Accreditation Authority (Awtorità ta' Akkreditament ta' Sigurtà)

SAL

Security Aspects Letter (Ittra dwar Aspetti ta' Sigurtà)

SCG

Security Classification Guide (Gwida tal-Klassifikazzjoni ta' Sigurtà)

SecOPs

Security Operating Procedures (Proċeduri Operattivi ta' Sigurtà)

TA

TEMPEST Authority (Awtorità TEMPEST)

TFUE

Treaty on the Functioning of the EU (Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE)


ANNESS III

LISTA TAL-AWTORITAJIET TAS-SIGURTÀ NAZZJONALI

IL-BELĠJU

Autorité nationale de Sécurité

SPF Affaires étrangères, Commerce extérieur et Coopération au Développement

15, rue des Petits Carmes

B-1000 Bruxelles

Telefon tas-Segretarjat: +32 25014542

Faks: +32 25014596

Posta Elettronika: nvo-ans@diplobel.fed.be

IL-BULGARIJA

State Commission on Information Security

90 Cherkovna Str.

1505 Sofia

Tel. +359 29333600

Faks: +359 29873750

Posta Elettronika: dksi@government.bg

Sit elettroniku: www.dksi.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Národní bezpečnostní úřad

(Awtorità tas-Siġurtà Nazzjonali)

Na Popelce 2/16

150 06 Praha 56

Tel. +420 257283335

Faks: +420 257283110

Posta Elettronika: czech.nsa@nbu.cz

Sit elettroniku: www.nbu.cz

ID-DANIMARKA

Politiets Efterretningstjeneste

(Is-Servizz Daniż tal-Intelligence dwar is-Sigurtà)

Klausdalsbrovej 1

2860 Søborg

Tel. +45 33148888

Faks: +45 33430190

Forsvarets Efterretningstjeneste

(Is-Servizz Daniż tal-Intelligence dwar id-Difiża)

Kastellet 30

2100 Copenhagen Ø

Tel. +45 33325566

Faks: +45 33931320

IL-ĠERMANJA

Bundesministerium des Innern

Referat ÖS III 3

Alt-Moabit 101 D

D-11014 Berlin

Tel. +49 30186810

Faks: +49 30186811441

Posta Elettronika: oesIII3@bmi.bund.de

L-ESTONJA

National Security Authority Department

Estonian Ministry of Defence

Sakala 1

15094 Tallinn

Tel. +372 7170113 0019, +372 7170117

Faks: +372 7170213

Posta Elettronika: nsa@mod.gov.ee

IL-GREĊJA

Γενικό Επιτελείο Εθνικής Άμυνας (ΓΕΕΘΑ)

Διακλαδική Διεύθυνση Στρατιωτικών Πληροφοριών (ΔΔΣΠ)

Διεύθυνση Ασφαλείας και Αντιπληροφοριών

ΣΤΓ 1020 -Χολαργός (Αθήνα)

Ελλάδα

Τηλ.: +30 2106572045 (ώρες γραφείου)

+ 30 2106572009 (ώρες γραφείου)

Φαξ: +30 2106536279; + 30 2106577612

Hellenic National Defence General Staff (HNDGS)

Military Intelligence Sectoral Directorate

Security Counterintelligence Directorate

GR-STG 1020 Holargos — Athens

Tel. +30 2106572045

+ 30 2106572009

Faks: +30 2106536279, +30 2106577612

SPANJA

Autoridad Nacional de Seguridad

Oficina Nacional de Seguridad

Avenida Padre Huidobro s/n

28023 Madrid

Tel. +34 913725000

Faks: +34 913725808

Posta Elettronika: nsa-sp@areatec.com

FRANZA

Secrétariat général de la défense et de la sécurité nationale

Sous-direction Protection du secret (SGDSN/PSD)

51 Boulevard de la Tour-Maubourg

75700 Paris 07 SP

Tel. +33 171758177

Faks: + 33 171758200

IL-KROAZJA

Office of the National Security Council

Croatian NSA

Jurjevska 34

10000 Zagreb

Croatia

Tel. +385 14681222

Faks: + 385 14686049

Sit elettroniku: www.uvns.hr

L-IRLANDA

National Security Authority (Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali)

Department of Foreign Affairs

76 — 78 Harcourt Street

Dublin 2

Tel. +353 14780822

Faks: +353 14082959

L-ITALJA

Presidenza del Consiglio dei Ministri

D.I.S. — U.C.Se.

Via di Santa Susanna, 15

00187 Roma

Tel. +39 0661174266

Faks: +39 064885273

ĊIPRU

ΥΠΟΥΡΓΕΙΟ ΑΜΥΝΑΣ

ΣΤΡΑΤΙΩΤΙΚΟ ΕΠΙΤΕΛΕΙΟ ΤΟΥ ΥΠΟΥΡΓΟΥ

Εθνική Αρχή Ασφάλειας (ΕΑΑ)

Υπουργείο Άμυνας

Λεωφόρος Εμμανουήλ Ροΐδη 4

1432 Λευκωσία, Κύπρος

Τηλέφωνα: +357 22807569, +357 22807643,

+357 22807764

Τηλεομοιότυπο: +357 22302351

Ministry of Defence

Minister's Military Staff

National Security Authority (NSA)

4 Emanuel Roidi Street

1432 Nicosia

Tel. +357 22807569, +357 22807643,

+357 22807764

Faks: +357 22302351

Posta Elettronika: cynsa@mod.gov.cy

IL-LATVJA

National Security Authority

Constitution Protection Bureau of the Republic of Latvia

P.O.Box 286

LV-1001 Riga

Tel. +371 67025418

Faks: +371 67025454

Posta Elettronika: ndi@sab.gov.lv

IL-LITWANJA

Lietuvos Respublikos paslapčių apsaugos koordinavimo komisija

(Il-Kummissjoni għall-Koordinazzjoni tal-Protezzjoni tas-Sigrieti tar-Repubblika tal-Litwanja l-Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali)

Gedimino 40/1

LT-01110 Vilnius

Tel. +370 706 66701, +370 706 66702

Faks: +370 706 66700

Posta Elettronika: nsa@vsd.lt

IL-LUSSEMBURGU

Autorité nationale de Sécurité

Boîte postale 2379

1023 Lussemburgu

Tel. +352 24782210 centrali

+ 352 24782253 dirett

Faks: +352 24782243

L-UNGERIJA

Nemzeti Biztonsági Felügyelet

(L-Awtorità Nazzjonali tas-Sigurtà tal-Ungerija)

H-1024 Budapest, Szilágyi Erzsébet fasor 11/B

Tel. +36 (1) 7952303

Faks: +36 (1) 7950344

Indirizz postali:

H-1357 Budapest, PO Box 2

Posta Elettronika: nbf@nbf.hu

Sit elettroniku: www.nbf.hu

MALTA

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali

P.O. Box 146

MT-Valletta

Tel. +356 21249844

Faks: +356 25695321

IN-NETHERLANDS

Ministerie van Binnenlandse Zaken en Koninkrijksrelaties

Postbus 20010

2500 EA Den Haag

Tel. +31 703204400

Faks: +31 703200733

Ministerie van Defensie

Beveiligingsautoriteit

Postbus 20701

2500 ES Den Haag

Tel. +31 703187060

Faks: +31 703187522

L-AWSTRIJA

Informationssicherheitskommission

Bundeskanzleramt

Ballhausplatz 2

1014 Wien

Tel. +43 1531152594

Faks: +43 1531152615

Posta Elettronika: ISK@bka.gv.at

IL-POLONJA

Agencja Bezpieczeństwa Wewnętrznego — ABW

(L-Aġenzija tas-Sigurtà Interna)

2 A Rakowiecka St.

00-993 Warszawa

Tel. +48 22 58 57 944

Faks: +48 22 58 57 443

Posta Elettronika: nsa@abw.gov.pl

Sit elettroniku: www.abw.gov.pl

IL-PORTUGALL

Presidência do Conselho de Ministros

Autoridade Nacional de Segurança

Rua da Junqueira, 69

1300-342 Lisboa

Tel. +351 213031710

Faks: +351 213031711

IR-RUMANIJA

Oficiul Registrului Național al Informațiilor Secrete de Stat

(L-ASN TRumena — ORNISS l-Uffiċċju tar-Reġistri Nazzjonali għal Informazzjoni Klassifikata)

4 Mures Street

012275 Bucharest

Tel. +40 212245830

Faks: +40 212240714

Posta Elettronika: nsa.romania@nsa.ro

Sit elettroniku: www.orniss.ro

IS-SLOVENJA

Urad Vlade RS za varovanje tajnih podatkov

Gregorčičeva 27

1000 Ljubljana

Tel. +386 14781390

Faks: +386 14781399

Posta Elettronika: gp.uvtp@gov.si

IS-SLOVAKKJA

Národný bezpečnostný úrad

(National Security Authority)

Budatínska 30

P.O. Box 16

850 07 Bratislava

Tel. +421 268692314

Faks: +421 263824005

Sit elettroniku: www.nbusr.sk

IL-FINLANDJA

National Security Authority

Ministry for Foreign Affairs

P.O. Box 453

FI-00023 Government

Tel. 16055890

Faks: +358 916055140

Posta Elettronika: NSA@formin.fi

L-IŻVEZJA

Utrikesdepartementet

(Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin)

SSSB

S-103 39 Stockholm

Tel. +46 84051000

Faks: +46 87231176

Posta Elettronika: ud-nsa@foreign.ministry.se

IR-RENJU UNIT

UK National Security Authority

Room 335, 3rd Floor

70 Whitehall

London

SW1 A 2AS

Tel. 1: +44 2072765649

Tel. 2: +44 2072765497

Faks: +44 2072765651

Posta Elettronika: UK-NSA@cabinet-office.x.gsi.gov.uk


Rettifika

17.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/89


Rettifika tat-Taqsima I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 140 tat-30 ta' April 2004 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Volum 4)

F'paġna 21, l-Anness I, it-Taqsima III.1, il-punt 4.2:

minflok:

“Should one of the two previous questions be answered in the negative, please explain how the authorities intend to comply with these requirements:”

aqra:

“Jekk xi waħda miż-żewġ mistoqsijiet preċedenti titwieġeb fin-negattiv, jekk jogħġbok spjega kif l-awtoritajiet beħsiebhom jikkonformaw ma' dawn il-ħtiġiet:”

F'paġna 23, l-Anness I, it-Taqsima III.1, il-punt 2.3:

minflok:

“If yes, please give a description of the measure related to disadvantaged workers:”

aqra:

“Jekk iva, jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni tal-miżura relatata ma' ħaddiema żvantaġġati:”